Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0574

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/574 tat-30 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/375 u (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva prosulfuron (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2021/1983

    ĠU L 120, 8.4.2021, p. 9–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/574/oj

    8.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 120/9


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/574

    tat-30 ta’ Marzu 2021

    li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/375 u (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva prosulfuron

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/375 (2) ġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva prosulfuron bħala kandidat għas-sostituzzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (2)

    L-approvazzjoni tas-sustanza attiva prosulfuron, kif stabbilit fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3), inkludiet restrizzjoni li l-użu tal-prosulfuron kellu jiġi limitat għal applikazzjoni waħda kull tliet snin fl-istess għalqa f’doża massima ta’ 20 g ta’ sustanza attiva għal kull ettaru.

    (3)

    F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fit-12 ta’ Ottubru 2016, Syngenta Crop Protection AG ressqet applikazzjoni lill-Istat Membru maħtur bħala relatur, Franza, fejn talbet emenda għall-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tal-prosulfuron sabiex titneħħa dik ir-restrizzjoni. L-Istat Membru maħtur bħala relatur sab li l-applikazzjoni kienet ammissibbli.

    (4)

    L-Istat Membru maħtur bħala relatur ivvaluta l-użu emendat tas-sustanza attiva prosulfuron b’rabta mal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u pprepara rapport ta’ valutazzjoni għat-tiġdid rivedut li ġie ppreżentat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fil-5 ta’ April 2018.

    (5)

    F’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità ċċirkolat ir-rapport ta’ valutazzjoni għat-tiġdid rivedut lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti u qegħditu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. F’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-applikant intalab jibgħat informazzjoni addizzjonali. Franza evalwat l-informazzjoni addizzjonali u fit-28 ta’ Frar 2019 ippreżentat r-rapport ta’ valutazzjoni għat-tiġdid rivedut lill-Kummissjoni u lill-Awtorità.

    (6)

    Fil-15 ta’ Ġunju 2020, l-Awtorità kkomunikat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni (4) dwar jekk l-użu emendat tas-sustanza attiva prosulfuron jistax ikun mistenni li jissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (7)

    Fit-23 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ressqet l-addendum mar-rapport ta’ reviżjoni tal-prosulfuron u abbozz ta’ Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

    (8)

    L-applikant ġie mistieden jagħti l-kummenti tiegħu dwar l-addendum mar-rapport ta’ reviżjoni.

    (9)

    Dwar l-użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih il-prosulfuron, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati meta l-prodott jiġi applikat darba fis-sena. Għalhekk jixraq li titneħħa r-restrizzjoni li tillimita l-użu tal-prosulfuron għal applikazzjoni waħda kull tliet snin fl-istess għalqa f’doża massima ta’ 20 g ta’ sustanza attiva għal kull ettaru.

    (10)

    Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/375 u (UE) Nru 540/2011 jiġu emendati skont dan.

    (11)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/375

    L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/375 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/375 tat-2 ta’ Marzu 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva prosulfuron, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011. (ĠU L 58, 4.3.2017, p. 3).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

    (4)  EFSA (European Food Safety Authority), 2020. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance prosulfuron. EFSA Journal 2020;18(7):6181, 20 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6181


    ANNESS I

    Fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/375, it-test tal-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-prosulfuron, u b’mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

    F’dik il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal dawn li ġejjin:

    il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta’ klima vulnerabbli;

    il-protezzjoni tal-konsumaturi, filwaqt li jitqies l-esponiment għall-metaboliti tal-prosulfuron;

    ir-riskju għall-pjanti terrestri u akkwatiċi mhux fil-mira.

    Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, skont kif ikun xieraq.”


    ANNESS II

    Fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, it-test tal-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 6, prosulfuron, hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-prosulfuron, u b’mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

    F’dik il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal dawn li ġejjin:

    il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta’ klima vulnerabbli;

    il-protezzjoni tal-konsumaturi, filwaqt li jitqies l-esponiment għall-metaboliti tal-prosulfuron;

    ir-riskju għall-pjanti terrestri u akkwatiċi mhux fil-mira.

    Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, skont kif ikun xieraq.”


    Top