Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0634

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/634 tat-3 ta' April 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

ĠU L 90, 4.4.2017, p. 22–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/634/oj

4.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/634

tat-3 ta' April 2017

li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK.

(2)

Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti aġġorna l-informazzjoni rigward erba' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta' April 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147.


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

1.

Abdullah Yahya Al Hakim (psewdonimu: (a) Abu Ali al Hakim; (b) Abu-Ali al-Hakim; (c) Abdallah al-Hakim; (d) Abu Ali Alhakim; (e) Abdallah al-Mu'ayyad).

Kitba oriġinali: Image

Deżinjazzjoni: Grupp Huthi t-tieni fil-kmand. Indirizz: Dahyan, Provinċja ta' Sa'dah, il-Jemen. Data tat-twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1985; b) Bejn l-1984 u l-1986. Post tat-twelid: a) Dahyan, il-Jemen; b) Provinċja ta' Sa'dah, il-Jemen. Ċittadinanza: Jemen. Informazzjoni oħra: Sess: raġel. Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5837273. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7.11.2014 (emendata fl-20.11.2014).

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdullah Yahya al Hakim ġie ddeżinjat għas-sanzjonijiet fis-7 ta' Novembru 2014 skont il-paragrafi 11 u 15 tal-UNSCR 2140 (2014), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.

Abdullah Yahya al Hakim kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta' Novembru 2011, bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.

F'Ġunju 2014, Abdullah Yahya al Hakim skont ir-rapporti kellu laqgħa sabiex jippjana kolp ta' stat kontra l-President tal-Jemen Abdrabuh Mansour Hadi. Al Hakim iltaqa' ma' militari u kmandanti tas-sigurtà, u mexxejja tribali; figuri partiġjani ewlenin leali lejn l-eks-President tal-Jemen Ali Abdullah Saleh attendew ukoll il-laqgħa, li kienet timmira li tikkoordina l-isforzi militari biex jieħdu f'idejhom Sana'a, il-belt kapitali tal-Jemen.

F'dikjarazzjoni pubblika fid-29 ta' Awwissu 2014, il-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjara li l-Kunsill ikkundanna l-azzjonijiet tal-forzi kkmandati minn Abdullah Yahya al Hakim li invadew Amran, il-Jemen, inklużi l-kwartieri ġenerali tal-Brigata tal-Armata tal-Jemen fit-8 ta' Lulju 2014. Al Hakim mexxa l-ħakma vjolenti ta' Lulju 2014 tal-Governorat ta' Amran u kien il-kmandant militari responsabbli li jieħu deċiżjonijiet rigward il-konflitti kurrenti fil-Governorat ta' Amran u f'Hamdan, il-Jemen.

Minn kmieni f'Settembru 2014, Abdullah Yahya al Hakim baqa' f'Sana'a biex jissorvelja operazzjonijiet ta' ġlied fil-każ li kien jibda l-ġlied. Ir-rwol tiegħu kien li jorganizza operazzjonijiet militari sabiex ikunu jistgħu jwaqqgħu l-Gvern tal-Jemen, u huwa kien ukoll responsabbli biex jiżgura u jikkontrolla r-rotot kollha lejn u barra Sana'a.

2.

Abd Al-Khaliq Al-Houthi (psewdonimu: (a) Abd-al-Khaliq al-Huthi; (b) Abd-al-Khaliq Badr-al-Din al Huthi; (c) 'Abd al-Khaliq Badr al-Din al-Huthi; (d) Abd al-Khaliq al-Huthi; (e) Abu-Yunus).

Kitba oriġinali: Image

Deżinjazzjoni: Kmandant militari Huthi. Data tat-twelid: 1984. Ċittadinanza: Jemen. Informazzjoni oħra: Sess: Raġel. Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5837297. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:7.11.2014 (emendata fl-20.11.2014, fis-26.8.2016).

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abd al-Khaliq al-Houthi ġie ddeżinjat għal sanzjonijiet fis-7 ta' Novembru 2014 skont il-paragrafi 11 u 15 tal-UNSCR 2140 (2014), bħala li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.

Abd al-Khaliq al-Houthi kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta' Novembru 2011 bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u atti li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.

Lejn l-aħħar ta' Ottubru 2013, Abd Al-Khaliq al-Houthi mexxa grupp ta' ġellieda mlibbsin uniformijiet militari tal-Jemen f'attakk fuq postijiet f'Dimaj, il-Jemen. Il-ġlied sussegwenti rriżulta f'diversi mwiet.

Lejn l-aħħar ta' Settembru 2014, numru mhux magħruf ta' ġellieda mhux identifikati allegatament kienu lesti biex jattakkaw faċilitajiet diplomatiċi f'Sana'a, il-Jemen, malli jirċievu ordnijiet minn Abd Al-Khaliq al-Houthi. Fit-30 ta' Awwissu 2014, al-Houthi kkoordina biex l-armi minn Amran għal kamp ta' protesta f'Sana'a.

3.

Ali Abdullah Saleh (psewdonimu: Ali Abdallah Salih).

