EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0855

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/855 tas-27 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ST/8572/2021/INIT

ĠU L 188, 28.5.2021, p. 90–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/855/oj

28.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/90


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/855

tas-27 ta’ Mejju 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1).

(2)

Fit-28 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/719 (2) biex estenda l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK sal-1 ta’ Ġunju 2021.

(3)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sal-1 ta’ Ġunju 2022.

(4)

L-entrati għal 25 persuna fiżika u tliet entitajiet fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jenħtieġ li jiġu aġġornati.

(5)

L-entrati għal ħames persuni deċeduti għandhom jitneħħew mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(6)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 34 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 34

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta’ Ġunju 2022. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista’ tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”;

(2)

l-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

P. SIZA VIEIRA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 168, 29.5.2020, p. 66).


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima A (Persuni), jitħassru l-entrati li ġejjin:

115.

Ġeneral Ali Habib MAHMOUD;

153.

Waleed AL MO’ALLEM;

180.

Ahmad AL-QADRI;

274.

Nader QALEI;

281.

Mohammad Maen Zein Jazba AL-ABIDIN;

(2)

fit-Taqsima A (Persuni), l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“14.

Brigadier Ġeneral Mohammed BILAL

(magħruf ukoll bħala Logutenent Kurunell Muhammad Bilal)

Sess: raġel

Bħala uffiċjal għoli fis-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana, huwa jappoġġa lir-reġim Sirjan u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili mir-reġim. Huwa assoċjat ukoll maċ-Ċentru ta’ Riċerka tal-Istudji Xjentifiċi (SSRC) elenkat.

21.10.2014

22.

Ihab MAKHLOUF

(magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab)

(ايهاب مخلوف)

Data tat-twelid: 21.1.1973;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Passaport Nru: N002848852;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja. Għandu interessi kummerċjali f’bosta kumpanniji u entitajiet Sirjani, inkluż Ramak Construction Co u Syrian International Private University for Science and Technology (SIUST).

Huwa membru influwenti tal-familja Makhlouf u huwa marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar al-Assad. Fl-2020, Ehab Makhlouf ħa f’idejh l-attivitajiet kummerċjali ta’ Rami Makhlouf u l-gvern Sirjan tah il-kuntratti biex jopera u jimmaniġġja s-swieq mingħajr dazju fil-pajjiż kollu.

23.5.2011

48.

Samir HASSAN

(سمير حسن)

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti fl-Amir Group u Cham Holding, żewġ konglomerati b’interessi fis-setturi tal-proprjetà, it-turiżmu, it-trasport u l-finanzi. President tal-kunsill tan-negozju Sirjan-Russu.

Samir Hassan jappoġġa l-isforz ta’ gwerra tar-reġim Sirjan permezz ta’ donazzjonijiet ta’ flus.

Samir Hassan huwa assoċjat ma’ persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh. B’mod partikolari, huwa assoċjat ma’ Rami Makhlouf u Issam Anbouba, li ġew deżinjati mill-Kunsill u jgawdu mir-reġim Sirjan.

27.9.2014

61.

George CHAOUI

(جورج شاوي)

Sess: raġel

Membru tal-armata elettronika Sirjana (servizz ta’ intelligence tal-armata territorjali). Involut fir-repressjoni vjolenti u fl-appell għal vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar is-Sirja.

14.11.2011

78.

Ali BARAKAT

(magħruf ukoll bħala Barakat Ali Barakat)

( علي بركات; بركات علي بركات)

Sess: raġel

Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f’Homs. Attwalment iservi fit-30 Diviżjoni Mobbli tal-Infanterija tal-Gwardja Repubblikana.

1.12.2011

96.

Brigadier Ġeneral Jamal YUNES

(magħruf ukoll bħala Younes)

(جمال يونس)

Kariga: Kmandant tal-555 Riġment;

Sess: raġel

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f’Mo’adamiyeh.

Kap tal-Kumitat tas-Sigurtà Militari f’Hama fl-2018.

23.1.2012

114.

Emad Abdul-Ghani SABOUNI

(magħruf ukoll bħala Imad Abdul Ghani Al Sabuni)

(عماد عبدالغني صابوني)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks-Ministru għat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija, fil-kariga sa mill-inqas April 2014. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. Maħtur f’Lulju 2016 bħala Kap tal-Aġenzija għall-Ippjanar u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (PICC). Il-PICC hija aġenzija tal-gvern, affiljata mal-Prim Ministru u tipproduċi, b’mod partikolari, il-pjanijiet ta’ ħames snin li jipprovdu l-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi u ta’ żvilupp tal-Gvern.

