This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1014
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/1014 of 12 June 2019 to lay down detailed rules on minimum requirements for border control posts, including inspection centres, and for the format, categories and abbreviations to use for listing border control posts and control points (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta' spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u ta' punti ta' kontroll (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta' spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u ta' punti ta' kontroll (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/4199
ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1014
tat-12 ta' Ġunju 2019
li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta' spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u ta' punti ta' kontroll
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 60(2) u 64(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi inter alia l-qafas għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra fuq l-annimali u fuq l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari bil-għan li titħares saħħet il-bniedem, saħħet l-annimali u saħħet il-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali u, b'rabta mal-organiżmi ġenetikament modifikati (l-OĠM) u mal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll l-ambjent. Huwa jistipula li għandhom jitwettqu kontrolli uffiċjali fuq kunsinni ta' annimali u prodotti fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni. Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jagħżlu postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi rekwiżiti minimi li jridu jiġu ssodisfati minn postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera sabiex dawn jintgħażlu. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli ddettaljati dwar ir-rekwiżiti minimi li jikkonċernaw l-infrastruttura, it-tagħmir u d-dokumentazzjoni tal-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera. |
(3) |
Sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ddettaljati addizzjonali dwar ir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera, li ntgħażlu għall-kategorija ta' annimali u ċerti kategoriji ta' oġġetti bħal prodotti ta' oriġini mill-annimali, prodotti sekondarji tal-annimali, prodotti ġerminali, prodotti komposti u ħuxlief u tiben. |
(4) |
F'ċerti każijiet, sabiex jitqiesu r-rekwiżiti ta' ħatt partikolari ta' ċerti kunsinni mhux ippakkjati ġol-kontejners bħal kunsinni ta' prodotti tas-sajd jew kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li jikkonsistu pereżempju minn suf, u kunsinni ta' oġġetti bl-ingrossa ta' volum għoli, li jikkonsistu minn kwantitajiet kbar ta' oġġetti li jiġu ttrasportati mingħajr ma jiġu ppakkjati, jenħtieġ li postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera jiġu eżentati mir-rekwiżit li jkollhom żona tal-ħatt imsaqqfa. Meta jitqies li l-kunsinni ta' likwidi bl-ingrossa ta' oriġini mill-annimali u ta' oriġini mhux mill-annimali jinħattu direttament mill-mezz tat-trasport f'tankijiet permezz ta' pajpijiet speċjali, jenħtieġ li l-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera ma jkollhomx għalfejn ikollhom żoni jew kmamar għall-ħatt ta' oġġetti u kmamar ta' spezzjoni jew żoni ta' spezzjoni għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra fuq il-likwidi bl-ingrossa. |
(5) |
Bil-għan li jiġu evitati r-riskji ta' kontaminazzjoni kroċjata, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' separazzjoni għall-faċilitajiet ta' ħatt, ta' ħżin u ta' spezzjoni fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera li jkunu ntgħażlu għall-prodotti ta' oriġini mill-annimali, prodotti komposti, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti ġerminali. Madankollu, għandhom isiru dispożizzjonijiet li jidderogaw mir-rekwiżiti ta' separazzjoni fejn il-post ta' kontroll fuq il-fruntiera jkun intgħażel għal oġġetti ppakkjati biss, jew għal oġġetti ppakkjati jew ċerti oġġetti mhux ippakkjati fejn il-valutazzjoni tar-riskju tal-awtoritajiet kompetenti fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera turi li ma hemm l-ebda possibbiltà ta' kontaminazzjoni kroċjata. Fil-każ tal-aħħar, sabiex jittrattaw ir-riskji ta' kontaminazzjoni kroċjata b'mod effettiv, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw ukoll separazzjoni taż-żmien fir-rigward tal-immaniġġjar ta' kunsinni u li l-faċilitajiet jitnaddfu u jiġu diżinfettati bejn il-wasliet tal-kunsinni. |
(6) |
