Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0687

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 687/2014 tal- 20 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward taċ-ċarezza, l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni, l-ekwivalenza tal-istandards ta' sigurtà u l-miżuri ta' sigurtà tal-merkanzija u tal-posta Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 182, 21.6.2014, p. 31–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/11/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1998

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/687/oj

    21.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 182/31


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 687/2014

    tal-20 ta' Ġunju 2014

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward taċ-ċarezza, l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni, l-ekwivalenza tal-istandards ta' sigurtà u l-miżuri ta' sigurtà tal-merkanzija u tal-posta

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 (2) uriet il-ħtieġa ta' emendi fil-modalitajiet ta' implimentazzjoni ta' ċerti standards bażiċi komuni.

    (2)

    Ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni għandhom jiġu ċċarati, armonizzati jew issimplifikati sabiex titjieb iċ-ċarezza legali u b'hekk ma jkunx hemm interpretazzjonijiet diverġenti tal-leġiżlazzjoni, kif ukoll sabiex tkompli tiġi żgurata l-aħjar implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni.

    (3)

    L-emendi jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' għadd limitat ta' miżuri fir-rigward tal-oġġetti pprojbiti, is-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, il-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija, il-posta, il-provvisti għal matul it-titjira u l-provvisti tal-ajruporti u t-tagħmir ta' sigurtà.

    (4)

    F'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 (3), il-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-istandards ta' sigurtà tal-avjazzjoni ta' pajjiżi terzi u ta' pajjiżi u territorji oħra li fihom ma japplikax it-Titolu VI tat-TFUE, skont il-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kriterji stabbiliti f'dak ir-Regolament.

    (5)

    Il-Kummissjoni vverifikat li l-ajruporti li jinsabu f'Guernsey, fil-Gżira ta' Man u f'Jersey jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009.

    (6)

    Fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 hemm elenkati l-pajjiżi terzi u l-pajjiżi u t-territorji l-oħra li fihom ma japplikax it-Titolu VI tat-TFUE rikonoxxut bħala li japplika standards ta' sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni li jistabbilixxi r-Regolament (KE) Nru 272/2009.

    (7)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 jistabbilixxu rekwiżiti simili ta' sigurtà għall-entitajiet li jaħdmu fil-katina ta' provvista tal-merkanzija u tal-posta.

    (8)

    Ir-rekwiżiti ta' sigurtà għall-programm tal-aġent regolat tas-sigurtà tal-avjazzjoni u tal-kunsinnatur magħruf iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 185/2010 u għall-programm tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat doganali ddefiniti fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom jiġu allinjati aktar sabiex jippermettu li r-rikonoxximent reċiproku jiffaċilita lill-awtoritajiet tal-industrija u tal-gvern ikkonċernati filwaqt li fl-istess ħin iżommu l-livelli attwali ta' sigurtà.

    (9)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

    (10)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Il-punt 5(o) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2014.

    Il-punt 10(b) u l-punt 11(b) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta' Marzu 2015.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008 (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Il-Kapitolu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Jiżdied il-punt 1.0.5 li ġej:

    “1.0.5.

    Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-kapitolu u fejn applikabbli f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tat-Trattat.”;

    (b)

    Jitħassar il-punt 1.3.1.7;

    (c)

    Jiżdied il-punt 1.6 li ġej:

    “1.6.   OĠĠETTI PPROJBITI

    1.6.1.   Persuni għajr il-passiġġieri ma għandux ikollhom il-permess li jġorru l-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 1-A fiż-żoni ta' sigurtà ristretta.

    1.6.2.   Tista' tingħata eżenzjoni mill-punt 1.6.1 bil-kundizzjoni li l-persuna tkun awtorizzata ġġorr l-oġġetti pprojbiti f'żoni ta' sigurtà ristretta sabiex twettaq ħidmiet li huma essenzjali għat-tħaddim tal-faċilitajiet tal-ajruport jew tal-inġenji tal-ajru, jew biex twettaq il-ħidmiet ta' waqt it-titjira.

    1.6.3.   Sabiex jiġi permess it-taqbil tal-persuna awtorizzata li ġġorr oġġett wieħed jew aktar, kif elenkat fid-Dokument Mehmuż 1-A mal-oġġett li jkun qiegħed jinġarr:

    (a)

    il-persuna għandu jkollha awtorizzazzjoni u għandha ġġorrha magħha. L-awtorizzazzjoni għandha jew tiġi indikata fuq il-karta tal-identifikazzjoni li tagħti aċċess għaż-żoni ta' sigurtà ristretta jew inkella fuq dikjarazzjoni bil-miktub separata. L-awtorizzazzjoni għandha tindika l-oġġetti li jistgħu jinġarru, jew bħala kategorija jew inkella bħala oġġett speċifiku. Jekk l-awtorizzazzjoni tkun indikata fuq il-karta tal-identifikazzjoni, għandha tkun ta' tip li jista' jingħaraf fuq bażi ta' ħtieġa ta' għarfien; jew

    (b)

    għandu jkun hemm sistema stabbilita fil-punt ta' kontroll tas-sigurtà li tindika liema oġġetti jistgħu jinġarru minn liema persuni, jew bħala kategorija inkella bħala oġġett speċifiku.

    It-taqbil għandu jitwettaq qabel ma l-persuna tingħata l-permess iġġorr l-oġġetti kkonċernati fiż-żoni ta' sigurtà ristretta jew abbord inġenju tal-ajru, jew jekk tintalab tagħmel dan minn persuni li jwettqu sorveljanza jew għassa skont il-punt 1.5.1 (c).

