This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0234
2014/234/EU: Council Implementing Decision of 23 April 2014 amending Implementing Decision 2011/344/EU on granting Union financial assistance to Portugal
2014/234/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
2014/234/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
ĠU L 125, 26.4.2014, pp. 75–83
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
26.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/75 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta' April 2014
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
(2014/234/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Mejju 2011, il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lill-Portugall, fuq it-talba ta' dan tal-aħħar, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE (2). Din l-għajnuna finanzjarja ngħatat b'sostenn għal programm qawwi ta' riforma ekonomika u finanzjarja (il-“Programm”) bil-għan li jerġa' jirrestawra l-fiduċja, jippermetti r-ritorn tal-ekonomija għal tkabbir sostenibbli, u jissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja fil-Portugall, fiż-żona tal-euro u fl-Unjoni. |
|
(2) |
Għal raġunijiet tekniċi ta' disponibilità ta' data, li huma indipendenti mill-azzjoni tal-awtoritajiet Portugiżi, it-tnax u l-aħħar rieżami fil-Programm ma jistax jibda qabel nofs April 2014. Fl-istess waqt, il-perjodu ta' disponibiltà tal-assistenza finanzjarja għandu jintemm fit-18 ta' Mejju 2014. Biex tippermetti valutazzjoni sħiħa ta' konformità mal-Programm skont ir-rieżami finali fid-diliġenza dovuta, li hija kundizzjoni għar-rilaxx tal-aħħar pagament, estenzjoni teknika qasira ta' sitt ġimgħat mill-perjodu ta' disponibbiltà tal-assistenza finanzjarja hija formalità meħtieġa. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 3(10) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE, il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u f'kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), bejn l-20 ta' Frar u t-28 ta' Frar 2014, wettqet il-ħdax-il rieżami tal-progress tal-awtoritajiet Portugiżi fl-implimentazzjoni tal-miżuri mifthiema skont il-Programm. |
|
(4) |
Il-prodott domestiku gross reali (PDG) fl- 2013 mar aħjar milli mbassar fl-għaxar rieżami tal-Programm u issa huwa stmat li naqas b'1,4 % (żieda ta' 0,2 punti perċentwali). Dan huwa r-riżultat ta' tkabbir pożittiv b'saħħtu fir-raba' kwart tal-2013 u reviżjonijiet statistiċi 'l fuq għal kwarti preċedenti. Indikaturi fuq terminu qasir li jippuntaw lejn tisħiħ ulterjuri tal-irkupru ekonomiku fis-sena kurrenti. Fuq bażi annwali, il-PDG reali hu stmat li jiċċaqlaq lejn territorju pożittiv fl-2014 u li jibqa' hemm fl-2015 bi tkabbir ta' 1,2 % u 1,5 %, rispettivament. Il-prospetti tas-suq tax-xogħol tjiebu wkoll, iiżda l-qgħad għadu għoli, u mistenni li jinżel għal 15,7 % fl-2014 u jkompli jonqos minn hemm 'il quddiem. Ir-riskji negattivi għall-prospettiva makroekonomika jibqgħu hemm, minħabba li l-irkupru tiddependi ħafna fuq żviluppi pożittivi kummerċjali u tas-suq finanzjarju, li jiddependu wkoll fuq il-prospettiva usa' Ewropea. |
|
(5) |
Id-defiċit ġenerali tal-gvern huwa stmat li jkun naqas għal madwar 4,5 % tal-PDG f'termini ESA-95 fl-2013 (esklużi rikapitalizzazzjonijiet tal-bank, madwar 4,9 % bihom inklużi), jiġifieri madwar 1 % tal-PDG taħt il-mira ta' 5,5 % tal-PDG. Il-prestazzjoni żejda hija spjegata prinċipalment minħabba dħul fiskali tal-Istat iktar milli mistenni (inkluża taxxa ta' darba u skema ta' rkupru tad-dejn tas-sigurtà soċjali) u nefqa anqas milli kien mistenni fil-livell tal-gvern ċentrali (eż. fl-akkwiżizzjoni ta' merkanzija u servizzi u nefqa kapitali). B'kuntrast, id-dħul mhux fiskali qed ikun inqas mil-livell standard. L-isforz fiskali ġenerali, imkejjel bit-titjib fil-bilanċ strutturali, hu stmat għal 1 % tal-PDG. |
|
(6) |