Peress li l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni u li jkunu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera jistgħu ma jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' kontaminazzjoni kroċjata huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli biex jiġi pprojbit l-użu ta' ċerti faċilitajiet ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera għal kunsinni ta' annimali u ta' oġġetti għall-kummerċ intra-Unjoni u li jkun permess tali użu għall-kunsinni ta' annimali u ta' oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni jew li jitmexxew minn punt wieħed fit-territorju tal-Unjoni għal punt ieħor fit-territorju tal-Unjoni, wara li jgħaddu mit-territorju ta' pajjiż terz, dment li l-awtoritajiet kompetenti jimplimentaw miżuri ta' prevenzjoni tar-riskju xierqa. Tali miżuri jenħtieġ li ikunu bbażati fuq valutazzjoni tal-kapaċità tal-faċilitajiet rilevanti biex tiġi akkomodata tali attività addizzjonali. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkollhom arranġamenti xierqa fis-seħħ biex jimmaniġġjaw l-annimali skont ir-regoli tal-Unjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali. |
(7) |
Sabiex tiġi promossa l-effiċjenza tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra, jenħtieġ li jingħata livell ta' flessibbiltà billi jkun permess, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-użu ta' faċilitajiet ta' ħżin ta' impriżi kummerċjali u l-ħżin fil-mezz tat-trasport li bih il-kunsinna tinġieb fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera. |
(8) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-organizzazzjoni u t-twettiq effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra, huwa xieraq li jkun permess li l-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera jinqasmu f'ċentru ta' spezzjoni wieħed jew aktar, fejn il-kategoriji ta' annimali u ta' oġġetti li għalihom ikun intgħażel il-post ta' kontroll fuq il-fruntiera jiġu kkontrollati. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għaċ-ċentri ta' spezzjoni. |
(9) |
Il-konformità taċ-ċentri ta' spezzjoni mar-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera stabbiliti fl-Artikolu 64(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 u r-regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vvalutati mill-Kummissjoni bħala parti mill-proċess ta' għażla tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera. Għalhekk, meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għażla ta' post ta' kontroll fuq il-fruntiera, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu l-informazzjoni neċessarja kollha dwar iċ-ċentri ta' spezzjoni. |
(10) |
Sabiex jiżguraw verifika xierqa tal-konformità tal-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u taċ-ċentri ta' spezzjoni fi ħdan tali postijiet mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 64(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 u mar-regoli ddettaljati stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-infrastruttura jew l-operazzjoni ta' post ta' kontroll fuq il-fruntiera, jew ta' ċentru ta' spezzjoni fi ħdan dak il-post, jekk tali bidliet ikollhom bżonn aġġornament tal-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/625. Għalhekk huwa xieraq li f'dan ir-Regolament l-Istati Membri jiġu obbligati jinformaw lill-Kummissjoni kif xieraq. |
(11) |
L-Artikolu 53(2) u l-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jirrikjedi li kull Stat Membru jagħmel disponibbli fuq l-Internet listi aġġornati ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u ta' punti ta' kontroll fit-territorju tiegħu u jipprovdi ċerta informazzjoni għal kull post ta' kontroll fuq il-fruntiera u għal kull punt ta' kontroll. Għalhekk huwa xieraq li f'dan ir-Regolament jiġi stabbilit il-format għal-listi tal-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u tal-punti ta' kontroll flimkien mal-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw biex jindikaw il-kategoriji ta' annimali u ta' oġġetti li għalihom ikunu ntgħażlu l-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u l-punti ta' kontroll, u l-informazzjoni speċifika addizzjonali dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-għażla. |
(12) |
Għal raġunijiet ta' trasparenza, jenħtieġ li ċ-ċentri ta' spezzjoni kollha użati bħala parti minn post ta' kontroll fuq il-fruntiera jiġu elenkati flimkien mal-post innifsu fil-lista ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera, filwaqt li jiġu indikati l-kategoriji ta' annimali u ta' oġġetti kkontrollati fiċ-ċentri ta' spezzjoni. Kwalunkwe bidla li tikkonċerna ċ-ċentri ta' spezzjoni jenħtieġ li tiġi riflessa b'mod preċiż f'din il-lista. |
(13) |
Ir-regoli li jridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 60(2) u 64(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 huma marbuta mill-qrib peress li lkoll jikkonċernaw rekwiżiti applikabbli għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u l-punti ta' kontroll u għalhekk jenħtieġ li japplikaw mill-istess data. Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni korretta u komprensiva ta' dawk ir-regoli, huwa xieraq li dawn jiġu stabbiliti f'att wieħed. |
