This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0154
Commission Implementing Regulation (EU) No 154/2014 of 19 February 2014 amending Implementing Regulation (EU) No 540/2011 as regards the conditions of approval of the active substance extract from tea tree Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 154/2014 tad- 19 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva estratt mis-siġra tat-te Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 154/2014 tad- 19 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva estratt mis-siġra tat-te Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 50, 20.2.2014, p. 7–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 154/2014
tad-19 ta’ Frar 2014
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva estratt mis-siġra tat-te
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sustanza attiva estratt mis-siġra tat-te kienet iddaħħlet fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 (4). Mindu d-Direttiva 91/414/KEE nbidlet bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza qed titqies li ġiet approvata skont dak ir-Regolament u tniżżlet fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5). |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, ippreżentat lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta’ analiżi għall-estratt mis-siġra tat-te (6) fis-16 ta’ Diċembru 2011. L-Awtorità wasslet l-opinjoni tagħha dwar l-estratt mis-siġra tat-te lin-notifikatur. Il-Kummissjoni stednitha tressaq il-kummenti tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta’ analiżi għall-estratt mis-siġra tat-te. Saret reviżjoni tal-abbozz tar-rapport ta’ analiżi u tal-opinjoni tal-Awtorità mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u fit-13 ta’ Diċembru 2013 ġew iffinalizzati fl-għamla ta’ rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għall-estratt mis-siġra tat-te. |
(3) |
Ġie kkonfermat li s-sustanza attiva estratt mis-siġra tat-te għandha titqies approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(4) |
Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu emendati l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni. B’mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma. |
(5) |
Għalhekk l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
L-Istati Membri għandhom jingħataw iż-żmien biex jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-estratt mis-siġra tat-te. |
(7) |
Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-estratt mis-siġra tat-te, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta’ grazzja skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi sa 18-il xahar minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hi emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-estratt mis-siġra tat-te bħala sustanza attiva sat-12 ta’ Settembru 2014.
Artikolu 3
Il-perjodu ta’ grazzja
Kull perjodu ta’ grazzja li jagħtu l-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2015.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(6) Il-konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva estratt mis-siġra tat-te, EFSA Journal 2012; 10(2):2542. Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm
ANNESS
Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ir-ringiela 228 dwar is-sustanza attiva estratt mis-siġra tat-te tinbidel b’dan li ġej:
Numru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (*) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
“228 |
Estratt mis-siġra tat-te Nru CAS taż-Żejt tas-Siġra tat-Te 68647-73-4 Komponenti ewlenin:
Nru CIPAC 914 |
Iż-Żejt tas-Siġra tat-Te hu taħlita kumplessa ta’ sustanzi kimiċi. |
|
L-1 ta’ Settembru 2009 |
Il-31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala fungiċida fis-serer biss jistgħu jiġu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar l-estratt mis-siġra tat-te (SANCO/2609/2008 finali), u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-13 ta’ Diċembru 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:
Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju. In-notifikatur għandu jressaq informazzjoni ta’ konferma dwar:
Din l-informazzjoni, in-notifikatur għandu jagħtiha lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2016.” |
(*) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.