    1.6.4.   L-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 1-A jistgħu jinħażnu f'żoni ta' sigurtà ristretta sakemm jinżammu f'kundizzjonijiet siguri. L-oġġetti elenkati fil-punti (c), (d) u (e) tad-Dokument Mehmuż 4-C jistgħu jinħażnu f'żoni ta' sigurtà ristretta sakemm ma jkunux aċċessibbli għall-passiġġieri.”;

    (d)

    Jiżdied id-Dokument Mehmuż 1-A li ġej:

    “DOKUMENT MEHMUŻ 1-A

    PERSUNI GĦAJR PASSIĠĠIERI

    LISTA TA' OĠĠETTI PPROJBITI

    (a)

    armi tan-nar u kwalunkwe apparat ieħor li jispara l-projettili — apparat li jista', jew li jidher li jista' jintuża sabiex jikkawża ġrieħi serji billi jispara projettili, inklużi:

    armi tan-nar ta' kull tip, bħalma huma l-pistoli, ir-revolvers, l-azzarini, is-snieter,

    armi tan-nar tal-logħob, kopji u imitazzjonijiet tal-armi tan-nar li dak li jkun jista' jaħsibhom armi ta' vera,

    partijiet komponenti ta' armi tan-nar, esklużi l-miri teleskopiċi,

    armi tal-arja u tas-CO2 kkumpressati, bħalma huma pistoli, armi li jisparaw il-pritkuni, azzarini u armi li jisparaw il-ball bearings,

    pistoli tas-suffarelli tas-sinjali u pistoli tat-tlielaq,

    qwies, ‘cross bows’ u vleġeġ,

    apparat li jispara l-ħarpuni jew il-froxxni,

    wdab u żbandoli;

    (b)

    apparat li jistordi — apparat maħsub speċifikament biex jistordi jew jimmobilizza, inklużi:

    apparat li jixxokkja, bħalma huma l-pistoli li jistordu, it-tasers u l-lembubi li jistordu,

    apparat li jistordi l-annimali u li joqtol l-annimali,

    kimiċi, gassijiet u sprejs li jrendu inkapaċi, bħalma huma l-mace, l-isprejs tal-bżar, l-isprejs tal-bżar aħdar, il-gass tad-dmugħ, l-isprejs tal-aċidu u l-isprejs li jgerrxu l-annimali;

    (c)

    splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u — splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u li jistgħu, jew jidhru li jistgħu, jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji jew biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

    munizzjoni,

    mezzi detonaturi,

    detonaturi u miċeċ,

    apparat splussiv ta' imitazzjoni,

    mini, granati u oġġetti splussivi militari oħra,

    logħob tan-nar u oġġetti pirotekniċi oħra,

    bombi tad-duħħan u stoċċijiet li jiġġeneraw id-dħaħen,

    dinamite, porvli u splussivi plastiċi;

    (d)

    kull oġġett ieħor li jista' jintuża biex jikkawża ġrieħi serji u li ġeneralment ma jintużax f'żoni ta' sigurtà ristretta, eż. tagħmir tal-arti marzjali, xwabel, eċċ.”;

    (2)

    Il-Kapitolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Jiżdied il-punt 3.0.6 li ġej:

    “3.0.6.

    Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-kapitolu u fejn applikabbli f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tat-Trattat.”;

    (b)

    Jiġi sostitwit il-punt 3.2.1.1 b'dan li ġej:

    “3.2.1.1.

    Ikun fejn ikun ipparkjat fl-ajruport, kull bieba esterna tal-inġenju tal-ajru għandha tkun protetta minn aċċess mhux awtorizzat billi:

    (a)

    ikun żgurat li l-persuni li jfittxu li jiksbu aċċess mhux awtorizzat jiġu kkontrollati minnufih; jew

    (b)

    il-bibien esterni jkunu magħluqin. Meta inġenju tal-ajru jkun f'parti kritika, il-bibien esterni li ma jkunux aċċessibbli minn persuna mill-art għandhom jitqiesu magħluqa jekk l-għajnuniet għall-aċċess ikunu tneħħew u tqiegħdu 'l bogħod biżżejjed mill-inġenju tal-ajru sabiex jiġi ostakolat l-aċċess b'mod raġonevoli minn persuna; jew

    (c)

    ikun hemm mezzi elettroniċi li immedjatament jindividwaw aċċess mhux awtorizzat; jew;

    (d)

    ikun hemm sistema b'karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport li tagħti aċċess elettroniku għall-bibien kollha li jwasslu direttament għall-pont tal-imbark tal-passiġġieri, maġenb bieb miftuħ tal-inġenju tal-ajru, li tagħti aċċess biss lill-persuni li huma mħarrġa f'konformità mal-punt 11.2.3.7. Dawn il-persuni għandhom jiżguraw li ma jkunx hemm aċċess mhux awtorizzat waqt li jkunu qed jużaw il-bieb.”;

    (c)

    Jiġi sostitwit id-Dokument Mehmuż 3-B b'dan li ġej:

    “DOKUMENT MEHMUŻ 3-B

    SIGURTÀ TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TA' DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI.

    Fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità tal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dak it-Trattat, ġew rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

     

    L-Istati Uniti tal-Amerika

     

    Il-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tal-ajruport Vagar

     

    Il-Groenlandja, fir-rigward tal-ajruport Kangerlussuaq

     

    Guernsey

     

    Jersey

     

    Il-Gżira ta' Man

    Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.

    L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat, hija stabbilita mill-ġdid.”;

    (3)

    Il-Kapitolu 4 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Jiżdied il-punt 4.0.5 li ġej:

    “4.0.5.

    Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-kapitolu u fejn applikabbli f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dak it-Trattat.”;

    (b)

    Jiġi sostitwit id-Dokument Mehmuż 4-B b'dan li ġej:

    “DOKUMENT MEHMUŻ 4-B

    PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA

    PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TA' DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

    Fir-rigward tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità tal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dak it-Trattat, rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

     

    L-Istati Uniti tal-Amerika

     

    Il-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tal-ajruport Vagar

     

    Il-Groenlandja, fir-rigward tal-ajruport Kangerlussuaq

     

    Guernsey

     

    Jersey

     

    Il-Gżira ta' Man

    Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.

    L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat, hija stabbilita mill-ġdid.”;

    (4)

    Il-Kapitolu 5 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Jiżdied il-punt 5.0.5 li ġej:

    “5.0.5.

    Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-kapitolu u fejn applikabbli f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dak it-Trattat.”;

    (b)

    Jiġi sostitwit id-dokument mehmuż 5-A b'dan li ġej:

    “DOKUMENT MEHMUŻ 5-A

    BAGALJI TAL-ISTIVA

    PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TA' DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

    Fir-rigwardl-bagalji tal-istiva, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità tal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dak it-Trattat, rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

     

    L-Istati Uniti tal-Amerika

     

    Il-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tal-ajruport Vagar

     

    Il-Groenlandja, fir-rigward tal-ajruport Kangerlussuaq

     

    Guernsey

     

    Jersey

     

    Il-Gżira ta' Man

    Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.