L-istokk tal-arretrati domestiċi naqas b'madwar EUR 1,2 biljun (0,7 % tal-PDG) minħabba programmi differenti ta' saldu ta' dejn (għas-setturi tas-saħħa, dawk lokali u reġjonali). Madankollu, għadhom qegħdin jakkumulaw arretrati ġodda minkejja li b'pass aktar bati. |
|
(7) |
Ir-riport mill-eżekuzzjoni tal-baġit tal-2013 u l-prospettiva makroekonomika mtejba għall-2014 huma stmati li jkollhom impatt pożittiv ta' 0,7 % tal-PDG fuq l-kontijiet fiskali bażi fl-2014. Madwar 0,2 % tal-PDG huwa stmat li jirriżulta minn trasferiment tal-effett pożittiv tar-riport; u estimu ulterjuri ta' madwar 0,5 % tal-PDG huwa spjegat b'żidiet fid-dħul u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kif ukoll inqas nefqa relatata mal-benefiċċju tal-qgħad minħabba r-reviżjoni 'l fuq tat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll reviżjoni negattiva tar-rata tal-qgħad. |
|
(8) |
Il-mira tad-defiċit ta' 4 % tal-PDG għall-2014 hija mirfuda b'miżuri ta' konsolidazzjoni li jammontaw għal 2,3 % tal-PDG inklużi fil-baġit tal-2014 u leġislazzjoni oħra ta' appoġġ. Dawn il-miżuri huma primarjament ta' natura permanenti u jistrieħu fil-biċċa l-kbira fuq l-iffrankar fin-nefqa. Miżuri b'valur ta' madwar 1,8 % tal-PDG huma magħżula mir-rieżami tan-nefqa pubblika u huma kkumplimentati minn miżuri li jżidu d-dħul fuq skala iżgħar li b'valur ta' madwar 0,4 % tal-PDG kif ukoll xi elementi ta' darba ta' madwar 0,1 % tal-PDG. Il-miżuri tar-rieżami tan-nefqa pubblika jaħdmu tul tliet assi ewlenin: (i) tnaqqis tal-kont tal-pagi tas-settur pubbliku billi, fost miżuri oħra, jitnaqqas l-impjegar żejjed f'subsetturi speċifiċi u ssir reviżjoni tal-iskali tal-pagi; (ii) riforma tal-pensjonijiet, partikolarmenti biż-żieda tal-età tal-irtirar sa 66 sena u l-introduzzjoni ta' bidliet fil-kundizzjonijiet għall-għoti tal-pensjoni lis-superstiti; u (iii) riformi speċifiċi għas-settur immirati l-aktar biex jissimplifikaw il-kostijiet tal-persunal, il-konsum intermedju u l-investiment madwar il-ministeri kompetenti. Il-miżuri l-oħra permanenti li jżidu d-dħul jinkludu żidiet ta' taxxa fuq karozzi tal-kumpanija u d-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u t-tabakk. Il-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni li ssostni miżuri ta' konsolidazzjoni permanenti daħlet fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2014. |
|
(9) |
Minħabba titjib fil-prospettiva makroekonomika u r-riport pożittiv mill-2013, ir-riskji dwar il-kisba tal-miri fiskali tal-2014 saru aktar ibbilanċjati minn qabel hek kif il-miżuri previsti jipprovdu għal pressjonijiet baġitarji u riskji ta' implimentazzjoni. Pressjonijiet ogħla jistgħu jinqalgħu speċjalment għal ċerti partiti tad-dħul, (eż. introjtu mill-proprjetà) kif ukoll fil-konsum intermedju u trasferimenti soċjali. Barra minn hekk, lil hinn minn ittardjar fuq xi miżuri permanenti, ir-riskji ta' implimentazzjoni huma l-ewwel u qabel kollox ta' natura legali: erba' miżuri inklużi fil-Liġi tal-Baġit intbagħtu lill-Qorti Kostituzzjonali (inkluża r-reviżjoni tal-iskala tal-pagi u t-tibdiliet fl-intitolamenti tal-pensjoni tas-superstiti) u hemm possibbiltà li miżuri oħra fil-Baġit Supplimentari riċenti se jiġu kkontestati wkoll. |
|
(10) |
Il-proporzjon tad-dejn pubbliku laħaq il-128,8 % fl-2013. Id-dejn huwa mbassar li jonqos gradwalment minn din is-sena bi proporzjon tad-dejn proġettat ta' 126,7 % tal-PDG fl-2014. It-tnaqqis fl-2014 huwa mistenni li jkun parzjalment sostnut minn użu ulterjuri ta' depożiti fi flus kontanti kif ukoll allokazzjoni mill-ġdid kontinwa tas-sigurtà soċjali minn portafoll ta' assi barranin għal titoli tal-gvern. Id-dejn nett huwa mistenni li jibqa' taħt 120 % tal-PDG sal-aħħar tal-2014. |
|
(11) |
Il-proċess ta' aġġustament baġitarju huwa appoġġjat minn sensiela ta' miżuri strutturali biex jitjieb il-kontroll fuq in-nefqa tal-gvern u jitjieb il-ġbir tad-dħul.
