EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013H0466

2013/466/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Settembru 2013 dwar obbligi mhux diskriminatorji konsistenti u metodoloġiji tal-ikkostjar li jippromwovu l-kompetizzjoni u jtejbu l-ambjent tal-investiment fil-broadband

ĠU L 251, 21.9.2013, p. 13–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2013/466/oj

21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/13


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Settembru 2013

dwar obbligi mhux diskriminatorji konsistenti u metodoloġiji tal-ikkostjar li jippromwovu l-kompetizzjoni u jtejbu l-ambjent tal-investiment fil-broadband

(2013/466/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (id-Direttiva Qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) u l-Kumitat tal-Komunikazzjoni (COCOM),

Billi:

(1)

Sabiex titħeġġeġ l-innovazzjoni u jiżdiedu l-produttività, l-impjiegi u l-kompetittività, u fl-aħħar mill-aħħar biex jinħoloq tkabbir ekonomiku u jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020, hu essenzjali li jiġi żviluppat aktar is-suq intern tal-UE għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, b’mod partikolari bit-tifrix ta’ netwerks tal-Internet b’veloċità għolja. Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs) u l-BEREC jgħinu fl-iżvilupp tas-suq intern tal-komunikazzjoni elettronika billi joħolqu approċċi komuni għall-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju li tiddefinixxi d-Direttiva 2002/21/KE (il-Qafas Regolatorju).

(2)

It-tifrix tal-broadband b’veloċità għolja għandu rwol importanti fl-investiment tal-Unjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-irkupru ekonomiku ġenerali. Għalhekk il-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew fasslu miri ambizzjużi għat-tifrix tal-broadband b’veloċità għolja, bħala parti mill-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (DAE) li għandha l-Unjoni, waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020.

(3)

Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa huwa t-tifrix tan-netwerks tal-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (Netwerks tal-NGA). L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa għandha l-għan li tappoġġa l-investimenti sostanzjali li se jkun hemm bżonn isiru fis-snin li ġejjin. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tippromwovi investiment u innovazzjoni effiċjenti f’infrastrutturi ġodda u msaħħa filwaqt li jingħaraf il-bżonn li tinżamm kompetizzjoni effettiva, li tkun inċentiv importanti għall-investiment fit-tul. Din ir-Rakkomandazzjoni tara li (i) ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi bl-applikazzjoni ta’ regoli aktar stretti tan-nondiskriminazzjoni, (ii) jinstabu prezzijiet regolati tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur li jkunu prevedibbli u stabbli, u li (iii) tiżdied iċ-ċertezza dwar iċ-ċirkostanzi li għandhom iwasslu biex ma jiġux imposti prezzijiet regolati tal-aċċess għar-ram għas-servizzi tal-NGA. Jekk tiżdied il-prevedibbiltà legali u regolatorja b’dan il-mod, tkun ta’ għajnuna biex jingħata spinta lill-investiment meħtieġ fil-futur qarib u medju.

(4)

Hemm bżonn li tinħoloq il-prevedibbiltà regolatorja biex tippromwovi investiment u innovazzjoni effiċjenti f’infrastruttura ġdida u msaħħa. Huwa importanti li matul iż-żmien jintuża approċċ regolatorju konsistenti u stabbli biex l-investituri jiksbu l-kunfidenza li għandhom bżonn biex ifasslu pjanijiet sostennibbli għan-negozju. Sabiex joħolqu l-prevedibbiltà meħtieġa fuq perjodu itwal ta’ żmien, jiġifieri lil hinn minn reviżjoni waħda tas-suq, l-NRAs għandhom jiċċaraw kemm jista’ jkun fil-miżuri li jimponu rimedji regolatorji skont il-Qafas Regolatorju, kif il-bidliet previsti fil-qagħda tas-suq jistgħu jaffettwaw ir-rimedji rilevanti.

(5)

Waqt il-valutazzjoni tal-abbozzi tal-miżuri nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE, deher li fl-Unjoni għadhom jeżistu inkonsistenzi sinifikanti fl-applikazzjoni tal-obbligi tan-nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 10 u tal-obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet u l-kontabbiltà tal-kostijiet skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (2), għas-suq tal-aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk min-naħa tal-operatur (suq 4) u tal-aċċess għall-broadband min-naħa tal-operatur (suq 5) kif jissemmew fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/879/KE (3).

(6)

L-obbligi regolatorji imposti skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE xorta għadhom ivarjaw b’mod konsiderevoli fl-Unjoni, anke meta l-problemi sottostanti tas-suq jistgħu jitqabblu. Filwaqt li għadd dejjem akbar ta’ NRAs dan l-aħħar qiesu applikazzjoni aktar dettaljata ta’ obbligu ġenerali tan-nondiskriminazzjoni billi użaw l-Indikaturi Ewlenin tar-Rendiment u żguraw ekwivalenza stretta tal-aċċess, il-miżuri abbozzati notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE f’dan ir-rigward juru diverġenza sinifikanti fost l-approċċi tal-NRAs fejn jidħol il-kamp ta’ applikazzjoni, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ tal-konformità u l-infurzar ta’ dan l-obbligu, b’mod partikolari fejn jidħol il-mudell magħżul tal-ekwivalenza (jekk jiġi applikat wieħed għal kollha).

(7)

Bl-istess mod, l-obbligi regolatorji dwar l-ipprezzar tal-aċċess impost skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE fi swieq 4 u 5 jvarja wkoll b’mod konsiderevoli fl-Istati Membri tal-Unjoni, għalkemm dawn il-varjazzjonijiet mhumiex ġustifikati b’differenzi sottostanti fiċ-ċirkostanzi nazzjonali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ħeġġet b’mod konsistenti lill-NRAs fis-setgħat tagħha skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE biex (i) jużaw metodi xierqa għall-kontabbiltà tal-kostijiet u jiżguraw ipprezzar konsistenti tal-prodotti tal-aċċess fl-istess katina tal-valur biex jissalvagwardjaw il-prinċipju tal-iskaluni tal-investiment, (ii) japplikaw il-prinċipji tal-mudell tal-kost rilevanti b’mod konsistenti għad-dejta tal-input rilevanti kollha, u (iii) jagħrfu l-importanza li jużaw il-kostijiet ta’ netwerk effiċjenti modern biex jiffissaw il-prezzijiet tal-aċċess.

