EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0709

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/709 tal-14 ta' Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 fir-rigward tar-rekwiżit tat-tikketti marbutin ma' applikazzjonijiet għall-għajnuna rigward żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb

C/2018/2720

ĠU L 119, 15.5.2018, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R1173

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/709/oj

15.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/709

tal-14 ta' Mejju 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 fir-rigward tar-rekwiżit tat-tikketti marbutin ma' applikazzjonijiet għall-għajnuna rigward żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (2), l-applikazzjoni unika għandu jkun fiha, għal żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb, it-tikketti uffiċjali użati fuq il-pakketti taż-żrieragħ skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (3).

(2)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (4) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/707 (5) jinkludi alternattiva għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa tal-qanneb fil-każ ta' varjetajiet ta' konservazzjoni skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE (6).

(3)

Għalhekk, huwa xieraq li jiġi emendat il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tar-Regolament (UE) Nru 809/2014 u li jiġu speċifikati d-dokumenti li għandhom jiġu ammessi bħala tikketti uffiċjali fil-każ ta' varjetajiet ta' konservazzjoni ċċertifikati skont id-Direttiva 2008/62/KE.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

it-tikketti uffiċjali użati fuq il-pakketti taż-żrieragħ skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (*1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha, jew kwalunkwe dokument ieħor li l-Istat Membru jirrikonoxxih bħala ekwivalenti; jew, fil-każ ta' varjetajiet ta' konservazzjoni ċċertifikati skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE (*2), it-tikketti tal-fornitur jew l-avviż stampat jew ittimbrat użati fuq il-pakketti taż-żrieragħ ta' varjetajiet ta' konservazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta' Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta' appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta' dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/707 tat-28 ta' Frar 2018 li jemenda Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-appoġġ tal-qanneb skont l-iskema ta' pagament bażiku u ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat volontarju (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta' Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta' landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b'mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku u t-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta' dawk il-landraces u varjetajiet (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 13).


Top