Kitba oriġinali: Image

Deżinjazzjoni: a) President tal-partit tal-Kungress tal-Poplu Ġenerali tal-Jemen; b) President tal-Ex-Repubblika tal-Jemen. Data tat-twelid: a)21.3.1945; b)21.3.1946; c)21.3.1942; d)21.3.1947. Post tat-twelid: a) Bayt al-Ahmar, Provinċja ta' Sana'a, il-Jemen; b) Sana'a, il-Jemen; c) Sana'a, Sanhan, Al-Rib' al-Sharqi. Ċittadinanza: Jemen. Nru tal-Passaport: 00016161 (Jemen). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 01010744444. Informazzjoni oħra: Sess: Raġel. Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5837306. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7.11.2014 (emendata fl-20.11.2014).

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ali Abdullah Saleh ġie ddeżinjat għas-sanzjonijiet fis-7 ta' Novembru 2014 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.

Ali Abdullah Saleh kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta' Novembru 2011 bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u atti li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.

Skont il-Ftehim tat-23 ta' Novembru 2011 appoġġat mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, Ali Abdullah Saleh irriżenja minn President tal-Jemen wara aktar minn 30 sena.

Mill-ħarifa tal-2012, Ali Abdullah Saleh kien allegatament sar wieħed mis-sostenituri primarji tal-azzjonijiet vjolenti ta' Huthi fit-Tramuntana tal-Jemen.

Ġlied fin-Nofsinhar tal-Jemen fi Frar 2013 kien ir-riżultat ta' sforzi magħquda ta' Saleh, l-AQAP u s-seċessjonista tan-Nofsinhar Ali Salim al-Bayd sabiex jaqilgħu l-inkwiet qabel il-Konferenza ta' Djalogu Nazzjonali fil-Jemen tat-18 ta' Marzu 2013. Aktar reċentement, f'Settembru 2014, Saleh kien qed jiddestabbilizza l-Jemen billi juża persuni oħrajn biex jimminaw lill-gvern ċentrali u joħolqu biżżejjed instabbiltà biex jheddu b'kolp ta' stat. Skont rapport ta' Settembru 2014 minn Bord ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Jemen, interlokuturi allegaw li Saleh jappoġġa azzjonijiet vjolenti ta' xi Jemeniti billi jipprovdilhom fondi u appoġġ politiku, kif ukoll billi jiżgura li l-Membri tal-GPC jibqgħu jikkontribwixxu għad-destabbilizzazzjoni tal-Jemen permezz ta' diversi mezzi.

5.

Ahmed Ali Abdullah Saleh (psewdonimu: Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar)

Titlu: Eks-ambaxxatur, eks-Brigadier Ġeneral. Data tat-twelid:25.7.1972. Ċittadinanza: Jemenita. Nru tal-Passaport: a) Passaport Jemenit numru 17979 maħruġ taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh (imsemmi fil-karta tal-identità diplomatika Nru: 31/2013/20/003140 ta' hawn taħt) b) Passaport Jemenit numru 02117777 maħruġ fit-8.11.2005 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar c) Passaport Jemenit numru 06070777 maħruġ fit-3.12.2014 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar. Indirizz: Emirati Għarab Magħquda. Informazzjoni oħra: Kellu rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Ahmed Saleh huwa iben l-eks-President tar-Repubblika tal-Jemen, Ali Abdullah Saleh (YEi.003). Ahmed Ali Abdullah Saleh ġej minn żona magħrufa bħala Bayt Al-Ahmar, li tinsab madwar 20 km Xlokk tal-belt kapitali, Sana'a. Karta tal-identità diplomatika Nru: 31/2013/20/003140, maħruġa fis-7.7.2013 mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh; stat attwali: ikkanċellat. Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5895854. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:14.4.2015 (emendata fis-16.9.2015).

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ahmed Ali Saleh ilu jaħdem biex jimmina l-awtorità tal-President Hadi, ixekkel it-tentattivi ta' Hadi li jirriforma l-militar, u jtellef it-transizzjoni paċifika tal-Jemen għad-demokrazija. Saleh qeda rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Sa minn nofs Frar 2013, Ahmed Ali Saleh kien ta eluf ta' azzarini ġodda lill-brigati tal-Gwardja Repubblikana u shaykhs tribali mhux identifikati. L-armi oriġinarjament ġew akkwistati fl-2010 u miżmuma biex tinxtara l-lealtà ta' min jirċevihom għal gwadann politiku aktar 'il quddiem.

Wara li missier Saleh, l-eks-President tar-Repubblika tal-Jemen Ali Abdullah Saleh, irriżenja minn President tal-Jemen fl-2011, Ahmed Ali Saleh żamm postu bħala kmandant tal-Gwardja Repubblikana tal-Jemen. Ftit aktar minn sena wara, Saleh kien tkeċċa mill-President Hadi iżda żamm influwenza sinifikanti fil-militar tal-Jemen, anke wara li tneħħa mill-kmand. Ali Abdullah Saleh ġie ddeżinjat min-NU skont il-UNSCR 2140 f'Novembru 2014.


Top