Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1903

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1903 tat-28 ta' Ottubru 2016 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72

    ĠU L 295, 29.10.2016, p. 1–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/01/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1903/oj

    29.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 295/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1903

    tat-28 ta' Ottubru 2016

    li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill jadotta miżuri għall-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd, fuq proposta tal-Kummissjoni.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jesiġi li jiġu addottati miżuri ta' konservazzjoni filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli inkluż, fejn rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u minn korpi konsultattivi oħra, kif ukoll fid-dawl ta' kwalunkwe parir mogħti minn Kunsilli Konsultattivi u rakkomandazzjonijiet konġunti li jsiru mill-Istati Membri.

    (3)

    Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif ikun xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu allokati lill-Istati Membri b'mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk jew attività tas-sajd filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (4)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-objettiv tal-PKS ikun li tintlaħaq ir-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli sal-2015 safejn possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha.

    (5)

    Għalhekk, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, b'kont meħud tal-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll wara li jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

    (6)

    Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (“il-pjan”). Il-pjan għandu l-għan li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa' lura u jżomm lill-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda f'livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Għal dak il-għan, il-mortalità mis-sajd fil-mira għall-istokkijiet ikkonċernati, espressa f'meded, għandha tintlaħaq kemm jista' jkun malajr u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sal-2020. Huwa xieraq li l-limiti ta' qbid applikabbli fl-2017 għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku jiġu stabbiliti bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan.

    (7)

    Skont il-Pjan, meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa ta' stokk riproduttiv ta' kwalunkwe stokk ikkonċernat tkun taħt il-punti ta' referenza għall-bijomassa ta' stokk riproduttiv stipulati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1139, kull miżura ta' rimedju xierqa għandha tiġi adottata sabiex jiġi żgurat li l-istokk ikkonċernat jitreġġa' lura malajr għal livelli ogħla minn dak li kapaċi jipproduċi rendiment massimu sostenibbli. Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) indika li l-bijomassa tal-istokk tal-merluzz Baltiku tal-Punent hija anqas mill-punti ta' referenza dwar konservazzjoni stipulati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Konsegwentement, huwa xieraq li l-opportunitajiet ta' sajd għall-merluzz Baltiku tal-Punent jiġu stabbiliti taħt il-medda tal-mortalità mis-sajd fl-anness I, kolonna B, tar-Regolament (UE) 2016/1139, f'livell li jqis it-tnaqqis tal-bijomassa. Għal dak l-għan, huwa neċessarju li jitqiesu l-iskeda ta' żmien għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS b'mod ġenerali u dawk tal-pjan b'mod partikolari, l-effett mistenni tal-miżuri ta' rimedju meħuda u l-ħtieġa li jiġu żgurati l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ta' impjieg, kif stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (8)

    Jenħtieġ li jittieħdu aktar miżuri ta' rimedju. Estensjoni tal-perijodu tal-għeluq biż-żieda ta' ġimagħtejn mas-sitt ġimgħat applikabbli bħalissa twassal għal iżjed protezzjoni għall-ġlejjeb tal-merluzz. Skont il-parir xjentifiku, is-sajd rikreattiv għall-merluzz Baltiku tal-Punent jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-total tal-mortalità mis-sajd ta' dak l-istokk. Filwaqt li jitqies l-istat attwali ta' dak l-istokk, huwa xieraq li jiġu adottati ċerti miżuri dwar is-sajd rikreattiv. B'mod aktar partikolari, jenħtieġ li japplika limitu tal-qabda ta' kuljum għal kull sajjied, liema limitu jenħtieġ ikun aktar restrittiv matul żmien ir-riproduzzjoni tal-ħut. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-istabbiltà relattiva applikabbli għall-attivitajiet ta' sajd kummerċjali.

    (9)

    Fir-rigward tal-istokk tal-Lvant tal-merluzz Baltiku, minħabba bidliet fil-bijoloġija tiegħu, l-ICES ma setax jistabbilixxi punti ta' referenza bijoloġiċi u minflok ta l-parir li t-TAC għal dak l-istokk ta' merluzz ikun ibbażat fuq approċċ ta' data limitata. Huwa xieraq, għalhekk, li sabiex jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-pjan, it-TAC għall-merluzz Baltiku tal-Lvant jiġi stabbilit skont l-approċċ ta' prekawzjoni.