(8)

Il-varjazzjonijiet sinifikanti fl-approċċi regolatorji li għażlu l-NRAs għal dawn iż-żewġ rimedji, idewwmu l-iżvilupp tas-suq intern għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u jfixklu benefiċċji soċjali potenzjalment sinifikanti għall-ekonomija ġenerali. Dawn il-varjazzjonijiet joħolqu inċertezza regolatorja u jwasslu għal nuqqas ta’ regolamentazzjoni konsistenti dwar l-aċċess u għalhekk jillimitaw l-opportunitajiet li jinħolqu l-ekonomiji ta’ skala.

(9)

Fejn tinstab SMP fis-swieq 4 u/jew 5, għandu jiġi applikat sett xieraq ta’ rimedji skont il-prinċipji previsti fid-Direttiva 2002/19/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) tagħha. Bħala tali, ir-rimedji stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni għandhom jiġu applikati skont il-prinċipji tad-Direttivi 2002/21/KE u 2002/19/KE.

(10)

Din ir-Rakkomandazzjoni hija konsistenti mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/572/UE (4) u tibni fuq il-gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ obbligi speċifiċi fil-Qafas Regolatorju stabbilit fir-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE. Pereżempju, din tispeċifika f’aktar dettall, meta aċċess min-naħa tal-operatur orjentat lejn il-kost għal broadband NGA jista’ ma jkunx meħtieġ, kif jistipula l-punt 36 tar-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE, u toħloq xenarji li fihom salvagwardji kompetittivi stabbiliti għandhom iwasslu biex l-NRAs jitbiegħdu mill-prinċipju ġenerali ta’ aċċess NGA orjentat lejn il-kost kif isemmi l-punt 25 tar-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE. Minħabba f’hekk, fl-interpretazzjoni taż-żewġ Rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu l-prinċipji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni, b’mod partikolari fil-premessi 25 sa 28 kif ukoll 49 u 50 u fil-punt 58.

(11)

Din ir-Rakkomandazzjoni tittratta wkoll kwistjonijiet li ma jindirizzawx ir-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE, bħal pereżempju l-applikazzjoni konsistenti tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE u approċċ konsistenti biex jiġu kkalkulati l-prezzijiet tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur.

APPLIKAZZJONI TA’ OBBLIGU TAN-NONDISKRIMINAZZJONI

Tiġi żgurata ekwivalenza tal-aċċess

(12)

Wieħed mill-ostakoli ewlenin għall-iżvilupp ta’ ambjent tassew ekwu għal min ifittex aċċess għal netwerks tal-komunikazzjoni elettronika huwa t-trattament preferenzjali tan-negozji downstream, pereżempju l-fergħa għall-konsumatur, tal-operatur integrat vertikalment li għandu saħħa sinifikanti fis-suq (operatur SMP) b’diskriminazzjoni relatata mal-prezz u mhux relatata mal-prezz (pereżempju, diskriminazzjoni fejn tidħol il-kwalità tas-servizz, l-aċċess għall-informazzjoni, it-tattiċi ta’ dewmien, rekwiżiti mhux dovuti u d-disinn strateġiku ta’ karatteristiċi essenzjali tal-prodott). F’dan ir-rigward, bis-sempliċi applikazzjoni ta’ obbligu ġenerali tan-nondiskriminazzjoni, hu partikolarment diffiċli biex tinstab u tiġi indirizzata imġiba diskriminatorja mhux relatata mal-prezz. Għaldaqstant hu importanti li tkun żgurata ekwivalenza vera tal-aċċess billi jiġu applikati b’mod strett l-obbligi mhux diskriminatorji u billi jintużaw mezzi effettivi li jissorveljaw u jinfurzaw il-konformità.

(13)

Fejn jidħlu t-trattament u l-prevenzjoni tal-imġiba diskriminatorja mhux relatata mal-prezz, il-Kummissjoni rat varjazzjoni konsiderevoli fl-approċċ regolatorju li għażlu l-NRAs. Il-Kummissjoni tqis li fil-prinċipju, l-ekwivalenza tal-inputs (EoI) hi l-aktar mod żgur biex tinkiseb protezzjoni effettiva mid-diskriminazzjoni, għax min ifittex aċċess ikun jista’ jikkompeti man-negozju downstream tal-operatur SMP integrat vertikalment billi juża l-istess sett eżatt ta’ prodotti regolati min-naħa tal-operatur, bl-istess prezzijiet u bl-użu tal-istess proċessi tranżazzjonali. Barra minn hekk, u għall-kuntrarju tal-kunċett tal-Ekwivalenza tal-Produzzjoni (EoO), l-EoI hu mgħammar aħjar għat-trasparenza u biex jindirizza l-problema tal-asimmetriji tal-informazzjoni.

(14)

Skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE, l-NRAs huma meħtieġa jiżguraw li l-obbligi regolatorji imposti b’reazzjoni għal denominazzjoni ta’ operatur li għandu SMP, ikunu msejsa fuq in-natura tal-problema identifikata u pproporzjonati fid-dawl tal-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2002/21/KE u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5)(b) tagħha. Jekk jingħataw inputs regolati min-naħa tal-operatur abbażi ta’ EoI, x’aktarx iwasslu għal kostijiet ogħla tal-konformità milli jwasslu l-forom anqas stretti ta’ obbligi mhux diskriminatorji, minħabba l-aġġustamenti li jkunu meħtieġa fis-sistema. Barra minn hekk, operatur SMP ma jkunx jista’ jgawdi minn xi sinerġiji vertikali għax dan jitħalla juża biss għalih innifsu l-istess prodotti tal-operatur li jipprovdi jew joffri lill-kompetituri tiegħu. Madankollu, dawn il-kostijiet ogħla tal-konformità għandhom jitkejlu skont il-benefiċċji ta’ kompetizzjoni downstream aktar qawwija.

(15)

F’dan ir-rigward, li l-operatur SMP jintalab jipprovdi input stroriku bbażat fuq ir-ram min-naħa tal-operatur għas-sistemi eżistenti abbażi ta’ EoI, hu inqas probabbli li joħloq benefiċċji netti biżżejjed biex jgħaddi mit-test tal-proporzjonalità minħabba l-kostijiet ogħla għall-iddisinjar mill-ġdid tas-sistemi eżisteni tal-forniment u l-appoġġ operattiv biex jagħmilhom konformi mal-EoI. Mill-banda l-oħra, li l-operatur SMP jintalab jipprovdi inputs tal-NGA min-naħa tal-operatur, li f’bosta każijiet jingħataw għal sistemi ġodda, abbażi ta’ EoI, hu probabbli li joħloq benefiċċji netti biżżejjed u għalhekk ikun proporzjonat jekk jitqiesu l-kostijiet inkrimentali tal-konformità li jkunu aktar baxxi b’mod komparattiv, biex ikunu żgurati sistemi mibnijin ġodda li jkunu konformi mal-EoI. Qabel jagħti inputs ġodda fit-taqsimijiet downstream tiegħu, l-operatur SMP għandhom jkun jista’ jibni fl-EoI, fil-fażi tad-disinn għal prodotti ġodda b’kost proporzjonat.