|
|
(12) |
L-implimentazzjoni tal-politika u r-riformi fis-settur tas-saħħa qed ikomplu jagħmlu progress u jipproduċu ffrankar permezz ta' żidiet fl-effiċjenza. L-eżistenza ta' stokk importanti ta' arretrati hija ferm, iżda mhux biss relatata man-nuqqas konsistenti ta' finanzjament ta' sptarijiet SOEs fir-rigward tal-forniment ta' servizz tagħhom. L-awtoritajiet Portugiżi jibqgħu impenjati li jimplimentaw ir-riforma tal-isptarijiet li tinsab għaddejja u li jibqgħu jorqmu s-sett ta' miżuri relatati mal-farmaċewtiċi, l-akkwist ċentralizzat u l-kura primarja. |
|
(13) |
Sar aktar progress fl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali għat-tisħiħ tat-tkabbir u l-kompetittività. L-awtoritajiet Portugiżi adottaw miżuri addizzjonali biex jitnaqqas il-qgħad u biex tingħata spinta l-effikkaċja tas-suq tax-xogħol. Titjib ulterjuri tas-sistema tan-negozjar tal-pagi u l-azzjonijiet kontinwi biex jitnaqqas il-livell għoli ta' segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol qed jiġu mitħaddtha. Abbozz ta' liġi li tirrevedi d-definizzjoni ta' tkeċċijiet ġusti individwali fil-Kodiċi tax-Xogħol ġiet mibgħuta lill-Parlament wara l-emendi preċedenti kienu mħassra mill-Qorti Kostituzzjonali. Is-sistema ta' għajnuna u attivazzjoni għat-tiftix tax-xogħol esperjenzat aktar progress. |
|
(14) |
Ir-riformi rilevanti fis-sistema edukattiva ġew implimentati s'issa. L-awtoritajiet Portugiżi huma impenjati li jevalwawhom u jissupervizzawhom kontinwament. Il-Portugall approva wkoll liġi digriet li toħloq kors ta' taħriġ ta' ċiklu qasir u oħra qed titħejja biex toħloq ir-regoli li jirregolaw skejjel professjonali ta' referenza. |
|
(15) |
Il-Gvern Portugiż introduċa imposta ġdida fuq l-operaturi tal-enerġija li jridu jiġu monitorjati mill-qrib biex jiġi evitat li din tgħaddi fil-prezzijiet tal-utent aħħari. Il-gvern se jippreżenta miżuri konkreti biex jittratta l-kirjiet eċċessivi li fadal u jnaqqas aktar l-ispejjeż tal-enerġija għall-ekonomija. |
|
(16) |
Minkejja żviluppi pożittivi matul il-perjodu tar-rieżami, il-progress fir-riformi tat-trasport qed jevolvi b'pass iktar bil-mod milli mistenni. Wara l-preżentazzjoni tal-prijoritizzazzjoni tal-proġetti ta' infrastruttura hija mistennija viżjoni ċara u fit-tul tas-sistema tat-trasport tas-tnax-il rieżami. Sadanittant, il-qafas legali tar-regolatur tat-trasport (AMT) ġie approvat f'Marzu tal-2014. Riformi ulterjuri ta' politika fis-settur tal-portijiet huma meħtieġa, sabiex tingħata spinta lill-kompetittività tal-Portugall. Fir-rigward tal-ferroviji u s-servizzi tat-trasport urban, l-awtoritajiet Portugiżi jeħtieġu li jżidu l-isforzi biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà finanzjarja, il-kompetizzjoni u l-effiċjenza tagħhom. |
|
(17) |
Progress dwar l-adozzjoni ta' emendi leġiżlattivi għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) kompla għalkemm dan sar b'ritmu modest. Il-liġijiet ta' kostruzzjoni, il-liġi li temenda r-reġim legali tal-universitajiet, u s-sottomissjoni lill-Parlament tal-istatuti emendati tal-korpi professjonali wara l-adozzjoni tal-liġi tal-qafas orizzontali dwar l-assoċjazzjonijiet pubbliċi professjonali esperjenzaw dewmien ulterjuri. Ġie osservat progress biex il-Punt ta' Kuntatt Uniku jsir kompletament operazzjonali. |
|
(18) |
Wara l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas legali l-ġdid, għadha għaddejja r-riforma tal-lokazzjoni urbana. Madankollu, l-impatt tar-riforma jeħtieġ li jiġi vvalutat kontinwament. |
|
(19) |
Wara l-adozzjoni tal-liġi qafas li tistabbilixxi l-prinċipji ewlenin tal-funzjonament tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-liġijiet lokali tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali qed jiġu emendati skont il-ħtieġa. Xi wħud minnhom diġà ġew approvati. |
|
(20) |