(14) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE (2) tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (3), għal ċentri ta' spezzjoni u regoli għall-elenkar tagħhom. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tfassal lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/22/KE (5) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi biex isiru verifiki fuq is-saħħa tal-pjanti f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (6). Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' rekwiżiti, d-Deċiżjoni 2001/812/KE, id-Deċiżjoni 2009/821/KE u d-Direttiva 98/22/KE jenħtieġ li jitħassru. |
(15) |
Id-dispożizzjonijiet rilevanti u s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625 se jibdew japplikaw mill-14 ta' Diċembru 2019. Għaldaqstant, ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll minn dik id-data. |
(16) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 dwar:
(a) |
regoli ddettaljati komuni dwar rekwiżiti minimi għall-infrastruttura, it-tagħmir u d-dokumentazzjoni ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u ta' punti ta' kontroll differenti minn postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera; |
(b) |
regoli ddettaljati speċifiċi dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera magħżula għall-kategoriji ta' annimali u ta' oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(c) |
regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għaċ-ċentri ta' spezzjoni; |
(d) |
il-format, il-kategoriji, l-abbrevjazzjonijiet u informazzjoni oħra għall-elenkar ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u ta' punti ta' kontroll differenti minn postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“oġġetti ppakkjati” tfisser oġġetti li jitpoġġew fi kwalunkwe tip ta' mballaġġ li jagħlaq l-oġġetti kompletament sabiex jiġu evitati kwalunkwe tnixxija u telf ta' kontenut; |
2. |
“ċentru ta' spezzjoni” tfisser faċilità separata stabbilita fi ħdan post ta' kontroll fuq il-fruntiera u stabbilita għall-fini ta' twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra fuq l-annimali u l-oġġetti fil-kamp ta' applikazzjoni tal-għażla tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera; |
3. |
“annimali ungulati” tfisser annimali ungulati kif iddefinit fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE (7); |
4. |
“ekwidi rreġistrati” tfisser ekwidi rreġistrati kif iddefinit fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE (8). |
KAPITOLU I
Rekwiżiti minimi komuni għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera
Artikolu 3
Infrastruttura tal-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera
1. Il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera magħżula għall-kategoriji ta' annimali u ta' oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 għandu jkollhom il-faċilitajiet li ġejjin:
(a) |
żoni jew kmamar fejn l-annimali u l-oġġetti jinħattu. Tali żoni jridu jkunu msaqqfa, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4; |
(b) |
kmamar ta' spezzjoni jew żoni ta' spezzjoni bi provvista ta' ilma ġieri sħun u kiesaħ u faċilitajiet fejn wieħed jaħsel u jixxotta jdejh; |
(c) |
żoni ta' bini jew kmamar ta' bini għall-annimali u żoni ta' ħżin jew kmamar ta' ħżin, inklużi kmamar għall-ħżin kiesaħ fejn dan ikun xieraq għall-kategorija ta' oġġetti li għalihom ikun intgħażel il-post ta' kontroll fuq il-fruntiera; u |
(d) |
aċċess għal toilets fornuti b'faċilitajiet fejn wieħed jaħsel u jnixxef idejh. |
2. Il-kmamar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mgħammra b'ħitan, artijiet u soqfa faċli biex jitnaddfu u jiġu diżinfettati, ikollhom sistema ta' drenaġġ adegwata u dawl naturali jew artifiċjali adegwat.
3. Iż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu faċli biex jitnaddfu, ikollhom sistema ta' drenaġġ adegwata u dawl naturali jew artifiċjali adegwat.
4. Ir-rekwiżit, previst fil-paragrafu 1(a), li ż-żoni tal-ħatt għandhom jissaqqfu ma għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
kunsinni mhux ippakkjati ġol-kontejners ta' prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem; |
(b) |
kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li jikkonsistu minn suf, proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa, demel jew gwanu mhux ippakkjat; u |
(c) |
kunsinni ta' oġġetti bl-ingrossa ta' volum għoli msemmija fl-Artikolu 47(1)(c), (d) u (e) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
5. Il-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhomx ikunu meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra fuq il-likwidi bl-ingrossa ta' oriġini mill-annimali u ta' oriġini mhux mill-annimali.
6. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera, li jkunu ntgħażlu għall-kategoriji ta' oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, mir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
li jkollhom provvista ta' ilma ġieri sħun u kiesaħ u faċilitajiet fejn wieħed jaħsel u jnixxef idejh kif imsemmi fil-paragrafu 1(b); u |
(b) |
li jkollhom kmamar b'soqfa faċli biex jiġu diżinfettati kif imsemmi fil-paragrafu 2. |
7. Il-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) ma għandhomx jintużaw ukoll għall-kategoriji l-oħra ta' oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 meta jintużaw għal prodotti ta' oriġini mill-annimali u prodotti komposti.
8. Il-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) ma għandhomx jintużaw ukoll għal ikel ta' oriġini mhux mill-annimali meta jintużaw għal prodotti ġerminali u prodotti sekondarji tal-annimali.
9. B'deroga mir-rekwiżiti tal-paragrafi 7 u 8, il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera jistgħu jikkondividu l-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera li ntgħażlu għall-kategoriji ta' oġġetti ppakkjati biss; jew |
(b) |
il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera li ntgħażlu għall-kategoriji ta' oġġetti ppakkjati u ta' oġġetti mhux ippakkjati, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
10. Il-paragrafu 9 ma għandux japplika għall-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(c) fejn dawk il-faċilitajiet jintużaw għall-ħżin ta' prodotti sekondarji tal-annimali bl-ingrossa.
11. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera jistgħu jippermettu, taħt il-kontroll tagħhom, l-użu ta' faċilitajiet ta' ħżin kummerċjali għall-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, dment li dawk il-faċilitajiet ikunu fil-viċinanza immedjata tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera u jkunu taħt il-kompetenza tal-istess awtorità doganali.
Tali faċilitajiet ta' ħżin kummerċjali jistgħu jintużaw biex jitwettqu l-kontrolli tal-identità u l-kontrolli fiżiċi fuq prodotti ta' oriġini mhux mill-annimali, dment li dawn il-faċilitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament.
12. L-oġġetti maħżuna f'faċilitajiet ta' ħżin kummerċjali skont il-paragrafu 11 għandhom jinħażnu skont kundizzjonijiet iġjeniċi u jistgħu jiġu identifikati kif xieraq permezz ta' barcodes jew mezzi elettroniċi oħra, jew permezz ta' tikkettar. Meta l-oġġetti jistgħu jippreżentaw riskju lis-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, jew fil-każ ta' OĠM u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkunu ta' riskju għall-ambjent ukoll, dawn għandhom jinżammu wkoll f'kamra separata li tissakkar jew f'żoni maqtugħin mill-oġġetti l-oħra kollha maħżuna fil-faċilità ta' ħżin kummerċjali.
13. Fejn il-post ta' kontroll fuq il-fruntiera jkun jinsab fi triq, f'post minn fejn tgħaddi ferrovija jew f'port, il-ħżin fil-mezz tat-trasport li bih l-oġġetti jinġiebu għall-post ta' kontroll fuq il-fruntiera, jista' jkun permess taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti.
14. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-infrastruttura jew fl-operat ta' post ta' kontroll fuq il-fruntiera, jew ta' ċentru ta' spezzjoni fi ħdan dak il-post, jekk tali bidliet ikunu jeħtieġu aġġornament tal-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 4
Tagħmir u dokumentazzjoni tal-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera
1. Il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera għandu jkollhom aċċess għal:
(a) |
tagħmir għall-użin ta' kunsinni fejn l-użu tiegħu huwa rilevanti għall-kategoriji ta' annimali u ta' oġġetti li għalihom ikun intgħażel il-post ta' kontroll fuq il-fruntiera; |
(b) |
tagħmir għall-ħatt, il-ftuħ u l-eżaminazzjoni tal-kunsinni; |
(c) |
tagħmir tat-tindif u tad-diżinfezzjoni u struzzjonijiet għall-użu tiegħu jew sistema ddokumentata tat-tindif u tad-diżinfezzjoni fejn it-tindif u d-diżinfezzjoni jiġu pprovduti minn aġenti esterni għall-post ta' kontroll fuq il-fruntiera; u |
(d) |
tagħmir adegwat għall-ħżin temporanju ta' kampjuni taħt il-kontroll tat-temperatura, li qed jistennew li jintbagħtu fil-laboratorju, u kontenituri adattati għat-trasport tagħhom. |
2. Kmamar ta' spezzjoni jew żoni ta' spezzjoni, fejn xieraq għall-kategoriji ta' annimali u ta' oġġetti li għalihom ikunu ntgħażlu postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera, għandhom ikunu mgħammra bi:
(a) |
mejda b'wiċċ lixx li jista' jinħasel u li faċli jitnaddaf u jiġi diżinfettat; |
(b) |
termometru biex titkejjel it-temperatura fil-wiċċ u fil-qalba tal-oġġetti; |
(c) |
tagħmir li jniżżel is-silġ; |
(d) |
tagħmir għat-teħid tal-kampjuni; u |
(e) |
tape adesiv u siġilli b'numri fuqhom jew tabelli mmarkati b'mod ċar biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà. |
3. Fejn meħtieġ, sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-kampjuni meħuda bħala parti mill-kontrolli uffiċjali, għandhom ikunu disponibbli struzzjonijiet iddettaljati dwar it-teħid ta' kampjuni għall-analiżi u t-trasport ta' tali kampjuni għal-laboratorju uffiċjali magħżul.