(16)

Minħabba l-kostijiet tal-konformità potenzjalment għoljin, jaf ikun sproporzjonat li l-operatur SMP jintalab japplika EoI f’kull livell tal-katina tal-valur. Għalhekk, l-NRAs l-ewwel jeħtiġilhom jidentifikaw il-livell li fih, skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, l-impożizzjoni tal-EoI tagħti l-aqwa benefiċċji għall-kompetizzjoni u l-innovazzjoni, imbagħad jivvalutaw jekk l-EoI tkunx xierqa u proporzjonata wkoll għal livelli addizzjonali. Minħabba l-kapaċità tal-EoI li toħloq l-innovazzjoni aktar malajr fis-suq għall-konsumatur, fil-prinċipju, l-EoI għandha tiddaħħal fl-ifnad livell possibbli tan-netwerk li fih il-kompetizzjoni tkun effettiva u sostenibbli fit-tul. Fi Stati Membri b’għadd kbir ta’ operaturi SMP fuq skala żgħira, l-impożizzjoni tal-EoI fuq kull operatur tista’ tkun sproporzjonata.

(17)

Meta l-NRAs jikkonkludu li obbligu li jagħtu inputs regolati min-naħa tal-operatur abbażi ta’ EoI ikun sproporzjonat, għandu jiġi applikat mudell tal-EoO li jiżgura li l-inputs min-naħa tal-operatur mogħtija lil operaturi alternattivi — filwaqt li ma jintużawx l-istess sistemi u proċessi — ikunu komparabbli, fejn jidħlu l-funzjonament u l-prezz, ma’ dawk li l-operatur SMP integrat vertikalment jikkonsma għalih innifsu.

(18)

Deċiżjoni li timponi EoI meta xierqa, iġġustifikata u proporzjonata u wara konsultazzjoni skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/21/KE, hija obbligu tan-nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE, mingħajr preġudizzju għal (i) l-impożizzjoni potenzjali ta’ obbligu għal separazzjoni funzjonali skont l-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/19/KE meta NRA tikkonkludi li l-obbligi xierqa (inklużi obbligi tan-nondiskriminazzjoni bħal EoI) ma rnexxilhomx jiksbu kompetizzjoni effettiva; (ii) xi separazzjoni volontarja skont l-Artikolu 13b tad-Direttiva 2002/19/KE; u (iii) analiżi tal-kundizzjonijiet kompetittivi fiż-żoni li jkopri t-tifrix konġunt tan-netwerks tal-fibra sad-dar (FTTH) li hija rakkomandata fil-punt 28 tar-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE.

(19)

Skontijiet tal-volum u/jew ftehimiet fuq il-prezz tal-aċċess fit-tul huma għodda importanti biex jiżdied l-investiment tal-NGA, b’mod partikolari meta l-użu mill-konsumaturi għadu baxx, u jista’ jkun kompatibbli ma’ approċċ tal-EoI u l-EoO. Madankollu, sabiex ikun żgurat li jista’ jsir dħul fis-suq minn kompetituri effiċjenti, NRAs għandhom jaċċettaw skontijiet tal-volum mingħand operaturi SMP għan-negozji downstream tagħhom stess, pereżempju il-fergħa tagħhom għall-konsumatur, biss jekk ma jaqbżux l-ogħla skont tal-volum offrut b’rieda tajba lil partijiet terzi li qed ifittxu aċċess. Bl-istess mod, l-NRAs għandhom jaċċettaw ftehimiet fuq il-prezz tal-aċċess fit-tul mingħand operaturi SMP għan-negozju downstream tagħhom, pereżempju il-fergħa tagħhom għall-konsumatur, biss jekk ma jaqbżux l-ogħla skont għal aċċess fit-tul offrut b’rieda tajba lil partijiet terzi li qed ifittxu aċċess.

Bħala minimu, tkun żgurata r-replikabbiltà teknika tal-offerti l-ġodda għall-konsumatur tal-operatur SMP

(20)

Indipendentement mill-kunċett tal-ekwivalenza eżatta li timponi l-NRA, meta l-NRA tiddeċiedi li obbligu tan-nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE hu xieraq, proporzjonat u oġġettivament ġustifikat, hu importanti li għal kundizzjonijiet ekwi jkun żgurat li min ifittex aċċess alternattiv ikunu jista’ jirreplika teknikament l-offerta għall-konsumatur tal-operatur SMP abbażi tal-input regolat min-naħa tal-operatur li dan jirċievi. Filwaqt li l-NRA m’għandhomx bżonn jippreskrivu fid-dettall id-disinn preċiż tal-prodotti rilevanti tal-aċċess min-naħa tal-operatur, dawn għandhom jiżguraw li jkun sar test tar-replikabbiltà teknika għal servizz jew pakkett ġdid għall-konsumatur, li jiżgura li jiġu eżaminati għadd ta’ fatturi.

(21)

Meta l-NRAs jagħmlu t-test tar-replikabbiltà teknika jew meta jkunu qed jivvalutaw ir-riżultati tat-test li jkun għamel l-operatur SMP, dawn għandhom iqisu wkoll ir-riskju tal-monopolizzazzjoni tas-suq downstream permezz tal-offerta l-ġdida u l-impatt fuq l-innovazzjoni. Pereżempju, il-prodott rilevanti tal-aċċess min-naħa tal-operatur għandu jkun disponibbli għal min ifittex aċċess, fi żmien raġonevoli qabel l-operatur SMP jagħmel offerta korrispondenti għall-konsumatur, ħalli jkun evitat il-vantaġġ mhux xieraq taż-żmien għall-operatur SMP, jekk wieħed iqis il-bżonn ta’ operatur alternattiv effiċjenti li jiżviluppa u jadatta is-sistemi u l-proċessi tiegħu stess biex ikun jista’ joffri servizz ġdid kompetittiv għall-konsumatur.

