Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0480

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2013 tal- 24 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 fir-rigward tal-perjodu ta’ analiżi ta’ ċerti pestiċidi eżegwita fuq bażi volontarja Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 139, 25.5.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014; Imħassar b' 32014R0400

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/480/oj

    25.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 139/4


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 480/2013

    tal-24 ta’ Mejju 2013

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 fir-rigward tal-perjodu ta’ analiżi ta’ ċerti pestiċidi eżegwita fuq bażi volontarja

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u partikolarment l-Artikoli 28 u 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2012 tal-31 ta' Awwissu 2012 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2013, il-2014 u l-2015 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali (2) jipprovdi, fost l-oħrajn, għall-analiżi fl-2013 ta’ ċerti pestiċidi fuq bażi volontarja, b’mod partikolari dawk il-pestiċidi li jkunu għadhom kemm ġew miżjuda lill-programm minn dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jew dawk b’definizzjoni tar-residwu diffiċli ħafna sabiex jitħalla ż-żmien biex il-laboratorji uffiċjali jivvalidaw il-metodi mitluba mill-analiżi ta’ dawk il-pestiċidi. Billi l-laboratorji uffiċjali għad għandhom bżonn xi żmien għall-validazzjoni tal-metodi mitluba mill-analiżi ta’ dawk il-pestiċidi, l-analiżi ta’ dawn il-pestiċidi għandhom tibqa’ għaddejja fuq bażi volontarja fl-2014.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012, in-nota (g) f’qiegħ il-paġna tinbidel b’dan li ġej:

    “(g)

    Analiżi fuq bażi volontarja fl-2013 u l-2014”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

    (2)  ĠU L 235, 1.9.2012, p. 8.


    Top