Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2415

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2415 tal-21 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

    ĠU L 343, 22.12.2017, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2415/oj

    22.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 343/33


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2415

    tal-21 ta' Diċembru 2017

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2427 tal-21 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010 (2), li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi identifikati fl-Anness I għal dak ir-Regolament, kif previst fir-Riżoluzzjoni (UNSCR) 1844 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, kif emendata sussegwentement.

    (2)

    Fl-14 ta' Novembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r- l-UNSCR 2385(2017). Fir-rigward tal-eżenzjoni mill-iffriżar tal-assi u mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid għad-dospoizzjoni ta' fondi b'rabta mal-kunsinna fil-ħin ta' għajnuna umanitarja meħtieġa urġentement fis-Somalja, l-UNSCR 2385(2017) żammet ir-riferiment għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi “li jipparteċipaw fil-Pjan ta' Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Somalja”, li ġiet introdotta b'UNSCR 2244 (2015), minflok ir-referenza għal organizzazzjonijiet mhux governattivi “li jipparteċipaw fl-Appell Konsolidat tan-NU għas-Somalja”.

    (3)

    Fil-21 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2427 sabiex tkun tirrifletti l-bidla msemmija hawn fuq.

    (4)

    Din l-emenda taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għaldaqstant, l-aktar bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 356/2010 ikun emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 356/2010, huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-Artikolu 2(1) u (2) ma għandhomx japplikaw għat-tpoġġija ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-kunsinna fil-ħin ta' għajnuna umanitarja meħtieġa urġentement fis-Somalja min-Nazzjonijiet Uniti, mill-aġenziji jew mill-programmi speċjalizzati tagħha, mill-organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta' osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprovdu għajnuna umanitarja, u mis-sħab tagħhom inkarigati mill-implimentazzjoni, inklużi NGOs iffinanzjati b'mod bilaterali jew multilaterali li jipparteċipaw fil-Pjan ta' Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Somalja.”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKAS


    (1)  Ara paġna 78 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1).


    Top