(22)

Billi hu importanti li l-kompetizzjoni tiżgura r-replikabbiltà teknika, hu kruċjali li l-fornitur SMP regolat jiżgura r-replikabbiltà teknika tal-offerti ġodda għall-konsumatur qabel isiru u kull waqt wara li jkunu saru. Għaldaqstant, test tar-replikabbiltà teknika jista’ jsir qabel u wara li tkun saret offerta ġdida għall-konsumatur, skont meta l-NRA jidhrilha li jkun xieraq. Pereżempju, meta l-kapaċità tal-NRA li tippubblika d-dejta kummerċjali tal-operatur SMP tkun limitata bir-regoli tal-kunfidenzjalità skont il-liġi nazzjonali tagħha, l-NRA tista’ tagħżel li tagħmel it-test tar-replikabbiltà teknika wara li jinbdew is-servizzi għall-konsumatur.

MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ TAL-OBBLIGI TAN-NONDISKRIMINAZZJONI

L-Indikaturi Ewlenin tar-Rendiment

(23)

Minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza fejn jidħol it-tqabbil bejn il-kwalità tas-servizz li l-operatur SMP jagħti lilu nnifsu u l-kwalità tas-servizz li jagħti lil parti terza li qed tfittex aċċess, ħafna drabi jkun ferm diffiċli li tinstab imġiba diskriminatorja, u allura li tiġi infurzata n-nondiskriminazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE. Il-KPIs huma l-aktar għodod xierqa biex tinstab imġiba diskriminatorja potenzjali u tissaħħaħ it-trasparenza fejn jidħlu t-twassil u l-kwalità tal-prodotti tal-operatur SMP regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur fis-swieq rilevanti. Sabiex tiżided it-trasparenza u tikber il-kunfidenza fis-suq, l-NRAs permezz tal-fora industrijali xierqa, jistgħu jiffaċilitaw il-ftehim bejn l-operatur SMP u parti terza li jfittxu aċċess dwar il-KPIs fid-dettall, u jiżguraw li dawn il-KPIs jiġu awditjati u ppubblikati b’tali mod li tkun tista’ tinstab imġiba diskriminatorja potenzjali minn kmieni. Il-KPIs għandhom ikunu relatati mal-attivitajiet ewlenin fiċ-ċiklu tal-forniment, li jkopri l-fażijiet kollha, jiġifieri mill-proċess tal-ordni, it-twassil jew il-forniment tas-servizz, il-kwalità tas-servizz inkluż il-ħsarat u kemm idumu biex jissewwew, u l-migrazzjoni minn min ifittex aċċess bejn inputs regolati differenti min-naħa tal-operatur.

Ftehimiet fil-Livell ta’ Servizz u Garanziji fil-Livell ta’ Servizz

(24)

Sabiex tkun żgurata nondiskriminazzjoni sħiħa, il-KPIs għandhom ikunu kkumplimentati minn SLAs u SLGs. Jekk jiġu imposti SLAs, ikun żgurat li min ifittex aċċess jingħata l-kwalità tas-servizz miftiehma, billi l-użu tal-SLGs korrispondenti jaġixxi bħala deterrent kontra l-imġiba diskriminatorja. L-NRAs għandhom jiġu involuti mill-qrib fl-iżvilupp tal-SLAs, pereżempju billi japprovaw l-SLAs li jkun żviluppa l-operatur SMP bħala parti minn offerta ta’ referenza regolatorja.

IL-METODOLOĠIJA TAL-IKKOSTJAR

Il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar

(25)

Metodoloġija tal-ikkostjar li tfassal prezzijiet tal-aċċess li jirreplikaw kemm jista’ jkun lil dawk mistennija f’suq effettivament kompetittiv, hija xierqa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Qafas Regolatorju. Metodoloġija tal-ikkostjar bħal din għandha tissejjes fuq netwerk effiċjenti u modern, tirrifletti l-bżonn ta’ prezzijiet stabbli u prevedibbli maż-żmien tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur, li tevita varjazzjonijiet u ħasdiet sinifikanti, sabiex jinħoloq qafas ċar għall-investiment, u tkun kapaċi tiġġenera prezzijiet tar-ram orjentati lejn il-kost li jkunu jistgħu jankraw magħhom is-servizzi tal-NGA u jittrattaw kif xieraq u b’mod konsistenti l-impatt tat-tnaqqis fil-volumi li tikkawża t-tranżizzjoni minn ram għal NGA, jiġifieri li tkun evitata żieda artifiċjali fil-prezzijiet tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur li nkella jiġu osservati għax il-klijenti jaqilbu għan-netwerk NGA tal-operatur SMP.

(26)

L-irkupru tal-kostijiet hu prinċipju ewlieni f’metodoloġija tal-ikkostjar. Dan jiżgura li l-operaturi jkunu jistgħu jkopru l-kostijiet li jiġġarrbu b’mod effiċjenti u jirċievu lura redditu xieraq mill-kapital investit.

(27)

Metodoloġija tal-ikkostjar li tagħti sinjal ċar ta’ “ibni-jew-ixtri” toħloq bilanċ xieraq bejn li jkunu żgurati dħul effiċjenti u inċentivi biżżejjed għall-investiment, u b’mod partikolari t-tifrix ta’ netwerks tal-NGA biex b’hekk iwasslu servizzi broadband ġodda, aktar veloċi u ta’ kwalità aħjar.

(28)

Il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar għandha tiżgura trasparenza u konsistenza fl-Unjoni. Din għandha tiżgura wkoll li ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi jiġu riflessi f’approċċ konsistenzi ta’ mudellar.

(29)

Il-Metodoloġija tal-ikkostjar imsejħa BU LRIC+ (bottom-up long-run incremental costs plus) hija l-aħjar waħda biex jintlaħqu l-għanijiet ħalli jiġu ffissati l-prezzijiet regolati tas-servizzi tal-aċċess min-naħa tal-operatur. Din il-metodoloġija timmudella l-kapital inkrimentali (inkluż dak mitluf) u l-kostijiet operattivi li jġarrab operatur effiċjenti ipotetiku biex iforni is-servizzi kollha tal-aċċess u jżid mark-up għal irkupru strett tal-kostijiet komuni. Għaldaqstant il-metodoloġija tal-BU LRIC + tippermetti għall-irkupru tal-kostijiet kollha mġarrba b’mod effiċjenti.