    L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat, hija stabbilita mill-ġdid.”;

    (5)

    Il-Kapitolu 6 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Jiżdied il-punt 6.0.3 li ġej:

    “6.0.3.

    Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-kapitolu u fejn applikabbli f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dak it-Trattat.”;

    (b)

    Jiġi sostitwit il-punt 6.3.1.2 (b) b'dan li ġej:

    “(b)

    l-awtorità xierqa jew validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li jaġixxi f'isimha, għandhom jeżaminaw il-programm tas-sigurtà u mbagħad iwettqu verifika fuq il-post tas-siti speċifikati sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu.

    Għajr għall-ħtiġiet stipulati fil-punt 6.2, eżami tas-sit tal-applikant mill-awtorità doganali rilevanti f'konformità mal-Artikolu 14n tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (*) għandu jitqies bħala verifika fuq il-post jekk ikun sar mhux aktar kmieni minn 3 snin qabel id-data li fiha l-applikant ifittex approvazzjoni bħala aġent regolat. Iċ-ċertifikat tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) u l-valutazzjoni rilevanti tal-awtoritajiet doganali għandhom ikunu magħmula disponibbli mill-applikant għal spezzjoni ulterjuri.

    (*)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).”;"

    (c)

    Jiżdied il-paragrafu li ġej fil-punt 6.3.1.4:

    “Għajr għall-ħtiġiet imniżżla fil-punt 6.2, eżami tas-sit tal-aġent regolat mill-awtorità doganali rilevanti f'konformità mal-Artikolu 14n tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandu jitqies bħala verfika fuq il-post.”;

    (d)

    Jiġi sostitwit il-punt 6.3.1.5 b'dan li ġej:

    “6.3.1.5.

    Jekk l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta fir-rigward tal-konformità tal-aġent regolat mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u mal-atti ta' implimentazzjoni tiegħu, għandha tirtira l-istatus ta' aġent regolat għas-siti speċifiċi.

    Jekk l-entità ma tkunx għadha d-detentriċi taċ-ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jew jekk dan iċ-ċertifikat jiġi sospiż minħabba nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 14k ta' dak ir-Regolament, l-awtorità xierqa għandha tieħu azzjoni xierqa biex tissodisfa ruħha li l-aġent regolat huwa konformi mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

    L-entità għandha tinforma lill-awtorità xierqa bi kwalunkwe bidla relatata maċ-ċertifikat AEO tagħha msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Immedjatament wara l-irtirar u, f'kull każ, fi żmien 24 siegħa, l-awtorità xierqa għandha tiżgura li l-bidla fl-istatus tal-aġent regolat preċedenti hija indikata fil-'bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista'.”;

    (e)

    Jiżdied il-punt 6.3.1.8 li ġej:

    “6.3.1.8.

    L-awtorità xierqa għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità doganali kull tagħrif relatat mal-istatus ta' aġent regolat li jista' jkun rilevanti fir-rigward tal-kisba ta' ċertifikat AEO kif imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Dan għandu jinkludi t-tagħrif relatat mal-approvazzjonijiet il-ġodda tal-istatus ta' aġent regolat, mal-irtirar tal-istatus ta' aġent regolat, mal-validazzjoni mill-ġdid u l-ispezzjonijiet, mal-iskedi ta' verifika u mar-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet.

    Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2015, għandhom jiġu stabbiliti l-modalitajiet għal dan l-iskambju ta' tagħrif bejn l-awtorità xierqa u l-awtoritajiet doganali nazzjonali.”;

    (f)

    Jiġi sostitwit il-punt 6.3.2.3 b'dan li ġej:

    “6.3.2.3

    Għall-kunsinni li għalihom ma jkunux ġew applikati minn qabel il-kontrolli tas-sigurtà kollha meħtieġa, l-aġent regolat għandu jiżgura li dawn jiġu:

    (a)

    skrinjati f'konformità mal-punt 6.2; jew

    (b)

    aċċettati għall-ħżin taħt ir-repsonsabbiltà esklussiva tal-aġent regolat, ma jkunux jistgħu jiġu identifikati bħala kunsinni li jridu jiġu ttrasportati fuq inġenju tal-ajru qabel jiġu magħżula u li jintgħażlu b'mod awtonomu mingħajr l-ebda intervent tal-kunsinnatur jew ta' kwalunkwe persuna jew entità oħra għajr dawk innominati u mħarrġa mill-aġent regolat għal dak il-għan.

    Il-punt (b) jista' jiġi applikat biss jekk ma jistax jitbassar mill-kunsinnatur li l-kunsinna se tiġi ttrasportata bl-ajru.”;

    (g)

    Jiġi sostitwit il-punt 6.3.2.6 (e) b'dan li ġej:

    “(e)

    ir-raġuni li għaliha nħareġ l-istatus tas-sigurtà, bl-indikazzjonijiet:

    "KC", jiġifieri wasal mingħand kunsinnatur magħruf, jew

    "AC", jiġifieri wasal mingħand kunsinnatur in konto, jew

    "RA", jiġifieri magħżul minn aġent regolat, jew

    il-mezz jew il-metodu li ntuża għall-iskrinjar, jew

    ir-raġunijiet li għalihom il-kunsinna ġiet eżentata mill-iskrinjar;”;

    (h)

    Jiġi sostitwit il-punt 6.4.1.2 b'dan li ġej:

    “6.4.1.2.

    L-awtorità xierqa ta' kull Stat Membru għandha tiddefinixxi fil-programm tas-sigurtà nazzjonali tagħha tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-proċedura li ġejja dwar l-approvazzjoni ta' kunsinnaturi magħrufa:

    (a)

    l-applikant għandu jfittex li jikseb l-approvazzjoni mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li fih jinsab is-sit tiegħu.

    L-applikant għandu jingħata 'Gwida għall-kunsinnaturi magħrufa' li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-B u l-'Lista ta' verifika tal-validazzjoni għall-kunsinnaturi magħrufa' li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C;

    (b)

    l-awtorità xierqa, jew il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li jaġixxi f'isimha, għandhom iwettqu verifika fuq il-post tas-siti speċifikati sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu.

    Sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi jew le ma' dawn il-ħtiġiet, l-awtorità xierqa, jew validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li jaġixxi f'isimha, għandhom jużaw il-'Lista ta' verifika tal-validazzjoni għall-kunsinnaturi magħrufa' li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C. Din il-lista ta' verifika tinkludi dikjarazzjoni tal-impenji li għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali tal-applikant jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà tas-sit.

    Ladarba timtela l-lista ta' verifika tal-validazzjoni, it-tagħrif li jkun hemm fil-lista ta' verifika għandu jiġi ttrattat bħala tagħrif ikklassifikat.

    Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa konċernata jew tinżamm mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u meta tintalab tkun disponibbli għall-awtorità xierqa konċernata;

    (c)

    eżami tas-sit tal-applikant mill-awtorità doganali rilevanti f'konformità mal-Artikolu 14n tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandu jitqies bħala verfika fuq il-post jekk isir mhux aktar kmieni minn 3 snin qabel id-data li fiha l-applikant ifittex approvazzjoni bħala kunsinnatur magħruf. F'dawk il-każijiet, l-applikant għandu jimla t-tagħrif meħtieġ fl-Ewwel Parti tal-'Lista ta' verifika tal-validazzjoni għall-kunsinnaturi mgaħrufa' li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C u jibgħatha lill-awtorità xierqa flimkien mad-dikjarazzjoni tal-impenji li għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali tal-applikant jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà tas-sit.

    Iċ-ċertifikat AEO u l-valutazzjoni rilevanti tal-awtoritajiet doganali għandhom ikunu disponibbli mill-applikant għal aktar spezzjoni.

    Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa konċernata jew tinżamm mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u meta tintalab tkun disponibbli għall-awtorità xierqa konċernata;

    (d)

    jekk l-awtorità xierqa tkun sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b) jew (a) u (c), kif applikabbli, għandha tiżgura li d-dettalji meħtieġa tal-kunsinnatur jiddaħħlu fil-'Bażi tad-dejta dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista' sa mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jkun imiss. Meta t-tagħrif jiddaħħal fil-bażi tad-dejta l-awtorità xierqa għandha tagħti identifikatur alfanumeriku uniku skont il-format standard għal kull sit approvat.

    Jekk l-awtorità xierqa ma tkunx sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut bħala parti mill-punti (a) u (b) jew (a) u (c), kif applikabbli, ir-raġunijiet għandhom jiġu mgħarrfa minnufih lill-entità li tkun qiegħda tfittex li tikseb l-approvazzjoni bħala kunsinnatur magħruf;

    (e)

    kunsinnatur magħruf ma għandux jitqies bħala approvat qabel ma d-dettalji tiegħu jiddaħħlu fil-'Bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista'.”;

    (i)

    Jiżdied il-paragrafu li ġej fil-punt 6.4.1.4:

    “Eżami tas-sit tal-kunsinnatur magħruf mill-awtorità doganali rilevanti f'konformità mal-Artikolu 14n tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jitqies bħala verfika fuq il-post.”;

    (j)

    Jiġi sostitwit il-punt 6.4.1.5 b'dan li ġej:

    “6.4.1.5

    Jekk l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta fir-rigward tal-konformità tal-kunsinnatur magħruf mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu, għandha tirtira l-istatus ta' kunsinnatur magħruf għas-siti speċifiċi.

    Jekk l-entità ma jkunx għada d-detentur taċ-ċertifikat AEO msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jew jekk dan iċ-ċertifikat jiġi sospiż minħabba nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 14k ta' dak ir-Regolament, l-awtorità xierqa għandha tieħu azzjoni xierqa biex tissodisfa ruħha li l-kunsinnatur magħruf jikkonforma mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

    L-entità għandha tinforma lill-awtorità xierqa bi kwalunkwe bidla relatata maċ-ċertifikat AEO tagħha msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Immedjatament wara l-irtirar, u, f'kull każ, fi żmien 24 siegħa, l-awtorità xierqa għandha tiżgura li l-bidla fl-istatus tal-kunsinnatur magħruf preċedenti hija indikata fil-'bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista'.”;

    (k)

    Jiżdied il-punt 6.4.1.7 li ġej:

    “6.4.1.7.

    L-awtorità xierqa għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-awtorità doganali, kull tagħrif relatat mal-istatus ta' kunsinnatur magħruf li jista' jkun rilevanti fir-rigward tal-kisba ta' ċertifikat AEO kif imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Dan jinkludi t-tagħrif relatat mal-approvazzjonijiet il-ġodda tal-kunsinnaturi magħrufa, mal-irtirar tal-istatus ta' kunsinnatur magħruf, mal-validazzjoni mill-ġdid u l-ispezzjonijiet, mal-iskedi ta' verifika u mar-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet.

    Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2015, għandhom jiġu stabbiliti l-modalitajiet għal dan l-iskambju ta' tagħrif bejn l-awtorità xierqa u l-awtoritajiet doganali nazzjonali.”;

    (l)

    Jiġi sostitwit il-punt 6.6.1.1(c) b'dan li ġej:

    (c)

    id-dikjarazzjoni tat-trasportatur kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-E għandha ssir bi qbil mat-trasportatur li jkun daħal fi ftehim dwar it-trasport mal-aġent regolat, il-kunsinnatur magħruf jew il-kunsinnatur in konto, sakemm it-trasportatur innifsu ma jkunx aġent regolat.

    Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-aġent regolat, mill-kunsinnatur magħruf jew mill-kunsinnatur in konto li f'ismu jkun qiegħed isir it-trasport. Meta tintalab, kopja tad-dikjarazzjoni ffirmata għandha tkun magħmula disponibbli wkoll għall-aġent regolat jew għat-trasportatur tal-ajru li jirċievi l-kunsinna, jew għall-awtorità xierqa konċernata; jew";

    (m)

    Jiġi sostitwit il-punt 6.8.2.3 b'dan li ġej:

    “6.8.2.3

    L-awtorità xierqa tista' tinnomina trasportatur tal-ajru bħala ACC3 għal perjodu limitat, li jiġi fi tmiemu mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2016, f'każ li validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ma tkunx tista' sseħħ għal raġunijiet oġġettivi li jmorru lil hinn mir-responsabbiltà tat-trasportatur tal-ajru. Fejn tali nominazzjoni tingħata għal perjodu ta' aktar minn sitt xhur, l-awtorità xierqa għandha tkun ivverifikat li t-trasportatur tal-ajru japplika programm ta' assigurazzjoni tal-kwalità tas-sigurtà interna li jkun ekwivalenti għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.”;

    (n)

    Jiġi sostitwit il-punt 6.8.3.1(c) b'dan li ġej:

    “(c)

    il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu ġew applikati għall-kunsinna minn kunsinnatur in konto, taħt ir-responsabbiltà tal-ACC3 jew ta' aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, il-kunsinna tkun ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba, u ma tinġarrx fuq inġenju tal-ajru tal-passiġġieri; jew”;

    (o)

    Jiġi sostitwit il-punt 6.8.3.2 b'dan li ġej:

    “6.8.3.2.

    Il-merkanzija u l-posta li jinġarru lejn l-Unjoni għandhom jiġu skrinjati permezz ta' wieħed mill-mezzi u l-metodi elenkati fil-punt 6.2.1 skont standard li jkun biżżejjed biex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit.”;

    (p)

    Jiġi sostitwit il-punt 6.8.3.3 (a) b'dan li ġej:

    “(a)

    it-trasferiment u t-tranżitu tal-merkanzija jew tal-posta, li l-iskrinjar skont il-punt 6.8.3.2 jew il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew applikati minnu nnifsu jew minn entità vvalidata tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fil-punt tal-oriġini jew f'xi punt ieħor fil-katina tal-provvista, u li tali kunsinni jkunu ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn meta jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta jitgħabbew;”;

    (q)

    Fil-punt 6.8.4.1, is-sentenza tal-bidu tinbidel b'dan li ġej:

    “6.8.4.1.

    Sabiex isir aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew kunsinnatur magħruf, l-entitajiet li jinsabu f'pajjiżi terzi għandhom jiġu vvalidati skont waħda miż-żewġ għażliet li ġejjin u għandhom jiġu elenkati fil-bażi tad-dejta tal-ACC3(s) fejn jitwasslu direttament il-merkanzija jew il-posta sabiex jinġarru lejn l-Unjoni:”;

    (r)

    Jiżdiedu l-punti 6.8.4.4 sa 6.8.4.6 li ġejjin:

    “6.8.4.4.

    Entità tal-merkanzija jew tal-posta ttrasportata bl-ajru li taħdem f'netwerk b'siti differenti f'pajjiżi terzi, tista' tikseb nominazzjoni waħda bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li tkopri s-siti kollha tan-netwerk jekk:

    (a)

    l-operazzjonijiet rilevanti tas-sigurtà tal-avjazzjoni tan-netwerk, inklużi s-servizzi ta' trasport bejn is-siti, ikunu koperti minn programm uniku ta' sigurtà jew minn programmi standardizzati ta' sigurtà; u

    (b)

    l-implimentazzjoni tal-programmi ta' sigurtà għanhom ikunu suġġetti għal programm uniku ta' assigurazzjoni tal-kwalità tas-sigurtà interna li jkun ekwivalenti għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE; u

    (c)

    qabel in-nominazzjoni tan-netwerk bħala aġent regolat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, is-siti li ġejjin tal-entità ġew soġġetti għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE:

    i.

    is-siti li minnhom il-merkanzija jew il-posta titwassal direttament għal ACC3, u

    ii.

    minn tal-inqas żewġ siti jew numru li jikkorrispondi għal 20 % tas-siti tan-netwerk, skont liema minnhom huwa l-ogħla, li minnhom il-merkanzija jew il-posta tintbagħat fis-siti msemmija fil-punt i., u

    iii.

    is-siti kollha li jinsabu f'pajjiżi terzi elenkati fid-Dokument Mehmuż 6-I tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 774.

    Sabiex l-aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jibqa' nnominat għas-siti kollha tan-netwerk li jkunu għadhom ma ġewx ivvalidati sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2018, kull sena wara s-sena tan-nominazzjoni, minn tal-inqas żewġ siti jew numru li jikkorispondi għal 20 % tas-siti, skont liema minnhom huwa l-ogħla, li minnhom il-merkanzija jew il-posta tintbagħat fis-siti msemmija fil-punt (c) i. għandhom ikunu suġġetti għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE sakemm is-siti kollha jkunu vvalidati.

    Validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jistabbilixxi l-pjan direzzjonali li jelenka l-ordni tas-siti li jridu jiġu vvalidati kull sena, magħżula b'mod aleatorju. Il-pjan direzzjonali għandu jiġi stabbilit b'mod indipendenti mill-entità li tħaddem in-netwerk u ma jistax jinbidel minn dik l-istess entità. Dan il-pjan direzzjonali għandu jifforma parti integrali mir-rapport ta' validazzjoni li abbażi tiegħu n-netwerk ikun ġie nnominat bħala aġent tal-UE regolat u vvalidat ta' pajjiż terz.

    Ladarba jkun ġie suġġett għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, sit tan-netwerk għandu jitqies bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.2 (a).

    6.8.4.5.

    Jekk il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta' sit tan-netwerk imsemmi fil-punt 6.8.4.4 (c) ii tikkonkludi li s-sit naqas milli jikkonforma mal-objettivi msemmija fil-lista ta' verifika li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C2, il-merkanzija u l-posta minn dak is-sit għandhom jiġu skrinjati f'sit ivvalidat skont il-punt 6.8.4.2 (a) sakemm validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tikkonferma l-konformità mal-objettivi tal-lista ta' verifika.

    6.8.4.6.

    Il-punti 6.8.4.4 sa 6.8.4.6 jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2018.”