27.2.2012

117.

Adnan Hassan MAHMOUD

(عدنان حسن محمود)

Data tat-twelid: 1966;

Post tat-twelid: Tartous, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks-Ambaxxatur Sirjan għall-Iran sal-2020. Eks-Ministru għall-Informazzjoni fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.9.2011

132.

Brigadier Ġeneral Abdul-Salam Fajr MAHMOUD

(عبدالسلام فجر محمود)

Data tat-twelid: 1959

Sess: raġel

Kap tal-Kumitat tas-Sigurtà tar-Reġjun tan-Nofsinhar minn Diċembru 2020. Eks-Kap tal-Fergħa ta’ Bab Tuma (Damasku) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana. Eks-Kap tal-fergħa tal-investigazzjoni tal-intelligence tal-Forza tal-Ajru tal-Ajruport ta’ Mezze. Responsabbli mit-tortura ta’ avversarji detenuti. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali għal "kompliċità f’atti ta’ tortura", "kompliċità f’delitti kontra l-umanità" u "kompliċità f’delitti tal-gwerra".

24.7.2012

134.

Kurunell Qusay Ibrahim MIHOUB

(قصي إبراهيم ميهوب )

Data tat-twelid: 1961;

Post tat-twelid: Derghamo, Jableh, Lattakia, is-Sirja;

Sess: raġel

Uffiċjal ta’ grad għoli tas-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana. Eks-Kap tal-fergħa ta’ Deraa tas-servizz tal-intelligence tal-forza tal-ajru (mibgħut minn Damasku għal Deraa fil-bidu tar-rewwixti f’din il-belt). Responsabbli għat-tortura ta’ avversarji detenuti kif ukoll għar-repressjoni vjolenti ta’ protesti paċifiċi fir-reġjun tan-nofsinhar.

24.7.2012

137.

Brigadier Ġeneral Ibrahim MA’ALA

(magħruf ukoll bħala Maala, Maale, Ma’la)

(معلى;معلا (

Sess: raġel

Kap tal-Fergħa 285 (Damasku) tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali (issostitwixxa lill-Brigadier Ġenerali Hussam Fendi fi tmiem l-2011). Responsabbli mit-tortura ta’ avversarji detenuti.

24.7.2012

139.

Maġġur Ġeneral Hussam LUQA

(magħruf ukoll bħala Husam, Housam, Houssam; Louqa, Louca, Louka, Luka)

(حسام لوقا)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks-Kap tal-Kumitat tas-Sigurtà tar-Reġjun tan-Nofsinhar mill-2018 sal-2020. Eks-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali. Maġġur Ġeneral. Minn April 2012 sat-2.12.2018, kien il-kap tal-fergħa ta’ Homs tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika (issuċċeda lill-Brigadier Ġeneral Nasr al-Ali). Mit-3.12.2018, kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta’ avversarji detenuti.

24.7.2012

140.

Brigadier Ġeneral Taha TAHA

(طه طه)

Sess: raġel

Viċi assistent tal-Kap tad-Diviżjoni tas-Sigurtà Politika. Eks-maniġer tas-sit tal-fergħa ta’ Latakia tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta’ avversarji detenuti.

24.7.2012

144.

Maġġur Ġeneral Ahmed AL-JARROUCHEH (magħruf ukoll bħala Ahmad; al-Jarousha, al-Jarousheh, al-Jaroucha, al-Jarouchah, al-Jaroucheh)

(احمد الجروشة)

Data tat-twelid: 1957;

Sess: raġel

Eks-kap tal-fergħa barranija tal-Intelligence Ġenerali (Fergħa 279). Bħala tali, huwa responsabbli mill-mezzi tal-Intelligence Ġenerali fl-ambaxxati Sirjani.

24.7.2012

146.

Ġeneral Ghassan Jaoudat ISMAIL

(magħruf ukoll bħala Ismael)

(غسان جودت اسماعيل)

Data tat-twelid: 1960;

Post tat-twelid: Junaynat Ruslan – Darkoush, reġjun ta’ Tartous, is-Sirja;

Sess: raġel

Kap tas-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana sa mill-2019. Eks-viċi direttur tas-Servizz tal-intelligence tal-Forza tal-Ajru u kien responsabbli mill-fergħa tal-missjonijiet tas-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru, li f’kooperazzjoni mal-fergħa tal-operazzjonijiet speċjali, tmexxi t-truppi élite tas-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru, li għandhom rwol importanti fir-repressjoni mir-reġim Sirjan. Bħala tali, Ghassan Jaoudat Ismail huwa wieħed mill-mexxejja militari ewlenin li direttament iwettqu r-repressjoni mir-reġim Sirjan kontra l-oppożizzjoni, kif ukoll prattiki ta’ għajbien ta’ persuni ċivili.