    (10)

    Fir-rigward tal-aringi tal-Golf ta' Riga, il-parir xjentifiku disponibbli jindika l-preżenza ta' klassi tas-sena 2015 b'saħħitha ħafna. L-istabbiliment ta' TAC skont il-medda tal-mortalità mis-sajd stipulata fl-Anness I, kolonna A, tar-Regolament (UE) 2016/1139, twassal għal żieda konsiderevoli tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li min-naħa tagħha twassal għal kompetizzjoni għolja għall-ikel, tkabbir aktar bil-mod, fattur ta' kundizzjoni aktar baxx u kwalità inferjuri tal-ħut b'mod ġenerali. Billi l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' dan l-istokk hija ogħla mill-punt ta' referenza tal-bijomassa stipulat fl-Anness II, kolonna A, ta' dak ir-Regolament, huwa xieraq li t-TAC tiġi stabbilita skont il-meded ta' mortalità mis-sajd stipulati fl-Anness I, kolonna B, ta' dak ir-Regolament, billi dan huwa neċessarju biex jiġi evitat dannu serju lil dan l-istokk kawża tad-dinamika bejn l-individwi tal-istess speċi fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 4(4) ' dak ir-Regolament.

    (11)

    Jenħtieġ li l-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stipulati f'dan ir-Regolament ikun soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3), u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni tal-qabdiet u l-isforz tas-sajd, u għat-trażmissjoni tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-kodiċijiet marbuta mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni.

    (12)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4) introduċa kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC inkluż, skont l-Artikoli 3 u 4, dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill irid jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma japplikawx l-Artikoli 3 jew 4, b'mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Aktar reċenti, il-mekkaniżmu tal-flessibbiltà ta' sena b'sena iddaħħal bl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef l-prinċipju tal-isfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, li tfixkel il-kisba tal-objettivi tal-PKS u li tiddeterjora l-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw biss għat-TACs analitiċi meta ma tintużax il-flessibbiltà ta' sena b'sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (13)

    Abbażi ta' parir xjentifiku ġdid, TAC preliminari għall-merluzz tan-Norveġja fiż-żona tal-ICES IIIa u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIa u IV jenħtieġ li jkun stabbilit għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2016 sal-31 ta' Ottubru 2017. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/72 jiġi emendat skont dan. Sabiex tiġi evitata interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-merluzz tan-Norveġja japplikaw b'effett mill-1 ta' Novembru 2016.

    (14)

    Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2017. Għal raġunijiet ta' urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku għall-2017.

    Artikolu 2

    Kamp ta' applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.

    2.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal sajd rikreattiv meta jissemma espressament fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 japplikaw. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “suddiviżjoni” tfisser suddiviżjoni tal-ICES tal-Baħar Baltiku kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (5);

    (2)

    “qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta' kull stokk li tista' tinqabad fuq perijodu ta' sena;

    (3)

    “kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz.

    (4)

    “sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fosthom għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport.

    KAPITOLU II

    OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

    Artikolu 4

    TACs u allokazzjonijiet

    It-TACs, il-kwoti u l-kondizzjonijiet marbutin b'mod funzjonali magħhom, fejn xieraq, huma stipulati fl-Anness.

    Artikolu 5

    Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd

    L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stipulat f'dan ir-Regolament, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

    (a)

    skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

    (b)

    tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

    (c)

    ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

    (d)

    kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

    (e)

    tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    Artikolu 6

    Kondizzjonijiet għal ħatt l-art ta' qabdiet u ta' qabdiet aċċessorji

    1.   Qabdiet ta' speċi soġġetti għal limiti ta' qbid u li nqabdu f'żoni tas-sajd speċifikati fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art, kif stabbilit f'dak l-Artikolu.

    2.   L-istokkijiet ta' speċi mhux fil-mira fil-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huma identifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-finijiet tad-deroga mill-obbligu li l-qabdiet jingħaddu skont il-kwoti rilevanti previsti f'dak l-Artikolu.