    (6)

    Id-Dokument Mehmuż 6-B huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej qabel it-taqsima bl-isem ta' 'Introduzzjoni':

    “Jekk int detentur ta' ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (l-hekk imsejħa ċertifikati AEOF u AEOS) u jekk is-sit li għalih qed titlob l-istatus ta' kunsinnatur magħruf ġie eżaminat b'suċċess mill-awtoritajiet doganali f'data li ma tkunx qabel 3 snin mid-data tat-talba tal-istatus ta' kunsinnatur magħruf, int meħtieġ li timla, u li rappreżentant legali tal-kumpanija tiegħek jiffirma, l-Ewwel (1) Parti dwar l-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-impenji tal-'Lista ta' verifika tal-validazzjoni għal kunsinnaturi magħrufa' li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C.”;

    (b)

    tinbidel it-taqsima 'L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet' b'dan li ġej:

    “L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet

    Se tkun meħtieġ tipprovdi dettalji dwar l-organizzazzjoni tiegħek (l-isem, in-numru tal-VAT jew tal-Kamra tal-Kummerċ jew in-numru ta' reġistrazzjoni tal-korporazzjoni jekk ikunu applikabbli, in-numru taċ-ċertifikat AEO u d-data tal-aħħar eżami ta' dan is-sit mill-awtoritajiet doganali, jekk ikun applikabbli), l-indirizz tas-sit li għandu jiġi vvalidat u l-indirizz ewlieni tal-organizzazzjoni (jekk dan ikun differenti minn dak tas-sit li jkun se jiġi vvalidat). Huma meħtieġa: id-data taż-żjara tal-validazzjoni preċedenti u l-aħħar identifikatur alfanumeriku uniku (jekk ikun applikabbli), kif ukoll in-natura tal-kummerċ, l-għadd approssimattiv tal-ħaddiema fuq il-post, l-isem u t-titlu tal-persuna responsabbli għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru u d-dettalji ta' kuntatt.”;

    (7)

    Tinbidel il-Parti 1 tad-Dokument Mehmuż 6-C b'dan li ġej:

    “Parti 1: L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet

    1.1

    Data tal-validazzjoni*

    jj/xx/ssss

     

    1.2

    Data tal-validazzjoni ta' qabel u l-Identifikatur Uniku, fejn ikun applikabbli

    jj/xx/ssss

     

    UNI

     

    1.3

    Isem l-organizzazzjoni li għandha tiġi vvalidata*

    Isem

    Numru tal-VAT/Numru tal-Kamra tal-Kummerċ/Numru ta' reġistrazzjoni tal-korporazzjoni (jekk applikabbli)

    1.4

    Tagħrif dwar iċ-ċertifikat AEOF jew AEOS, jekk applikabbli

    Numru taċ-ċertifikat tal-AEO

     

    Data ta' meta dan is-sit ġie eżaminat l-aħħar mill-awtoritajiet doganali

     

    1.5

    Indirizz tas-sit li għandu jiġi vvalidat*

    Numru/Unità/Bini

     

    Triq

     

    Belt

     

    Kodiċi postali

     

    Pajjiż

     

    1.6

    Indirizz ewlieni tal-organizzazzjoni (jekk dan ikun differenti minn dak tas-sit li se jiġi vvalidat, sakemm ikun fl-istess pajjiż)

    Numru/Unità/Bini

     

    Triq

     

    Belt

     

    Kodiċi postali

     

    Pajjiż

     

    1.7

    Natura tal-Kummerċ — tipi ta' merkanzija pproċessati

    1.8

    L-applikant huwa responsabbli għal dawn li ġejjin:

    (a)

    Produzzjoni

    (b)

    Imballaġġ

    (c)

    Ħżin

    (d)

    Dispaċċ

    (e)

    Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika

     

    1.9

    Għadd approssimattiv ta' ħaddiema fuq il-post

     

    1.10

    Isem u t-titlu tal-persuna responsabbli għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru*

    Isem

     

    Titlu tax-xogħol

     

    1.11

    Numru ta' kuntatt bit-telefown

    Numru tat-telefown

     

    1.12

    Posta elettronika *

    Posta elettronika”;

     

    (8)

    Jiġi sostitwit is-seba' inċiż tat-tieni paragrafu tad-Dokument Mehmuż 6-E b'dan li ġej:

    “—

    It-trasport mhux se jiġi subkuntrattat lil parti terza, sakemm il-parti terza:

    (a)

    ma jkollhiex ftehim ta' trasportatur ma' aġent regolat, ma' kunsinnatur magħruf jew ma' kunsinnatur in konto responsabbli mit-trasport [l-istess isem ta' hawn fuq]; jew

    (b)

    ma tkunx approvata jew ċertifikata mill-awtorità xierqa; jew

    (c)

    ma jkollhiex ftehim ta' trasportatur mat-trasportatur firmatarju li jeħtieġ li l-parti terza ma tagħmilx subkuntratti ulterjuri u li din timplimenta l-proċeduri ta' sigurtà li jinsabu f'din id-dikjarazzjoni. It-trasportatur firmatarju jġorr ir-responsabbiltà kollha għat-trasport kollu f'isem l-aġent regolat, il-kunsinnatur magħruf jew il-kunsinnatur in konto; u”;

    (9)

    Jiġi sostitwit id-Dokument Mehmuż 6-F b'dan li ġej:

    “DOKUMENT MEHMUŻ 6-F

    MERKANZIJA U POSTA

    6-Fi

    PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TA' DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

    6-Fii

    IL-PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TA' DAK IT-TRATTAT, LI GĦALIHOM MHIJIEX MEĦTIEĠA NOMINAZZJONI ACC3, HUMA ELENKATI F'DEĊIŻJONI SEPARATA TAL-KUMMISSJONI.

    6- Fiii

    ATTIVITAJIET TA' VALIDAZZJONI TA' PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TA' DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA EKWIVALENTI GĦALL-VALIDAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE.”;

    (10)

    Il-Kapitolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Jinbdiel il-punt 8.0.4 b'dan li ġej:

    “8.0.4.

    Il-lista ta' oġġetti pprojbiti fil-provvisti għal matul it-titjira hija l-istess bħal dik stabbilita fid-Dokument Mehmuż 1-A. L-oġġetti pprojbiti għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-punt 1.6.”;

    (b)

    Mill-1 ta' Marzu 2015, jinbidel il-punt 8.1.4 b'dan li ġej:

    “8.1.4.   Nominazzjoni tal-fornituri magħrufa

    8.1.4.1.   Kwalunkwe entità ('il-fornitur') li tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà kif imsemmija fil-punt 8.1.5 u li twassal il-provvisti għal matul it-titjira, iżda mhux direttament sal-inġenju tal-ajru, għandha tiġi nnominata bħala fornitur magħruf mill-operatur jew l-entità li tkun qiegħda tforni ('l-entità li tinnomina'). Dan ma għandux japplika għal fornitur regolat.