24.7.2012

147.

Maġġur Ġeneral Amer AL-ACHI

(magħruf ukoll bħala Amer Ibrahim al-Achi; Amis al Ashi; Ammar Aachi; Amer Ashi)

(عامر ابراهيم العشي)

Sess: raġel

Eks-Gvernatur tal-Provinċja ta’ Sweida maħtur mill-President Bashar al-Assad f’Lulju 2016. Eks-Kap tal-fergħa tal-intelligence tas-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana (2012-2016). Permezz tar-rwol tiegħu fis-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru, Amer al-Achi huwa involut fir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana.

24.7.2012

156.

Hala Mohammad

(magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) AL NASSER

(هاله محمد الناصر)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Raqqa, is-Sirja;

Sess: mara

Eks-Ministru għat-Turiżmu. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

172.

Ali HADAR (magħruf ukoll bħala HAIDAR)

Data tat-twelid: 1962;

Sess: raġel

Kap tal-Aġenzija Nazzjonali għar-Rikonċiljazzjoni u eks-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Nazzjonali ta’ Rikonċiljazzjoni. President tal-fergħa Intifada tal-Partit Nazzjonalista Soċjali Sirjan. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

204.

Emad HAMSHO

(magħruf ukoll bħala Imad Hmisho; Hamchu; Hamcho; Hamisho; Hmeisho; Hemasho, حميشو)

(حمشو عماد)

Indirizz: Hamsho Building 31 Baghdad Street, Damascus, Syria;

Sess: raġel

Jokkupa kariga maniġerjali għolja f’Hamsho Trading. Bħala riżultat tal-kariga għolja tiegħu f’Hamsho Trading, sussidjarja ta’ Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill, huwa jagħti sostenn lir-reġim Sirjan. Huwa wkoll assoċjat ma’ entità ddeżinjata, Hamsho International. Huwa wkoll Viċi President tal-Kunsill Sirjan tal-Ħadid u l-Azzar flimkien ma’ negozjanti tar-reġim iddeżinjati bħal Ayman Jaber. Huwa wkoll soċju tal-President Bashar al-Assad.

7.3.2015

241.

Salam Mohammad AL-SAFFAF

Data tat-twelid: 1979;

Sess: mara

Ministru għall-Iżvilupp Amministrattiv. Maħtur f’Marzu 2017.

30.5.2017

265.

Mohamad Amer MARDINI

(magħruf ukoll bħala Mohammad Amer Mardini, Mohamed Amer MARDINI, Mohamad Amer AL-MARDINI, Mohamed Amer AL-MARDINI, Mohammad Amer AL-MARDINI)

Data tat-twelid: 1959;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks-Ministru għall-Edukazzjoni Għolja fil-poter wara Mejju 2011 (maħtur fis-27.8.2014). Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

268.

Ghassan Ahmed GHANNAM

(magħruf ukoll bħala Maġġur Ġeneral Ghassan Ghannan, Brigadier Ġeneral Ghassan Ahmad Ghanem)

Grad: Maġġur Ġeneral;

Kariga: Kmandant tal-155 Brigata tal-Missili;

Sess: raġel

Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta’ Kurunell u kariga ekwivalenti jew ogħla wara Mejju 2011. Maġġur Ġeneral u Kmandant tal-155 Brigata tal-Missili. Assoċjat ma’ Maher Al-Assad permezz tar-rwol tiegħu fil-155 Brigata tal-Missili. Bħala Kmandant tal-155 Brigata tal-Missili, huwa qed jappoġġa lir-reġim Sirjan u hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili. Huwa responsabbli għall-isparar ta’ missili scud lejn diversi postijiet ċivili bejn Jannar u Marzu 2013.

21.10.2014

285.