(30)

Il-metodoloġija tal-BU LRIC + tikkalkula l-kostijiet attwali b’mod progessiv (jiġifieri skont teknoloġiji aġġornati, id-domanda mistennija, u l-bqija) li jġarrab operatur effiċjenti tan-netwerk biex daż-żmien jibni netwerk modern li jkun jiflaħ jagħti dawn is-servizzi oħra. Għaldaqstant, il-BU LRIC + jagħti sinjali tajbin u effiċjenti għad-dħul.

(31)

Meta n-netwerks tal-kejbil, tal-fibra (FttX) u, sa ċertu punt, mobbli (b’mod partikolari n-netwerks mobbli LTE jew Evoluttivi fit-Tul) ikunu qed jikkompetu man-netweks tar-ram, l-operaturi SMP jirreaġġixxu billi jaġġornaw in-netwerks tar-ram tagħhom u bil-mod il-mod jibdluhom b’NGA biex jindirizzaw it-theddida ta’ kompetizzjoni. Għaldaqstant, peress li daż-żmien l-ebda operatur ma jibni netwerk tar-ram pur, il-metodoloġija tal-BU LRIC + tikkalkula l-kostijiet attwali għat-tifrix ta’ netwerk tal-NGA effiċjenti u modern.

(32)

Dan in-netwerk tal-NGA effiċjenti ikun jikkonsisti kollu kemm hu, jew parti minnu, minn elementi ottiċi skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali u għandu jkun kapaċi jilħaq il-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa stabbiliti fejn jidħlu l-medda tal-frekwenzi, il-kopertura u l-użu.

(33)

Valutazzjoni tal-assi ta’ netwerk tal-NGA bħal din bil-kostijiet attwali, jirrifletti l-aħjar il-proċess kompetitti sottostanti u, b’mod partikolari, ir-replikabbiltà tal-assi.

(34)

B’differenza mill-assi, bħat-tagħmir tekniku u l-mezz tat-trażmissjoni (bħal pereżempju il-fibra), l-assi tal-inġinerija ċivili (bħal pereżempju l-kanali, it-trinek u l-arbli) huma assi li x’aktarx ma jistgħux jiġu rreplikati. Il-bidla teknoloġika u l-livell tal-kompetizzjoni u d-domanda tal-bejgħ mhux mistennija jħallu operaturi alternattivi jifirxu infrastruttura paralleli tal-inġinerija ċivili, għallinqas meta l-assi storiċi tal-infrastruttura tal-inġinerija ċivili jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw għall-finijiet tat-tifrix ta’ netwerk tal-NGA.

(35)

Fil-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar, il-Bażi Regolatorja tal-Assi (RAB) li tikkorrispondi mal-assi storiċi tal-inġinerija ċivili hi vvalutata skont il-kostijiet attwali filwaqt li titqies il-ħajja ekonomika li għaddiet tal-assi u allura l-kostijiet li l-operatur SMP regolat diġà rkupra. Dan l-approċċ jagħti sinjali ta’ dħul effiċjenti fis-suq għad-deċiżjonijiet dwar “ibni” jew “ixtri”, u jevita r-riskju ta’ rkupru żejjed tal-kostijiet għal infrastruttura ċivili storika li tista’ terġa’ tintuża. Irkupru żejjed tal-kostijiet jaf ma jkunx ġustifikat biex jiżgura dħul effiċjenti u biex jippreserva l-inċentivi għall-investiment għax l-alternattiva “ibni” ma tkunx ekonomikament fattibbli għal din il-kategorija tal-assi.

(36)

Il-metodu ta’ indiċjar jiġi applikat biex jiġu kkalkulati l-kostijiet attwali għar-RAB li tikkorrispondi għall-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili. Dan il-metodu hu ppreferut għax hu prattiku, sod u trasparenti. Dan jistrieħ fuq id-dejta passata dwar l-infiq, id-deprezzament akkumulat, u d-disponiment tal-assi, sakemm dawn ikunu disponibbli mill-kontijiet u r-rapporti finanzjarji statutorji u regolati tal-operatur SMP regolat u skont indiċi tal-prezz disponibbli pubblikament bħall-indiċi tal-prezz għall-konsumatur.

(37)

Għaldaqstant, ir-RAB inizjali li tkun tikkorrispondi għall-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili, tiġi ffissata bil-valur tar-rendikont regolatorju, nett tad-deprezzament akkumulat meta jkun qed isir il-kalkolu, u indiċjata b’indiċi tal-prezz xieraq, bħall-indiċi tal-prezz għall-konsumatur.

(38)

Ir-RAB inizjali tibqa’ tiġi bblokkata aktar u riportata minn perjodu regolatorju għal li jmiss. L-ibblukkar tar-RAB jiżgura li ladarba assi storiku irreplikabbli riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili, jiġi deprezzat għalkollox, din l-assi ma tibqax parti mir-RAB, u għalhekk ma tibqax tirrappreżenta kost għal min ifittex aċċess, bħalma ma jibqax kost għall-operatur SMP. Dan l-approċċ ikompli jiżgura rinumerazzjoni xierqa għall-operatur SMP u fl-istess waqt jagħti ċertezza regolatorja kemm lill-operatur SMP kif ukoll lil min ifittex aċċess maż-żmien.

(39)

Il-linji attivi tar-ram qed jonqsu minħabba li l-klijenti qed jaqilbu għan-netwerks tal-kejbil u/jew mobbli. L-immudellar ta’ netwerk wieħed tal-NGA effiċjenti għar-ram u l-prodotti tal-aċċess tal-NGA jinnewtralizza l-effett tal-inflazzjoni tal-volum li joħloq l-immudellar ta’ netwerk tar-ram, jekk il-kostijiet fissi tan-netwerk jitqassmu fost għadd dejjem inqas ta’ linji attivi tar-ram. B’dan ikun jista’ jitmexxa b’mod progressiv il-volum tat-traffiku minn ram għal NGA bit-tifrix tal-NGA u biex wieħed jaqleb għal NGA. Il-volum tat-traffiku li jimxi għal infrastrutturi oħra biss (pereżempju tal-kejbil, mobbli), li ma jkunx inkluż fil-mudell tal-kost, se jżid il-kostijiet tal-unità.

(40)

Fil-dawl tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u minħabba ċirkostanzi nazzjonali differenti, l-NRAs għandhom bżonn livell ta’ flessibbiltà biex jimmudellaw dan in-netwerk tal-NGA effiċjenti u modern. Għalhekk in-netwerk tal-NGA jista’ jissejjes fuq waħda mill-bosta teknoloġiji tal-aċċess u tipoloġiji tan-netwerk disponibbli għall-operaturi biex jifirxu netwerk tal-NGA.