    8.1.4.2.   Sabiex jiġi nnominat bħala fornitur magħruf, il-fornitur irid jipprovdi lill-entità li tinnomina bi:

    (a)

    id-'Dikjarazzjoni tal-impenji — fornitur magħruf tal-provvisti matul it-titjira' li tinsab fid-Dokument Mehmuż 8-B. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali; u

    (b)

    il-programm ta' sigurtà li jkopri l-kontrolli ta' sigurtà kif imsemmi fil-punt 8.1.5.

    8.1.4.3.   Il-fornituri magħrufa kollha jridu jinnominaw abbażi ta' validazzjonijiet ta':

    (a)

    ir-relevanza u l-kompletezza tal-programm ta' sigurtà fir-rigward tal-punt 8.1.5; u

    (b)

    l-implimentazzjoni tal-programm ta' sigurtà mingħajr defiċenzi.

    Jekk l-awtorità xierqa jew l-entità li tinnomina ma jibqgħux sodisfatti fir-rigward tal-konformità tal-fornitur magħruf mal-ħtiġiet tal-punt 8.1.5, l-entità li tinnomina għandha, mingħajr dewmien, tirtira l-istatus ta' fornitur magħruf.

    8.1.4.4.   L-awtorità xierqa għandha tiddefinixxi fil-programm nazzjonali tagħha għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, jekk il-validazzjonijiet tal-programm ta' sigurtà u l-implimentazzjoni tiegħu għandhomx jitwettqu minn awditur nazzjonali, minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn persuna li taġixxi f'isem l-entità li tinnomina li tkun ġiet innomminata u mħarrġa għal dak il-għan.

    Il-validazzjonijiet iridu jiġu rreġistrati f'din il-leġiżlazzjoni u jekk mhux iddikjarat mod ieħor, iridu jsiru qabel in-nominazzjoni u jiġu ripetuti kull sentejn wara dik id-data.

    Jekk il-validazzjoni ma ssirx f'isem l-entità li tinnomina, kwalunkwe reġistrazzjoni tagħha għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha.

    8.1.4.5.   Il-validazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm ta' sigurtà li jikkonferma n-nuqqas ta' defiċenzi għandu jikkonsisti jew fi:

    (a)

    żjara tal-fornitur fuq is-sit kull sentejn; jew

    (b)

    kontrolli regolari mal-wasla tal-provvisti li jitwasslu minn dak il-fornitur magħruf, li għandhom jibdew wara n-nominazzjoni, inkluż:

    verifika li l-persuna li twassal il-provvisti f'isem il-fornitur magħruf kienet imħarrġa sew; u

    verifika li l-provvisti huma tassew siguri; u

    skrinjar tal-provvisti daqslikieku l-provvisti ġejjin mingħand fornitur mhux magħruf.

    Dawn il-kontrolli jridu jitwettqu b'mod mhux prevedibbli u għandhom isiru minn tal-inqas darba kull tliet xhur jew fuq 20 % tal-provvisti kollha mwassla mill-fornitur magħruf lill-entità li tinnomina.

    L-għażla b) tista' tintuża biss jekk l-awtorità xierqa tkun iddefiniet fil-programm nazzjonali tagħha għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili li l-validazzjoni għandha titwettaq minn persuna li taġixxi f'isem l-entità li tinnomina.

    8.1.4.6.   Il-metodi applikati u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti matul u wara n-nominazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-programm ta' sigurtà tal-entità li tinnomina.

    8.1.4.7.   L-entità li tinnomina għandha żżomm:

    (a)

    lista tal-fornituri magħrufa kollha li tkun innominat, li turi d-data ta' skadenza tan-nominazzjoni tagħhom, u

    (b)

    id-dikjarazzjoni ffirmata, kopja tal-programm ta' sigurtà u kull rapport li jirreġistra l-implimentazzjoni tagħha għal kull fornitur magħruf, għal mill-inqas 6 xhur wara l-iskadenza tan-nominazzjoni tagħha.

    Fuq talba, dawn id-dokumenti għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-awtorità xierqa għal finijiet ta' monitoraġġ tal-konformità.”;

    (11)

    Il-Kapitolu 9 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Jiġi sostitwit il-punt 9.0.4 b'dan li ġej:

    “9.0.4.

    Il-lista ta' oġġetti pprojbiti fil-provvisti tal-ajruport hija l-istess bħal dik stabbilita fid-Dokument Mehmuż 1-A. L-oġġetti pprojbiti għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-punt 1.6.”;

    (b)

    Mill-1 ta' Marzu 2015, jinbidel il-punt 9.1.3 b'dan li ġej:

    “9.1.3.   Nominazzjoni tal-fornituri magħrufa

    9.1.3.1.   Kwalunkwe entità ('il-fornitur') li tiżgura li tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà kif imsemmija fil-punt 9.1.4 u li twassal il-provvisti tal-ajruport, għandha tiġi nnominata bħala fornitur magħruf mill-operatur tal-ajruport.

    9.1.3.2.   Sabiex jiġi nnominat bħala fornitur magħruf, il-fornitur irid jipprovdi lill-operatur tal-ajruport bi:

    (a)

    id-'Dikjarazzjoni tal-impenji — fornitur magħruf tal-provvisti tal-ajruport' li tinsab fid-Dokument Mehmuż 9-A. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali; u

    (b)

    il-programm ta' sigurtà li jkopri l-kontrolli ta' sigurtà kif imsemmi fil-punt 9.1.4.

    9.1.3.3.   Il-fornituri magħrufa kollha jridu jinnominaw abbażi ta' validazzjonijiet ta':

    (a)

    ir-relevanza u l-kompletezza tal-programm ta' sigurtà fir-rigward tal-punt 9.1.4; u

    (b)

    l-implimentazzjoni tal-programm ta' sigurtà mingħajr defiċenzi.