KAPITOLU II
Rekwiżiti minimi speċifiċi għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera
Artikolu 5
Postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera magħżula għall-kategoriji ta' annimali
1. Minbarra r-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 4, il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera li ntgħażlu għall-annimali msemmija fl-Artikolu 47(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 għandu jkollhom dan li ġej:
(a) |
kamra fejn wieħed ibiddel b'faċilitajiet fejn wieħed jista' jieħu doċċa; |
(b) |
iż-żoni jew il-kmamar għall-ħatt tal-annimali msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) ipprovduti bi spazju, dawl u ventilazzjoni adegwati; |
(c) |
tagħmir għall-għalf u t-tisqija; |
(d) |
faċilitajiet ta' ħżin għall-għalf tal-annimali, għall-mifrex u għall-iskart u d-demel jew arranġamenti fis-seħħ ma' fornitur estern li jipprovdi l-istess faċilitajiet; |
(e) |
żoni ta' bini jew kmamar ta' bini biex il-kategoriji ta' annimali li ġejjin li għalihom jintgħażel il-post ta' kontroll fuq il-fruntiera jinżammu separati:
|
(f) |
kmamar ta' spezzjoni jew żoni ta' spezzjoni pprovduti b'tagħmir li jrażżan u t-tagħmir meħtieġ biex titwettaq eżaminazzjoni klinika; u |
(g) |
passaġġ ta' aċċess apposta jew arranġamenti oħra sabiex l-annimali ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jistennew bla bżonn qabel ma jilħqu ż-żona tal-ħatt. |
2. Il-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b), (c), (e), (f) u (g) għandhom jitfasslu, jinbnew, jinżammu u jitħaddmu sabiex jiġu evitati l-korriment u t-tbatija mhux meħtieġa tal-annimali u tiġi żgurata s-sigurtà tagħhom.
3. Il-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b), (c), (e) u (f) għandhom jikkostitwixxu unità ta' xogħol waħda integrata u sħiħa.
4. Il-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jintużaw għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra fuq il-kunsinni ta' annimali għall-kummerċ intra-Unjoni.