    Artikolu 7

    Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għall-merluzz fis-suddiviżjonijiet 22-24

    1.   Fis-sajd rikreattiv, mhux aktar minn ħames kampjuni ta' merluzz jistgħu jinżammu għal kull sajjied kuljum fis-suddiviżjonijiet 22-24.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1, mhux aktar minn tliet kampjuni ta' merluzz jistgħu jinżammu għal kull sajjied kuljum fis-suddiviżjonijiet 22-24 fil-perijodu li jibda mill-1 ta' Frar 2017 sal-31 ta' Marzu 2017.

    3.   Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.

    KAPITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 8

    Trażmissjoni tad-data

    Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data li tirrigwarda l-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda jew li nħattu l-art, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 9

    Flessibbiltà

    1.   Ħlief meta jkun speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet soġġetti għal TACs prekawzjonarji u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitika.

    2.   L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta' sena b'sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    Artikolu 10

    Emenda għar-Regolament (UE) 2016/72

    Fl-Anness IA tar-Regolament (UE) 2016/72, l-entrata għall-merluzz tan-Norveġja fi IIIa u fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV hija sostitwita b'dan li ġej:

    Speċi:

    Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati

    Trisopterus esmarkii

    Żona:

    IIIa; Ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV

    (NOP/2A3A4)

    Sena

    2016

    2017

     

     

    Danimarka

    128 880  (6)  (8)

    99 907  (6)  (11)

     

     

    Ġermanja

    25 (6)  (7)  (8)

    199 (6)  (7)  (11)

     

     

    Netherlands

    95 (6)  (7)  (8)

    74 (6)  (7)  (11)

     

     

    L-Unjoni

    129 000  (6)  (8)

    100 000  (6)  (11)

     

     

    Norveġja

    15 000  (9)

     

     

     

    Gżejjer Faeroe

    6 000  (10)

     

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

    Mhux rilevanti

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Artikolu 11

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 10, li għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2016.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. LAJČÁK


    (1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).

    (6)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' ħatt l-art, il-qabdiet tal-merlangu jistgħu jingħaddu ma' mhux iżjed minn 5 % tal-kwota (OT2/* 2A3A4), dment li dawn il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċijiet li jingħaddu skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'kollox ma jirrappreżentawx iżjed minn 9 % ta' din il-kwota għall-merluzz tan-Norveġja.

    (7)  Il-kwota tista' tiġi mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIa, IIIa u IV biss.

    (8)  Il-kwota tal-Unjoni tista' tiġi mistada biss mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru 2016.

    (9)  Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni.

    (10)  Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni. Tinkludi massimu ta' 15 % ta' qabdiet aċċessorji inevitabbli (NOP/*2A3A4), li għandhom jingħaddu ma' din il-kwota.

    (11)  Il-kwota tal-Unjoni tista' tiġi mistada mill-1 ta' Novembru 2016 sal-31 ta' Ottubru 2017.


    ANNESS

    IT-TACs APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI F'ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA

    It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj, ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor) skont l-istokk u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom.

    Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    L-istokkijiet tal-ħut huma msemmija skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi.

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, qiegħda tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

    Isem xjentifiku

    Kodiċi Alfa-3

    Isem komuni

    Clupea harengus

    HER

    Aringa

    Gadus morhua

    COD

    Merluzz

    Pleuronectes platessa

    PLE

    Barbun tat-tbajja'

    Salmo salar

    SAL

    Salamun

    Sprattus sprattus

    SPR

    Laċċa kaħla


    Speċi:

    Aringa

    Clupea harengus

    Żona:

    Suddiviżjonijiet 30-31

    (HER/30/31.)