(41)

Netwerk tal-FttH, netwerk tal-FttC jew taħlita tat-tnejn jistgħu jitqiesu bħala netwerk tal-NGA effiċjenti u modern. B’dan l-approċċ, il-kost ikkalkulat għan-netwerk tal-NGA għandu jiġu aġġustat biex jirrifletti l-karatteristiċi differenti ta’ netwerk tar-ram. Dan jeħtieġ li tiġi kkalkulata d-differenza fil-kost bejn prodott tal-aċċess ibbażat fuq NGA u prodott tal-aċċess ibbażat kollu kemm hu fuq ir-ram, billi jsiru l-aġġustamenti rielvanti fl-inġinerija tan-netwerk fil-mudell tal-NGA biex jinstab il-prezz tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur. Meta jiġu biex jistabbilixxu l-ħajja ekonomika tal-assi f’netwerk immudellat tal-FttC, l-NRAs għandhom iqisu l-iżviluppi teknoloġiċi u tan-netwerk li huma mistennija jsiru fil-komponenti differenti tan-netwerk.

(42)

Meta t-tipoloġija tan-netwerk tal-NGA li trid tiġi mmudellata tkun differenti min-netwerk tar-ram sal-punt li l-aġġustamenti tal-inġinerija fil-mudell tal-inġinerija tal-NGA ma jkunux fattibbli, l-NRAs jistgħu jiksbu l-kost tar-ram billi jimmudellaw netwerk overlay tal-NGA, li fih, żewġ netwerks paralleli (ram u fibra, FttH jew FttC) ikunu jaqsmu sa ċertu punt l-istess netwerk għall-infrastruttura ċivili. B’dan l-approċċ, l-effett tal-inflazzjoni tal-volum jiġi nnewtralizzat għall-assi tal-inġinerija ċivili għax in-netwerks tar-ram u tal-fibra mmudellati jkunu jużaw bejniethom l-assi tal-inġinerija ċivili. Għalhekk il-kostijiet tal-unità ta’ dawn l-assi, li jirrappreżentaw l-akbar biċċa tal-kostijiet f’netwerk tal-aċċess, jibqgħu stabbli.

Skeda tal-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-ikkostjar

(43)

Hu meħtieġ perjodu ta’ tranżizzjoni twil biżżejjed biex ikun evitat it-tfixkil bla bżonn u biex jingħata approċċ regolatorju stabbli u trasparenti. La l-NRAs għandhom jimplimentaw il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar u allura l-operaturi għandhom bżonn jadattaw il-pjanijiet kummerċjali tagħhom skont dan, il-perjodu ta’ tranżizzjoni jitqies xieraq sal-31 ta’ Diċembru 2016. L-NRAs mhumiex mitluba jżommu mudelli tal-kost biex jikkalkulaw il-prezzijiet tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur meta ma jkunx hemm regolamentazzjoni ex ante tal-prezz imposta, bħal pereżempju n-nuqqas ta’ domanda għal dawn is-servizzi.

(44)

F’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza l-prevedibbiltà regolatorji, kif ukoll il-ħtieġa li tkun żgurata l-istabbiltà fil-prezzijiet, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi faxxa tal-prezzijiet li fiha tantiċipa li se jaqgħu l-prezzijiet tal-aċċess unbundled sħaħ medji ta’ kull xahar għal-loop lokali tar-ram għall-kiri (netti mit-taxxi kollha), meta tiġi applikata l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar.

(45)

Ir-rwol ewlieni tal-faxxa hu li jiggwida l-NRAs meta jimplimentaw il-metodoloġija tal-ikkostjar biex jilħqu l-għanijiet ġenerali tar-Rakkomandazzjoni jiġifieri l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tal-prezzijiet tal-aċċess għar-ram. Meta, malli tidħol fis-seħħ din ir-Rakkomandazzjoni, il-prezzijiet regolati tal-aċċess LLU għar-ram ta’ kull xahar ikunu barra mill-faxxa f’xi Stati Membri, l-NRAs li jkunu qed jimplimentaw il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar f’dawn l-Istati Membri għandhom jagħmlu dan minnufih. Dan hu għalihom biex jivvalutaw jekk il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar tkunx teħtieġ aġġustamenti fil-prezz ftit ftit sal-31 ta’ Diċembru 2016, b’mod partikolari f’dawk l-Istati membri fejn il-prezzijiet tal-aċċess bħalissa mhumiex orjentati lejn il-kost, u għalhekk aktarx ikunu jeħtieġu aktar aġġustamenti sinifikanti fil-prezz. Biex jitneħħa d-dubju, din ir-Rakkomandazzjoni ma teħtieġx li l-NRAs jimponu prezzijiet tal-aċċess fil-faxxa meta l-NRA tapplika l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar jew il-metodoloġija użata skont il-punt 40.

(46)

Il-prezzijiet tal-aċċess jitqiesu stabbli anke meta dawn isegwu xejra f’termini nominali. Madankollu dawn m’għandhomx ivarjaw b’mod sinifikanti matul il-perjodu rilevanti taż-żmien u għalhekk jibqgħu prevedibbli.

(47)

Skont il-prinċipji tat-trasparenza u l-prevedibbiltà regolatorji, kif ukoll il-ħtieġa li tkun żgurata l-istabbiltà fil-prezzijiet, il-metodoloġija applikati bħalissa ħlief il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar jistgħu wkoll jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 40. L-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipji lil Stati Membri individwali għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ każ b’każ u jagħti permess għal valutazzjoni bikrija b’notifika lill-Kummissjoni, il-BEREC jew NRAs oħra qabel il-31 ta’ Diċembru 2016.

(48)

L-NRAs b’riżorsi limitati, jista’ jkollhom il-bżonn eċċezzjonali ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni lil hinn mill-2016 biex jitħejja l-mudell rakkomandat tal-ikkostjar. F’dawn iċ-ċirkostanzi, NRA għandu jqis li jistabbilixxi prezzijiet interim li jkunu bbażati fuq punt referenzjali li jqis biss medja tar-rati tal-aċċess stabbiliti mill-NRAs f’konformità mat-termini ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Fil-perjodu interim, l-NRAs ikkonċernati jistgħu jitolbu għall-appoġġ prattiku u l-gwida tal-BEREC biex jegħlbu din il-limitazzjoni tar-riżorsi u, b’mod partikolari, il-kost biex tiġi implimentata l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar.