Samer FOZ

(magħruf ukoll bħala Samir Foz Fawz; Samer Zuhair Foz); Samer Foz bin Zuhair)

(سامر فوز)

Data tat-twelid: 20 ta’ Mejju 1973;

Post tat-twelid: Homs, is-Sirja / Latakia, is-Sirja;

Nazzjonalitajiet: Sirjan, Tork;

Numru tal-passaport Tork: U 09471711 (post tal-ħruġ: Turkija; data tal-iskadenza: 21.7.2024);

Numru nazzjonali Sirjan: 06010274705;

Indirizz: Platinum Tower, office no. 2405, Jumeirah Lake Towers, Dubai, UAE

Kariga: CEO ta’ Aman Group;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja, inkluż impriża konġunta appoġġata mir-reġim involuta fl-iżvilupp ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu. Samer Foz jipprovdi appoġġ finanzjarju u appoġġ ieħor lir-reġim Sirjan, inkluż finanzjament tal-Military Security Shield Forces fis-Sirja u senserija ta’ ftehimiet tal-qamħ. Huwa jibbenefika finanzjarment ukoll mill-aċċess għall-opportunitajiet kummerċjali permezz talkummerċ tal-qamħ u proġetti ta’ rikostruzzjoni bħala riżultat tar-rabtiet tiegħu mar-reġim.

21.1.2019

 

 

Tagħrif ieħor: President Eżekuttiv ta’ Aman Group. Sussidjarji: Foz for Trading, Al-Mohaimen for Transportation & Contracting. Aman Group huwa s-sieħeb tas-settur privat f’impriża konġunta Aman Damascus JSC ma’ Damascus Cham Holding, li fih Foz huwa azzjonist individwali. Emmar Industries hija impriża konġunta bejn Aman Group u Hamisho Group, li fiha Foz għandu sehem maġġoritarju u li tagħha huwa l-President.

 

 

291.

Amer FOZ

(magħruf ukoll bħala Amer Zuhair Fawz)

(عامر فوز)

Data tat-twelid: 11.3.1976;

Nazzjonalità: Sirjana; Saint Kitts u Nevis;

Nru Nazzjonali: 06010274747;

Passaport Nru: 002-14-L169340

Karta ta’ residenza tal-Emirati Għarab Magħquda: 784-1976-7135283-5

Negozjant prominenti b’interessi tan-negozju personali u tal-familja u attivitajiet f’diversi setturi tal-ekonomija Sirjana. Huwa jibbenefika finanzjarjament mill-aċċess għal opportunitajiet kummerċjali u jappoġġa r-reġim Sirjan. Bejn l-2012 u l-2019, kien Maniġer Ġenerali ta’ ASM International Trading LLC.

Huwa assoċjat ukoll ma’ ħuh Samer Foz, li ilu ddeżinjat mill-Kunsill minn Jannar 2019 bħala negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja u li jappoġġa jew jibbenefika mir-reġim. Flimkien ma’ ħuh, huwa jimplimenta għadd ta’ proġetti kummerċjali, b’mod partikolari fiż-żona ta’ Adra al-Ummaliyya (subborgi ta’ Damasku). Dawn il-proġetti jinkludu fabbrika li timmanifattura kejbils u aċċessorji tal-kejbils kif ukoll proġett għall-produzzjoni tal-elettriku bl-użu tal-enerġija solari. Huma kienu involuti wkoll f’diversi attivitajiet mal-ISIL (Da’esh) f’isem ir-reġim ta’ Assad, inkluż il-forniment ta’ armi u munizzjon bi skambju għal qamħ u żejt.

17.2.2020

 

 

Kariga: Fundatur ta’ District 6 Company; Sieħeb fundatur ta’ Easy life Company;

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Samer Foz; Viċi President ta’ Asas Steel Company; Aman Holding;

Sess: raġel

 

 

295.

Adel Anwar AL-OLABI

(magħruf ukoll bħala Adel Anouar el-Oulabi, Adil Anwar al-Olabi)

(عادل أنور العلبي)

Data tat-twelid: 1976;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: President ta’ Damascus Cham Holding Company (DCHC); Gvernatur ta’ Damasku;

Sess: raġel

Negozjant ewlieni li jibbenefika mir-reġim Sirjan u jappoġġah. President ta’ Damascus Cham Holding Company (DCHC), il-fergħa tal-investiment tal-Provinċja ta’ Damasku li tiġġestixxi l-proprjetajiet tal-Provinċja ta’ Damasku u li timplimenta l-proġett tal-Belt ta’ Marota.

