Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0071

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2013 tal- 25 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 rigward id-dħul tal-Urugwaj fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom li huma awtorizzati biex idaħħlu l-laħam frisk fl-Unjoni u li jsewwi lil dan ir-Regolament fejn għandu x’jaqsam mal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-annimali ovini u kaprini maħsubin għat-tgħammir jew għall-produzzjoni wara li jiġu importati Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 26, 26.1.2013, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/71/oj

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 26/7


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 71/2013

    tal-25 ta’ Jannar 2013

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 rigward id-dħul tal-Urugwaj fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom li huma awtorizzati biex idaħħlu l-laħam frisk fl-Unjoni u li jsewwi lil dan ir-Regolament fejn għandu x’jaqsam mal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-annimali ovini u kaprini maħsubin għat-tgħammir jew għall-produzzjoni wara li jiġu importati

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(e), u l-Artikolu 13(1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punti (1) u (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew ta’ laħam frisk. Jistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi, ta’ territorji jew partijiet minnhom, li jissodisfaw ċerti kriterji u li minnhom jistgħu jiġu introdotti l-kunsinni fl-Unjoni.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jawtorizza l-importazzjoni ta’ laħam bovin frisk iddissussat u mmaturat mit-territorju kollu tal-Urugwaj.

    (3)

    L-Urugway huwa ħieles mill-marda tal-ilsien u tad-dwiefer iżda jagħti l-vaċċin. Għalhekk għandu status ta’ saħħa ġenerali tal-annimali bovini li hu differenti minn dak tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, l-Urugwaj għandu permess biex jesporta biss laħam ta’ annimali bovini li jkun iddissussat u mmaturat. Ir-rekwiżiti tal-importazzjoni jistipulaw li l-annimali bovini maħsubin għall-qatla biex il-laħam tagħhom frisk jiġi esportat lejn l-Unjoni jintbagħtu direttament mill-istabbiliment oriġinali tagħhom għall-biċċerija. Din ir-regola teskludi ħafna stabbilimenti żgħar mill-produzzjoni għas-suq tal-Unjoni minħabba li l-annimali ta’ dawn dejjem jgħaddu minn ċentri tal-ġbir jew minn swieq tal-annimali qabel ma jmorru għat-tbiċċir.

    (4)

    Verifika tal-Unjoni f’Marzu 2012 ikkonfermat li s-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-identifikazzjoni u tal-moviment tippermetti lill-veterinarji li jkunu qed jagħmlu ċ-ċertifikat li jivverifikaw fejn kienu l-annimali qabel. B’hekk is-sistema tiżgura li l-annimali jkunu qagħdu 40 jum fl-istess stabbiliment qabel ma jinġarru lejn il-biċċerija. L-Urugwaj jista’ jiggarantixxi wkoll li r-rekwiżiti tas-saħħa tal-Unjoni għall-importazzjon ta’ annimali bovini maħsubin għat-tbiċċir, għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ laħam bovin frisk iddissossat u mmaturat, jiġu rispettati anki jekk dawn l-annimali jgħaddu minn ċentri ta’ ġbir u/jew swieq qabel jitbiċċru, minħabba sistema li tidentifika l-annimali bovini kollha b’mod individwali biex ikun jista’ jiġi ttraċċat minn fejn oriġinaw.

    (5)

    B’hekk l-Urugwaj joffri biżżejjed garanziji li jiżguraw li l-annimali bovini kollha li l-laħam tagħhom huwa maħsub għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jkollhom l-istess stat ta’ saħħa meta jagħddu minn ċentri tal-ġbir (li jinkludu s-swieq) fl-Urugwaj qabel it-tbiċċir. Għalhekk, l-entrata li tikkorrispondi għal dan il-pajjiż fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha tiġi addattata.

    (6)

    Kien hemm żball f’żewġ referenzi għan-noti ta’ qiegħ il-paġna fil-Parti II.2 tal-mudell taċ-ċertifikat “OVI-X” fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat u msewwi skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dispożizzjonijiet ta’ emenda

    Fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-linja li tirreferi għall-Urugwaj tinbidel b’dan li ġej:

    Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz

    Kodiċi tat-Territorju

    Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju jew ta’ parti minnu

    Ċertifikat veterinarju

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Data ta’ għeluq(2)

    Data tal-ftuħ(3)

    Mudell(i)

    SG

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    “UY – L-Urugwaj

    UY-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

     

     

    BOV

    A u J

    1

     

    fl-1 ta’ Novembru 2001.”

    OVI

    A

    1

     

     

    Artikolu 2

    Dispożizzjonijiet ta’ tiswija

    Fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-Parti II tal-mudell taċ-ċertifikat “OVI-X” jissewwa kif ġej:

    (a)

    fil-punt II.2.8, il-frażi:

    (1) jew [II.2.8.2.

    huma annimali maħsuba għall-produzzjoni, li twieldu u trabbew dejjem fi stabbilimenti li fihom qatt ma ġie ddijanjostikat każ ta’ scrapie;]”

    hija mibdula b’dan li ġej:

    (2)jew [II.2.8.2.

    huma annimali maħsuba għall-produzzjoni, li twieldu u trabbew dejjem fi stabbilimenti li fihom qatt ma ġie ddijanjostikat każ ta’ scrapie;]”

    (b)

    fil-punt II.2.9, il-frażi ta’ introduzzjoni:

    “huma/kienu(1) mibgħuta mill-istabbiliment(i) tagħhom tal-oriġini, mingħajr ma għaddew minn ebda suq,”

    hija mibdula b’dan li ġej:

    “huma/kienu(2) mibgħuta mill-istabbiliment(i) tagħhom tal-oriġini, mingħajr ma għaddew minn ebda suq,”

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 139, 30.4.2004; p. 321.

    (2)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (3)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.


    Top