IN-NONIMPOŻIZZJONI TAL-PREZZIJIET REGOLATI TAL-AĊĊESS MIN-NAĦA TAL-OPERATUR FUQ IN-NETWERKS TAL-NGA

(49)

Minħabba l-inċertezza attwali fid-domanda dwar il-forniment ta’ servizzi tal-broadband b’veloċità għolja, hu importanti li jkun hemm ċertu livell ta’ flessibbiltà fl-ipprezzar biex jiġu ttestjati l-punti tal-prezz u jitfasslu prezzijiet xierqa għall-penetrazzjoni, sabiex jiġu promossi l-investiment u l-innovazzjoni effiċjenti skont l-Artikolu 8(5)(d) tad-Direttiva 2002/21/KE u dawn l-operaturi jitħallew jinvestu fin-netwerks tal-NGA. B’dan l-operaturi SMP u min ifittex aċċess ikunu jistgħu jaqsmu parti mir-riskju tal-investiment billi jiddifferenzjaw il-prezzijiet tal-aċċess min-naħa tal-operatur skont kemm qed jimpenja ruħu min ifittex aċċess. Dan jista’ jwassal għal prezzijiet orħos għall-ftehimiet fit-tul b’garanziji tal-volum, li jaf iwasslu biex min ifittex aċċess jieħu parti mir-riskji assoċjati mad-domanda inċerta. Barra minn hekk, il-flessibbiltà fl-ipprezzar fil-livell tal-operaturi hi meħtieġa biex min ifittex aċċess kif ukoll in-negozju għall-konsumatur tal-operatur SMP ikunu jistgħu jintroduċu d-differenzjazzjoni fil-prezz fis-suq tal-broadband għall-konsumatur ħalli jiġu indirizzati aħjar l-preferenzi tal-konsumatur u titrawwem penetrazzjoni tas-servizzi tal-broadband b’veloċità għolja ħafna.

(50)

F’konformità mal-punti 48 sa 57, sabiex ikun evitat li din il-flessibbiltà fl-ipprezzar twassal għal prezzijiet eċċessivi fi swieq fejn instab SMP, din għandha tkun akkumpanjata b’salvagwardji addizzjonali biex titħares il-kompetizzjoni. Għal dan il-għan, l-obbligu aktar strett tan-nondiskriminazzjoni, jiġifieri l-EoI u r-replikabbiltà teknika, għandu jiġi kkumplimentat b’replikabbiltà ekonomika garantita ta’ prodotti downstream flimkien ma’ regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur.

(51)

Sabiex tkun żgurata t-trasparentza u biex jitħeffef il-monitoraġġ tal-evoluzzjoni tal-ambjent tal-investiment għall-broadband tal-NGA kif ukoll il-kundizzjonijiet kompetittivi, l-NRAs għandhom jitolbu lill-operaturi biex lill-NRAs jipprovdulhom informazzjoni aġġornata, inklużi dwar l-investiment u l-pjanijiet tat-tifrix tal-NGA b’mod regolari. Ir-riżultati ta’ xi eżerċizzju ta’ monitoraġġ bħal dan se jservi wkoll bħala input għall-proċess tal-monitoraġġ mill-BEREC dedikat u n-netwerk ta’ esperti tal-Kummissjoni kif jissemma fil-premessa 69.

(52)

Fid-dawl tal-benefiċċji tal-flessibbiltà fl-ipprezzar f’dawn iċ-ċirkostanzi, bl-approċċ rakkomandat, il-prezzijiet tal-aċċess min-naħa tal-operatur għal inputs min-naħa tal-operatur tal-NGA passivi jew inputs min-naħa tal-operatur tal-NGA mhux fiżiċi jew virtwali li joffru l-istess funzjonalitajiet, jitqiesu ristretti biżżejjed (jiġifieri l-problemi tal-kompetizzjoni relatati mal-prezz jitqiesu li qed jiġu indirizzati b’mod effettiv) meta: (i) ikun hemm restrizzjonijiet fil-prezz għall-konsumatur li jistgħu jidhru u li jkunu ġejjin mill-kompetizzjoni tal-infrastruttura jew prezz ankra li jkun ġej mill-prezzijiet tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur orjentati lejn il-kost, u (ii) it-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika jkun fis-seħħ meta r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet min-naħa tal-operatur m’għandhiex tiġi imposta, u (iii) ikun hemm obbligu li jingħataw servizzi tal-aċċess min-naħa tal-operatur abbażi ta’ EoI. Fi kliem ieħor, meta tiġi applikata EoI u l-NRAs jidhrilhom li s-salvagwardji kompetittivi t’hawn fuq huma fis-seħħ, dawn m’għandhomx jimponu prezz tal-aċċess regolat għal dawk l-imputs tal-NGA min-naħa tal-operatur.

(53)

Għal inputs attivi tal-NGA min-naħa tal-operatur, jeżistu salvagwardji kompetittivi biżżejjed jekk min ifittex aċċess ikun jista’ jistrieħ fuq prodotti upstream fis-suq għal aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk (pereżempju aċċess diżassoċjat jew aċċess kważi diżassoċjat), li jingħata abbażi ta’ EoI, diment li t-teħid proprju ta’ dawn il-prodotti upstream jew il-preżenza ta’ infrastrutturi alternattivi joħolqu restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz għall-konsumatur, ħalli ma jkunx hemm bżonn salvagwardji addizzjonali fil-livell tal-bejgħ min-naħa tal-operatur.

(54)

Din ir-restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz għall-konsumatur, ma tkunx b’saħħitha biżżejjed biex wieħed jikkonkludi li s-suq rilevanti min-naħa tal-operatur hu kompetittiv b’mod effettiv u għalhekk li l-ebda operatur m’għandu SMP. Iżda din ir-restrizzjoni fil-prezz għall-konsumatur għandha tippreveni li l-operatur li għandu SMP fil-livell tal-bejgħ min-naħa tal-operatur milli jfassal prezzijiet eċċessivi għall-konsumatur.

(55)

In-nonimpożizzjoni jew it-tneħħija tal-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur għan-netwerks tal-NGA skont il-punti 48 u 49 huma mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu biex jiġu indirizzati l-marġnijiet mhux biżżejjed li joħorġu mit-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika kif inhu stipulat f’din ir-Rakkomandazzjoni għall-finijiet biex tiġi salvagwardjata l-kompetizzjoni meta r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet min-naħa tal-operatur m’għandhiex tiġi imposta fuq l-operatur SMP.