    Jekk l-awtorità xierqa jew l-operatur tal-ajruport ma jibqgħux sodisfatti fir-rigward tal-konformità tal-fornitur magħruf mal-ħtiġiet tal-punt 9.1.4, l-operatur tal-ajruport għandu, mingħajr dewmien, jirtira l-istatus ta' fornitur magħruf.

    9.1.3.4.   L-awtorità xierqa għandha tiddefinixxi fil-programm nazzjonali tagħha għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, jekk il-validazzjonijiet tal-programm ta' sigurtà u l-implimentazzjoni tiegħu għandhomx jitwettqu minn awditur nazzjonali, minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn persuna li taġixxi f'isem l-operatur tal-ajruport li tkun innomminata u mħarrġa għal dak il-għan.

    Il-validazzjonijiet iridu jiġu rreġistrati f'din il-leġiżlazzjoni u jekk mhux iddikjarat mod ieħor, iridu jsiru qabel in-nominazzjoni u jiġu ripetuti kull sentejn wara dik id-data.

    Jekk il-validazzjoni ma ssirx f'isem l-operatur tal-ajruport, kwalunkwe reġistrazzjoni tagħha għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tiegħu.

    9.1.3.5.   Il-validazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm ta' sigurtà li jikkonferma n-nuqqas ta' defiċenzi għandu jikkonsisti jew fi:

    (a)

    żjara tal-fornitur fis-sit kull sentejn; jew

    (b)

    kontrolli regolari mal-aċċess għaż-żona ta' sigurtà ristretta tal-provvisti li jitwasslu minn dak il-fornitur magħruf, li għandhom jibdew wara n-nominazzjoni, inklużi:

    verifika li l-persuna li twassal il-provvisti f'isem il-fornitur magħruf kienet imħarrġa sew; u

    verifika li l-provvisti huma tassew siguri; u

    skrinjar tal-provvisti daqslikieku l-provvisti ġejjin mingħand fornitur mhux magħruf.

    Dawn il-kontrolli jridu jitwettqu b'mod mhux previst u jsiru minn tal-inqas darba kull tliet xhur jew fuq 20 % tal-provvisti kollha mwassla mill-fornitur magħruf lill-operatur tal-ajruport.

    L-għażla b) tista' tintuża biss jekk l-awtorità xierqa ddefiniet fil-programm nazzjonali tagħha għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili li l-validazzjoni għandha titwettaq minn persuna li taġixxi f'isem l-operatur tal-ajruport.

    9.1.3.6.   Il-metodi applikati u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti matul u wara n-nominazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-programm ta' sigurtà tal-operatur tal-ajruport.

    9.1.3.7.   L-operatur tal-ajruport għandu jżomm:

    (a)

    lista tal-fornituri magħrufa kollha li nnomina bid-data ta' skadenza tan-nominazzjoni tagħhom, u

    (b)

    id-dikjarazzjoni ffirmata, kopja tal-programm ta' sigurtà u kull rapport li jirreġistra l-implimentazzjoni tagħha għal kull fornitur magħruf, għal mill-inqas 6 xhur wara l-iskadenza tan-nominazzjoni tiegħu.

    Fuq talba, dawn id-dokumenti għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-awtorità xierqa għal finijiet ta' monitoraġġ tal-konformità.”;

    (12)

    Il-Kapitolu 12 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Jiġi sostitwit il-punt 12.4.2 'Standards għall-EDS' b'dan li ġej:

    “12.4.2.   Standards għall-EDS

    12.4.2.1.   L-EDS kollha installati qabel l-1 ta' Settembru 2014 għandhom minn tal-inqas jissodisfaw l-istandard 2.

    12.4.2.2.   L-istandard 2 għandu jiskadi fl-1 ta' Settembru 2020.

    12.4.2.3.   L-awtorità xierqa tista' tippermetti li l-EDS tal-istandard 2 installati bejn l-1 ta' Jannar 2011 u l-1 ta' Settembru 2014 jibqgħu jintużaw sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2022.

    12.4.2.4.   Meta l-awtorità xierqa tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha li tippermetti li l-EDS tal-istandard 2 jibqgħu jintużaw mill-1 ta' Settembru 2020, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni.

    12.4.2.5.   L-EDS kollha installati mill-1 ta' Settembru 2014 għandhom jissodisfaw l-istandard 3.

    12.4.2.6.   L-EDS kollha għandhom jissodisfaw l-istandard 3 sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2020, sakemm ma jkunx japplika l-punt 12.4.2.3.”;

    (b)

    Il-lista ta' Dokumenti Mehmuża wara l-punt 12.11 tinbidel b'dan li ġej:

    “DOKUMENT MEHMUŻ 12-A

    Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għad-WTMD huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

    DOKUMENT MEHMUŻ 12-B

    Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għall-EDS huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

    DOKUMENT MEHMUŻ 12-C

    Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għat-tagħmir sabiex ikunu skrinjati l-likwidi, l-aerosols u l-ġellijiet (LAGS) huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

    DOKUMENT MEHMUŻ 12-D

    Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għal EDD huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

    DOKUMENT MEHMUŻ 12-E

    Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-proċeduri ta' approvazzjoni ta' EDD huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

    DOKUMENT MEHMUŻ 12-F

    Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar iż-żoni ta' ttestjar u l-kundizzjonijiet tat-test tal-approvazzjoni għal EDD huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

    DOKUMENT MEHMUŻ 12-G

    Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-kontroll tal-kwalità għal EDD huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

    DOKUMENT MEHMUŻ 12-H

    Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar ’EDD li joperaw liberament — Standards għall-metodoloġija tal-użu’ huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

    DOKUMENT MEHMUŻ 12-I

    Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar ’EDD li jaħdmu biss permezz tal-metodu ta' lokalizzazzjoni mill-bogħod ta' traċċi ta' splussivi — Standards għall-metodoloġija tal-użu’ huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

    DOKUMENT MEHMUŻ 12-J

    Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għal MDE huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

    DOKUMENT MEHMUŻ 12-K

    Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għall-iskanners tas-sigurtà huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

    DOKUMENT MEHMUŻ 12-L

    Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għall-Individwazzjoni ta' Traċċi ta' Splussivi (ETD) huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.”



    Top