    Finlandja

    115 599

     

     

    Żvezja

    25 399

     

     

    L-Unjoni

    140 998

     

     

    TAC

    140 998

     

    TAC analitika


    Speċi:

    Aringa

    Clupea harengus

    Żona:

    Suddiviżjonijiet 22-24

    (HER/3BC+24)

    Danimarka

    3 981

     

     

    Ġermanja

    15 670

     

     

    Finlandja

    2

     

     

    Polonja

    3 695

     

     

    Żvezja

    5 053

     

     

    L-Unjoni

    28 401

     

     

    TAC

    28 401

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Għandu japplika l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament


    Speċi:

    Aringa

    Clupea harengus

    Żona:

    Ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

    (HER/3D-R30)

    Danimarka

    4 205

     

     

    Ġermanja

    1 115

     

     

    Estonja

    21 473

     

     

    Finlandja

    41 914

     

     

    Latvja

    5 299

     

     

    Litwanja

    5 580

     

     

    Polonja

    47 618

     

     

    Żvezja

    63 925

     

     

    L-Unjoni

    191 129

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC analitika

    Għandu japplika l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament


    Speċi:

    Aringa

    Clupea harengus

    Żona:

    Suddiviżjoni 28.1

    (HER/03D.RG)

    Estonja

    14 350

     

     

    Latvja

    16 724

     

     

    L-Unjoni

    31 074

     

     

    TAC

    31 074

     

    TAC analitika

    Għandu japplika l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament


    Speċi

    Merluzz

    Gadus morhua

    Żona:

    Ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 25-32

    (COD/3DX32.)

    Danimarka

    7 089

     

     

    Ġermanja

    2 820

     

     

    Estonja

    691

     

     

    Finlandja

    542

     

     

    Latvja

    2 636

     

     

    Litwanja

    1 736

     

     

    Polonja

    8 161

     

     

    Żvezja

    7 182

     

     

    L-Unjoni

    30 857

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC prekawzjonarja

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika


    Speċi:

    Merluzz

    Gadus morhua

    Żona:

    Suddiviżjonijiet 22-24

    (COD/3BC+24)

    Danimarka

    2 444

     

     

    Ġermanja

    1 194

     

     

    Estonja

    54

     

     

    Finlandja

    48

     

     

    Latvja

    202

     

     

    Litwanja

    131

     

     

    Polonja

    654

     

     

    Żvezja

    870

     

     

    L-Unjoni

    5 597

     

     

    TAC

    5 597  (1)

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika


    Speċi:

    Barbun tat-tbajja'

    Pleuronectes platessa

    Żona:

    Ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-32

    (PLE/3BCD-C)

    Danimarka

    5 632

     

     

    Ġermanja

    626

     

     

    Polonja

    1 179

     

     

    Żvezja

    425

     

     

    L-Unjoni

    7 862

     

     

    TAC

    7 862

     

    TAC analitika


    Speċi:

    Salamun

    Salmo salar

    Żona:

    Ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-31

    (SAL/3BCD-F)

    Danimarka

    19 879  (2)

     

     

    Ġermanja

    2 212  (2)

     

     

    Estonja

    2 020  (2)

     

     

    Finlandja

    24 787  (2)

     

     

    Latvja

    12 644  (2)

     

     

    Litwanja

    1 486  (2)

     

     

    Polonja

    6 030  (2)

     

     

    Żvezja

    26 870  (2)

     

     

    L-Unjoni

    95 928  (2)

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika


    Speċi:

    Salamun

    Salmo salar

    Żona:

    Ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjoni 32

    (SAL/3D32.)

    Estonja

    1 075  (3)

     

     

    Finlandja

    9 410  (3)

     

     

    L-Unjoni

    10 485  (3)

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC prekawzjonarja


    Speċi:

    Laċċa kaħla

    Sprattus sprattus

    Żona:

    Ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-32

    (SPR/3BCD-C)

    Danimarka

    25 745

     

     

    Ġermanja

    16 310

     

     

    Estonja

    29 896

     

     

    Finlandja

    13 477

     

     

    Latvja

    36 107

     

     

    Litwanja

    13 061

     

     

    Polonja

    76 627

     

     

    Żvezja

    49 770

     

     

    L-Unjoni

    260 993

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC analitika

    Għandu japplika l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament


    (1)  Din il-kwota tista' tiġi mistada mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar 2017 u mill-1 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2017.

    (2)  Espress fl-għadd ta' ħut individwali.

    (3)  Espress fl-għadd ta' ħut individwali.


    Top