Il-miżuri għat-titjib tal-ambjent tal-liċenzjar u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi avvanzawu għaddej inventarju tar-regolamenti kumplessi. Madankollu, ir-regola one-in/one-out għal regolamenti ġodda, il-miżuri għall-ippjanar ambjentali u territorjali, u r-rieżami tal-esplorazzjoni ġeoloġika u r-reġimi tal-liċenzjar għat-tħaffir tal-minjieri ġew ittardjati. |
|
(21) |
Il-bafers kapitali tal-banek jibqgħu adegwati b'mod ġenerali, ukoll meta jintużaw ir-regoli dwar ir-rekwiziti ta' kapital stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-evalwazzjoni tal-fondi proprji tal-banek. Dawn ir-regoli dwar il-kapital ġew applikati minn Jannar tal-2014 b'limitu stabbilit għal 7 % tal-proporzjon ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni għall-banek kollha u żieda ta' punt (1) perċentwali għall-akbar erba' banek. Ir-relazzjoni bejn self u depożiti madwar is-sistema kollha naqset għal 117,0 % u x'aktarx li tonqos aktar sa tmiem l-2014. |
|
(22) |
L-isforzi biex jiġu ddiversifikati s-sorsi ta' finanzjament għas-settur korporattiv qegħdin jissaħħu kontinwament. Il-gvern Portugiż ħatar l-esperti għall-Kumitat li jistabbilixxi Istituzzjoni ta' Żvilupp Finanzjarja (DFI). Il-Kumitat huwa responsabbli joħroġ bid-dokumenti tat-twaqqif tad-DFI, partikolarment l-ordinamenti, li jistabbilixxu l-pjan strateġiku tan-negozju u t-tfassil tal-istruttura tal-entità l-ġdida. L-għan tad-DFI hu li tissimplifika u tiċċentralizza l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji bis-sostenn tal-fondi strutturali u fondi ta' investiment Ewropej, li jirrelataw mal-forniment tal-finanzi għas-settur korporattiv. |
|
(23) |
L-awtoritajiet Portugiżi qablu li jħejju, f'konsultazzjoni mal-Banco de Portugal, pjan strateġiku li għandu l-għan li jindirizza dejn korporattiv eċċessiv u li jappoġġa r-riallokazzjoni kapitali lejn is-setturi produttivi tal-ekonomija, filwaqt li jippromwovi l-istabbilità finanzjarja. |
|
(24) |
Ġew implimentati miżuri biex itejbu l-governanza, l-effiċjenza u l-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju fi ħdan is-Sistema Nazzjonali ta' Garanzija li timmaniġġja l-linji ta' kreditu sponsorjati mill-gvern. Metodoloġija ġdida biex tistabbilixxi l-limiti massimi tar-rati tal-imgħax bħalissa qed tiġi applikata għal self iggarantit. |
|
(25) |
Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE għandha tiġi emendata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej: “2. L-assistenza finanzjarja tkun disponibbli għal tliet snin u sitt ġimgħat, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafi 8 u 9 huma mibdula bit-test li ġej: “8. Il-Portugall jadotta l-miżuri li ġejjin matul l-2014, f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet fil-Memorandum ta' Qbil:
'9. Bil-għan li tiġi restawrata l-fiduċja fis-settur finanzjarju, il-Portugall għandu jimmira li jżomm livell adegwat ta' kapital fis-settur bankarju tiegħu u jiżgura proċess ta' diżingranaġġ b'mod ordinat f'konformità mal-iskadenzi stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil. F'dak ir-rigward, il-Portugall jimplimenta l-istrateġija għas-settur bankarju Portugiż kif miftiehem mal-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI biex tiġi mħarsal-istabbiltà finanzjarja. B'mod partikolari, il-Portugall għandu:
(*1) Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22)." (*2) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).”." |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.
(2) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE tas-17 ta' Mejju 2011 dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 88).
(3) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċemrbu 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
(4) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).