Adel Anwar al-Obiki huwa wkoll il-Gvernatur ta’ Damasku, maħtur mill-President Bashar Al-Assad f’Novembru 2018. Bħala Gvernatur ta’ Damasku u President ta’ DCHC, huwa responsabbli għal sforzi biex jiġu implimentati l-politiki tar-reġim ta’ żviluppar ta’ art esproprjata f’Damasku (inkluż id-Digriet Nru 66 u l-Liġi Nru 10), l-aktar permezz tal-proġett tal-Belt ta’ Marota.

17.2.2020”;

(3)

fit-Taqsima B (Entitajiet), l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

Bena Properties

Cham Holding Building, Daraa Highway, Ashrafiyat Sahnaya Rif Dimashq, Syria, P.O.Box 9525

Ikkontrollata minn Rami Makhlouf. L-ikbar kumpannija tal-proprjetà immobbli fis-Sirja u l-fergħa tal-proprjetà immobbli u l-investiment ta’ Cham Holding; tipprovdi finanzjament għar-reġim Sirjan.

23.6.2011

77.

Al Qatarji Company

(magħrufa wkoll bħala Qatarji International Group; Al-Sham u Al-Darwish Company; Qatirji/Khatirji/Katarji/Katerji Group)

(مجموعة/شركة قاطرجي)

Tip ta’ entità: kumpannija privata;

Settur tan-negozju: importazzjoni/esportazzjoni; trasport tal-merkanzija bit-trakkijiet; il-forniment ta’ żejt u komoditajiet;

Isem id-Direttur/Ġestjoni: Hussam al-Qatirji, uffiċjal kap eżekuttiv (deżinjat mill-Kunsill);

Kumpannija ewlenija li topera f’diversi setturi tal-ekonomija Sirjana. Billi tiffaċilita l-kummerċ tal-fjuwil, tal-armi u tal-munizzjon bejn ir-reġim u diversi atturi inkluż with l-ISIL (Da’esh) taħt il-pretest ta’ importazzjoni u esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, tappoġġa lill-milizzji li qed jiġġieldu flimkien mar-reġim u tisfrutta r-rabtiet tagħha mar-reġim biex tespandi l-attività kummerċjali tagħha, Al Qatarji Company – li l-bord tagħha huwa mmexxi minn persuna ddeżinjata, Hussam al-Qatirji, membru tal-Assemblea tal-Poplu Sirjan – tappoġġa u tibbenefika mir-reġim Sirjan.

17.2.2020

 

 

Sid benefiċjarju finali: Hussam al-Qatirji (deżinjat mill-Kunsill);

Indirizz reġistrat: Mazzah, Damasku, is-Sirja;

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Arvada/Arfada Petroleum Company JSC

 

 

78.

Damascus Cham Holding Company

(magħrufa wkoll bħala Cham Private Joint Stock Company)

(القابضة الشام دمشق)

Tip ta’ entità: Kumpannija bi sjieda pubblika taħt il-liġi privata;

Settur tan-negozju: żvilupp tal-proprjetà immobbli;

Isem id-Direttur/Ġestjoni: Adel Anwar al Olabi, President tal-Bord tad-Diretturi u Gvernatur ta’ Damasku (deżinjat mill-Kunsill);

Sid benefiċjarju finali: Provinċja ta’ Damasku;

Id-Damascus Cham Holding Company ġiet stabbilita mir-reġim bħala l-fergħa ta’ investiment tal-Provinċja ta’ Damasku sabiex tiġġestixxi l-proprjetajiet tal-Provinċja ta’ Damasku u timplimenta l-proġett ta’ Marota City, proġett immobiljari lussuż ibbażat fuq art esproprjata skont id-Digriet Nru 66 u l-Liġi Nru 10 b’mod partikolari.

Billi tiġġestixxi l-implimentazzjoni ta’ Marota City, Damascus Cham Holding (li l-President tagħha huwa l-Gvernatur ta’ Damasku) tappoġġa u tibbenefika mir-reġim Sirjan u tipprovdi benefiċċji lil negozjanti b’rabtiet mill-qrib mar-reġim li nnegozjaw ftehimiet bi qligħ tajjeb ma’ din l-entità permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati.

17.2.2020”.

 

 

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Rami Makhlouf (deżinjat mill-Kunsill); Samer Foz (deżinjat mill-Kunsill); Mazen Tarazi (deżinjat mill-Kunsill); Talas Group, proprjetà tan-negozjant Anas Talas (deżinjat mill-Kunsill); Khaled al Zubaidi (deżinjat mill-Kunsill); Nader Qalei (deżinjat mill-Kunsill)

 

 


Top