Il-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra fuq kunsinni ta' annimali maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni jew li jitmexxew minn wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/625 għal territorju ieħor elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/625, wara li jgħaddu mit-territorju ta' pajjiż terz, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-awtoritajiet kompetenti jwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera li turi kif jista' jiġi żgurat l-evitar ta' kontaminazzjoni kroċjata u jimplimentaw il-miżuri identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju għall-prevenzjoni ta' tali kontaminazzjoni kroċjata; u |
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw separazzjoni taż-żmien bejn l-immaniġġjar ta' kunsinni ta' annimali maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni jew li jitmexxew minn wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/625 għal territorju ieħor elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/625, wara li jgħaddu mit-territorju ta' pajjiż terz, u kwalunkwe kunsinna oħra ta' annimali li tidħol fl-Unjoni. Matul il-perjodu li jirriżulta mis-separazzjoni taż-żmien il-faċilitajiet użati għall-immaniġġjar ta' kunsinni ta' annimali għandhom jitnaddfu u jiġu diżinfettati. |
5. Il-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b), (c), (e) u (f) ma għandhomx jintużaw ukoll għall-kategoriji ta' oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 6
Il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera magħżula għall-kategoriji ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali, prodotti sekondarji tal-annimali, prodotti ġerminali, prodotti komposti u ħuxlief u tiben
1. Minbarra r-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 4, il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera li ntgħażlu għall-kategoriji ta' oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625:
(a) |
għandu jkollhom kmamar ta' spezzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) mgħammra b'faċilitajiet biex, fejn meħtieġ, jinżamm ambjent b'temperatura kkontrollata; |
(b) |
fejn ikunu ntgħażlu għall-kategoriji ta' oġġetti mkessħa, iffriżati u b'temperatura ambjentali, għandhom ikunu jistgħu jaħżnu dawk l-oġġetti simultanjament f'kull kategorija ta' temperatura xierqa, sakemm joħorġu r-riżultati tal-analiżi, tat-testijiet jew tad-dijanjożi tal-laboratorju, jew sakemm joħroġ ir-riżultat tal-kontrolli tal-awtorità kompetenti; u |
(c) |
jkollhom kmamar fejn wieħed ibiddel. |
2. Il-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkostitwixxu unità ta' xogħol integrata u sħiħa waħda.
3. Il-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jintużaw għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra fuq il-kunsinni ta' oġġetti għall-kummerċ intra-Unjoni.
Il-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra fuq kunsinni ta' oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni jew li jitmexxew minn wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/625 għal territorju ieħor elenkat fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/625, wara li jgħaddu mit-territorju ta' pajjiż terz, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-awtoritajiet kompetenti jwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera li turi kif jista' jiġi żgurat l-evitar ta' kontaminazzjoni kroċjata u jimplimentaw il-miżuri identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju għall-prevenzjoni ta' tali kontaminazzjoni kroċjata; u |
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw separazzjoni taż-żmien bejn l-immaniġġjar ta' kunsinni ta' oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni jew li jitmexxew minn wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/625 għal territorju ieħor elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/625, wara li jgħaddu mit-territorju ta' pajjiż terz, u kwalunkwe kunsinna oħra ta' oġġetti li tidħol fl-Unjoni. Matul il-perjodu li jirriżulta mis-separazzjoni taż-żmien il-faċilitajiet użati għall-immaniġġjar ta' kunsinni ta' oġġetti għandhom jitnaddfu u jiġu diżinfettati. |
4. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra fuq il-likwidi bl-ingrossa ta' oriġini mill-annimali u ta' oriġini mhux mill-annimali.
5. Żrinġijiet ħajjin, ħut ħaj u invertebrati ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem u bajd li jfaqqas u lixkiet għas-sajd jistgħu jiġu spezzjonati fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera li jkunu ntgħażlu għall-kategoriji ta' oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625.
KAPITOLU III
Lista ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u ta' punti ta' kontroll
Artikolu 7
Il-format, il-kategoriji, l-abbrevjazzjonijiet u informazzjoni oħra għal-lista ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u ta' punti ta' kontroll
1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-format stabbilit fl-Anness I sabiex jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.
2. Meta jfasslu l-listi ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 u l-listi ta' punti ta' kontroll skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-Istati Membri għandhom jużaw l-abbrevjazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
3. Il-listi ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u ta' punti ta' kontroll għandhom ikunu akkumpanjati minn nota ta' spjegazzjoni li fiha l-abbrevjazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
KAPITOLU IV
Ċentri ta' spezzjoni
Artikolu 8
Rekwiżiti għaċ-ċentri ta' spezzjoni
1. Il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera jistgħu jinkludu ċentru ta' spezzjoni wieħed jew aktar għat-twettiq, kif meħtieġ, tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra fuq il-kategoriji ta' annimali u ta' oġġetti, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-għażla tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera.
2. Iċ-ċentri ta' spezzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera stabbiliti fl-Artikolu 64(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 u r-regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi ta' dan ir-Regolament.
Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 64(3)(f) tar-Regolament (UE) 2017/625 ma għandhomx japplikaw għaċ-ċentri ta' spezzjoni li għandhom aċċess għat-teknoloġija u t-tagħmir għat-tħaddim tas-sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) imsemmija fl-Artikolu 131 ta' dan ir-Regolament u għal sistemi kompjuterizzati oħra ta' ġestjoni tal-informazzjoni disponibbli f'faċilità oħra tal-istess post ta' kontroll fuq il-fruntiera.
3. Iċ-ċentri ta' spezzjoni jridu jkunu:
(a) |
taħt il-mandat tal-istess awtorità doganali tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera; u |
(b) |
taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera. |
4. Meta l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għażla ta' post ta' kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2017/625, huma għandhom jissottomettu wkoll lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar kwalunkwe ċentru ta' spezzjoni stabbilit fi ħdan tali post ta' kontroll fuq il-fruntiera.
5. L-Istati Membri għandhom jelenkaw kull ċentru ta' spezzjoni flimkien mal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera rilevanti magħżul skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2017/625, skont il-format stabbilit fl-Anness I. Din l-informazzjoni għandha tispeċifika wkoll il-kategoriji ta' annimali u ta' oġġetti, li huma kkontrollati fiċ-ċentri ta' spezzjoni skont l-Artikolu 7.
6. L-Istati Membri għandhom ineħħu ċ-ċentri ta' spezzjoni mil-lista msemmija fil-paragrafu 5 ladarba jieqfu milli jikkonformaw mal-paragrafi 2 u 3, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar it-tneħħija u dwar ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.
Artikolu 9
Tħassir
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/812/KE u 2009/821/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 98/22/KE jitħassru b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.
Madankollu, fir-rigward tal-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera li jintgħażlu għall-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625 skont l-Artikolu 59(1) ta' dak ir-Regolament u li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ma jkollhomx żoni jew kmamar għall-ħatt imsaqqfa, it-tieni sentenza tal-Artikolu 3(1)(a) u l-Artikolu 3(3) għandha tapplika mill-14 ta' Diċembru 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE tal-21 ta' Novembru 2001 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' postijiet ta' spezzjoni tal-fruntiera responsabbli għal kontrolli veterinarji ta' prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 306, 23.11.2001, p. 28).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 Tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).
(5) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/22/KE tal-15 ta' April 1998 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi biex isiru verifiki fuq is-saħħa tal-pjanti fil-Komunità, f'postijiet ta' spezzjoni għajr dawk li jkun hemm fil-post tad-destinazzjoni, ta' pjanti, ta' prodotti tal-pjanti jew ta' oġġetti oħra li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi (ĠU L 126, 28.4.1998, p. 26).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).
ANNESS I
Format għal-listi ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera
1. |
2. |
3. |
4. |
5. |
6. |
7. |
Post ta' Kontroll fuq il-Fruntiera |
Id-dettalji ta' kuntatt |
Il-Kodiċi tas-sistema TRACES |
It-Tip ta' trasport |
Ċentri ta' spezzjoni |
Kategoriji ta' annimali u oġġetti u speċifikazzjonijiet |
Speċifikazzjonijiet addizzjonali rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-ħatra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
Format għal-listi ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera
1. |
2. |
3. |
6. |
7. |
Punt tal-Kontroll |
Id-dettalji ta' kuntatt |
Il-Kodiċi tas-sistema TRACES |
Kategoriji ta' annimali u oġġetti u speċifikazzjonijiet |
Speċifikazzjonijiet addizzjonali rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-ħatra |
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
|
ANNESS II
Qasam numru 1: Post ta' Kontroll fuq il-Fruntiera (il-BCP)/Punt ta' Kontroll (is-CP)
Isem il-BCP/is-CP
Qasam numru 2: Dettalji ta' kuntatt tal-BCP/tas-CP
Indirizz sħiħ
Indirizz elettroniku
Numru tat-telefown
Ħinijiet tal-ftuħ (obbligatorji biss għall-BCP)
Sit web (obbligatorju biss għall-BCP)
Qasam numru 3:
Kodiċi TRACES assenjat
Qasam numru 4: Tip ta' trasport tal-BCP
A |
= |
Ajruport |
F |
= |
Ferrovija |
P |
= |
Port |
R |
= |
Triq |
Qasam numru 5: Ċentri ta' spezzjoni
(jekk jogħġbok innota li diversi ċentri ta' spezzjoni jistgħu jkunu f'BCP wieħed)
Isem iċ-ċentru ta' spezzjoni
Indirizz u dettalji tal-kuntatt
Qasam numru 6: Il-BCP u s-CP
Kategoriji ta' annimali u oġġetti u speċifikazzjonijiet
Qasam numru 7: Il-BCP u s-CP
Speċifikazzjonijiet addizzjonali rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-ħatra: test liberu biex jipprovdi l-ispeċifikazzjoni addizzjonali (1)
Abbrevjazzjonijiet u speċifikazzjonijiet applikabbli għall-kategoriji ta' annimali u oġġetti li għalihom jintgħażel il-BCP/CP, inklużi ċ-ċentri ta' spezzjoni fejn applikabbli.
