This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1490
Council Implementing Decision (EU) 2018/1490 of 2 October 2018 authorising Hungary to introduce a special measure derogating from Article 287 of Directive 2006/112/EC on the common system of value added tax
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1490 tat-2 ta' Ottubru 2018 li tawtorizza lill-Ungerija biex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1490 tat-2 ta' Ottubru 2018 li tawtorizza lill-Ungerija biex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
ST/10892/2018/INIT
ĠU L 252, 8.10.2018, pp. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 22/05/2023; Imħassar b' 32023D1025
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/38 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1490
tat-2 ta' Ottubru 2018
li tawtorizza lill-Ungerija biex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont il-punt (12) tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Ungerija tista' teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx l-ekwivalenti ta' EUR 35 000 fil-munita nazzjonali bir-rata tal-kambju fil-jum tal-adeżjoni tagħha. |
|
(2) |
B'ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fit-13 ta' Novembru 2017, l-Ungerija talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-punt (12) tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE biex iżżid il-livell limitu għall-eżenzjoni għal EUR 48 000. Permezz ta' dik il-miżura speċjali, dawk il-persuni taxxabbli jkunu eżentati minn ċerti obbligi jew mill-obbligi kollha fir-rigward tal-VAT imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE. |
|
(3) |
Livell limitu ogħla għall-iskema speċjali għall-impriżi żgħar stabbilit fl-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE huwa miżura ta' simplifikazzjoni, billi dan jista' jnaqqas b'mod sinifikanti l-obbligi tal-VAT tal-impriżi żgħar. |
|
(4) |
F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, permezz ta' ittri datati s-6 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni ttrasmettiet it-talba tal-Ungerija lill-Istati Membri l-oħra. Permezz ta' ittra datata s-7 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Ungerija li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista' tqis it-talba. |
|
(5) |
Il-miżura speċjali mitluba hija f'konformità mal-għanijiet ta' politika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 intitolata “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir” — “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa. |
|
(6) |
B'kunsiderazzjoni li ż-żieda tal-livell limitu tirriżżulta fi tnaqqis fl-obbligi tal-VAT u b'hekk fi tnaqqis fil-piż amministrattiv u fl-ispejjeż ta' konformità għal impriżi żgħar, jenħtieġ li l-Ungerija tkun awtorizzata tapplika l-miżura speċjali għal perjodu limitat. L-iskema speċjali għal impriżi żgħar hija fakultattiva, u għalhekk persuni taxxabbli xorta waħda jkunu jistgħu jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT. |
|
(7) |
Minħabba li l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw l-iskema speċjali għal impriżi żgħar huma s-suġġett ta' reviżjoni, jista' jkun li tidħol fis-seħħ direttiva, li temenda dawk l-Artikoli, li tistabbilixxi data li minnha l-Istati Membri jkollhom japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali qabel ma jiskadi l-perjodu ta' validità tad-deroga fil-31 ta' Diċembru 2021. Jekk jiġri hekk, din id-Deċiżjoni ma tibqax tapplika. |
|
(8) |
Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Ungerija, il-miżura speċjali ser ikollha biss impatt negliġibbli fuq l-ammont ġenerali ta' dħul mit-taxxa li l-Ungerija tiġbor fl-istadju tal-konsum finali. |
|
(9) |
Il-miżura speċjali ma għandha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jakkumulaw mill-VAT minħabba li l-Ungerija ser twettaq kalkolu ta' kumpens skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE,Euratom ) Nru 1553/89 (2), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'deroga mill-punt (12) tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Ungerija hija awtorizzata li teżenta mill-VAT lill-persuni taxxabbli li d-dħul annwali tagħhom mhuwiex ogħla mill-ekwivalenti ta' EUR 48 000 fil-munita nazzjonali bir-rata tal-konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019 sal-aktar data bikrija minn dawn iż-żewġ dati li ġejjin:
|
(a) |
il-31 ta' Diċembru 2021; |
|
(b) |
id-data li fiha l-Istati Membri jkollhom japplikaw kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali li huma meħtieġa jadottaw f'każ li tiġi adottata direttiva li temenda l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE li tirregola l-iskema speċjali għal impriżi żgħar. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-2 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LÖGER
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).