(a) Għall-annimali msemmija fl-Artikolu 47(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625
Abbrevjazzjonijiet |
|
LA |
Annimali ħajjin |
-U |
Ungulati minbarra l-ekwidi rreġistrati |
-E |
Ekwidi rreġistrati |
-O |
Annimali oħra għajr l-annimali ungulati (Din l-abbrevjazzjoni tinkludi annimali ungulati taż-żoo) |
Speċifikazzjonijiet |
|
(*) |
Sospensjoni tal-BCP u CP kif imsemmi fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2017/625 |
(1) |
Ara l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali fil-kaxxa 7 |
(b) Għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali, ħuxlief u tiben imsemmijin fl-Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew koperti minn kundizzjonijiet jew miżuri msemmija fl-Artikolu 47(1)(d) (e) jew (f) tar-Regolament (UE) 2017/625
Abbrevjazzjonijiet |
|
POA |
Prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji mill-annimali, ħuxlief u tiben |
-HC |
Prodotti tajbin għall-konsum mill-bniedem |
-NHC |
Prodotti li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem |
-NT |
L-ebda rekwiżiti ta' temperatura |
-T |
Prodotti ffriżati/imkessħa |
-T(FR) |
Prodotti ffriżati |
-T(CH) |
Prodotti mkessħa |
Speċifikazzjonijiet |
|
(*) |
Sospensjoni tal-BCP u CP kif imsemmi fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2017/625 |
(1) |
Ara l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali fil-kaxxa 7 |
(2) |
Prodotti ppakkjati biss |
(3) |
Prodotti tas-sajd biss |
(4) |
Merkanzija likwida bl-ingrossa biss |
(c) Għall-pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 47(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625
Abbrevjazzjonijiet |
|
P |
Pjanti |
PP |
Prodotti tal-pjanti |
PP(WP) |
Injam u prodotti tal-injam |
OO |
Oġġetti oħra |
Speċifikazzjonijiet |
|
(*) |
Sospensjoni tal-BCP u CP kif imsemmi fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2017/625 |
(1) |
Ara l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali fil-kaxxa 7 |
|
|
(d) Għall-oġġetti mhux ta' oriġini mill-annimali msemmija fl-Artikolu 47(1)(d) (e) jew (f) tar-Regolament (UE) 2017/625
Abbrevjazzjonijiet |
|
PNAO |
Prodotti mhux ta' oriġini mill-annimali |
-HC(food) |
Għall-oġġetti mhux ta' oriġini mill-annimali msemmija fl-Artikolu 47(1)(d) (e) jew (f) tar-Regolament (UE) 2017/625 |
-NHC(feed) |
Għall-oġġetti mhux ta' oriġini mill-annimali koperti mill-kundizzjonijiet jew il-miżuri msemmija fl-Artikolu 47(1)(d) (e) jew (f) tar-Regolament (UE) 2017/625 |
-NHC(other) |
Prodotti mhux ta' oriġini mill-annimali, li la huma ikel u lanqas għalf |
-NT |
L-ebda rekwiżiti ta' temperatura |
-T |
Prodotti ffriżati/imkessħa |
-T(FR) |
Prodotti ffriżati |
-T(CH) |
Prodotti mkessħa |
Speċifikazzjonijiet |
|
(*) |
Sospensjoni tal-BCP u CP kif imsemmi fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2017/625 |
(1) |
Ara l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali fil-kaxxa 7 |
(2) |
Prodotti ppakkjati biss |
(4) |
Merkanzija likwida bl-ingrossa biss |
|
|