(56)

Jekk il-prodott li joffri l-operatur SMP fin-netwerk tal-aċċess storiku ma jkunx jista’ jeżerċita restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz għall-konsumatur fuq il-prodott tal-NGA (pereżempju fil-każ ta’ diżattivazzjoni tar-ram), fil-prinċipju dan ikun jista’ jinbidel bi prodott ibbażat fuq NGA maħdum apposta biex ikollu l-istess l-karatteristiċi tal-prodott. Madankollu, mhux maħsub li din l-ankra bbażata fuq NGA se jkun hemm bżonnha fil-futur qarib jew qabel l-2020.

(57)

Il-proċess għall-implimentazzjoni tal-EoI għandha tistabbilixxih l-NRA wara li tkun ikkonsultat mal-operatur SMP u l-partijiet interessati. Pjan direzzjonali fid-dettall li jistabbilixxi l-miri ewlenin meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa tal-EoI għall-prodotti tal-aċċess rilevanti għandhom ikunu parti mill-miżura adottata.

(58)

Il-benefiċċju ta’ impenn sod għal implimentazzjoni f’waqtha ta’ miżuri tan-nondiskriminazzjoni għandu jipprovdi salvagwardji biżżejjed biex il-flessibbiltà fl-ipprezzar tkun tista’ ssir qabel l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan direzzjonali, u jaf ikollha effett pożittiv immedjat fuq l-inċentivi tal-investiment. Min-naħa l-oħra, hemm bżonn ftit diskrezzjoni għall-NRAs dwar l-għażla taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-flessibbiltà fl-ipprezzar ħalli tkun protetta l-kompetizzjoni, b’mod partikolari biex ikun evitat ir-riskju li jitfixklu l-ftehimiet eżistenti tal-aċċess.

(59)

Jekk l-operatur SMP regolat ma jżomm kelmtu fejn jidħlu l-impenji tiegħu fil-pjan direzzjonali, dan iwassal għal konsegwenzi b’effett ta’ deterrent. B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ konformità ma’ waħda jew għadd ta’ passi importanti tal-pjan direzzjonali għandu jwassal għal treġġigħ lura tas-suppożizzjoni li l-EoI tkun ġiet imposta, kif jissemma fil-punt 51 ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Minħabba f’hekk, il-kundizzjonijiet tan-nondiskriminazzjoni biex ma jiġux imposti jew jinżammu prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur għan-netwerks tal-NGA, ma jibqgħux jiġu ssodisfati u għandhom iwasslu għall-impożizzjoni mill-ġdid ta’ prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur jew għall-NRA biex tuża s-setgħat tagħha li timponi penali skont il-Qafas Regolatorju.

(60)

Sabiex il-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur ikunu jistgħu jiġu imposti meta ma jkunx hemm konformità mal-obbligu tan-nondiskriminazzjoni kif stabbilit fil-punt 54 mingħajr il-bżonn li l-NRAs jerġgħu jagħmlu analiżi ġdida tas-suq, dawn il-konsegwenzi possibbli għandhom ikunu parti mill-miżura notifikata fil-bidu filwaqt li d-dejta kummerċjali li fuqha l-NRA ibbażat l-ewwel analiżi tas-suq ma tkunx tbiddlet b’mod sinifikanti. Li jkunx hemm ir-rekwiżit biex issir analiżi ġdida tas-suq huwa mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi notifikata kull emenda fir-rimedji skont il-proċedura tal-Artikolu 7.

(61)

Biex ikun stabbilit jekk min ifittex aċċess alternattiv ikunx jista’ jirreplika ekonomikament offerta downstream li jipprovdi l-operatur SMP bl-input regolat disponibbli min-naħa tal-operatur, meta r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet min-naħa tal-operatur m’għandhiex tiġi imposta, l-NRA għandha tagħmel test tar-replikabbiltà ekonomika.

(62)

Minħabba l-inċertezzi fejn tidħol id-domanda attwali għal servizzi għall-konsumatur ibbażati fuq NGA, l-operaturi SMP li l-inputs min-naħa tal-operatur tal-NGA tagħhom ma jkunux soġġetti għal prezzijiet tal-aċċess regolati, jistgħu jużaw strateġiji għall-penetrazzjoni tal-ipprezzar ħalli tiżdied id-domanda tal-konsumatur għal dawn is-servizzi għall-konsumatur ibbażati fuq NGA. It-test tar-replikabbiltà ekonomika għandu l-għan li, mal-bqija tas-salvagwardji kompetittivi li ddaħħlu bħall-EoI, it-test tar-replikabbiltà teknika, u restrizzjoni dimostrabbli tal-prezz għall-konsumatur li tkun ġejja minn ankra tar-ram jew infrastrutturi alternattivi, jiżgura li l-operaturi SMP ma jabbużawx din il-flessibbiltà fl-ipprezzar ħalli jeskludu kompetituri (potenzjali) mis-suq. Il-gwida mogħtija fl-Anness II hi limitata għall-applikazzjoni tal-punt 56.

(63)

Dan it-test se jkun mingħajr preġudizzju għat-testijiet ex post tal-pressjoni fuq il-marġni li huma applikati skont il-liġi tal-kompetizzjoni mill-Kummissjoni u/jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-kompetizzjoni. Barra minn hekk, l-NRAs jistgħu japplikaw ukoll testijiet ex ante tal-pressjonijiet fuq il-marġni għal inputs regolati min-naħa tal-operatur ħalli jkun żgurat li l-ipprezzar tal-aċċess min-naħa tal-operatur ta’ prodotti tal-aċċess ibbażati fuq ir-ram ma jxekklux il-kompetizzjoni fil-livell tal-bejgħ lill-konsumatur jew biex ikun żgurat spazju ekonomiku adegwat bejn l-inputs differenti tal-aċċess għar-ram. Madankollu, l-istrateġiji għall-penetrazzjoni tal-ipprezzar ma għandhomx jitqiesu għal inputs storiċi bbażati fuq ir-ram minħabba l-maturità tas-suq u l-orjentament lejn il-kostijiet ġeneralment applikabbli għall-inputs min-naħa tal-operatur ibbażati fuq ir-ram.

(64)

L-NRAs għandhom jiżguraw li l-marġni bejn il-prezz tal-operatur SMP għall-konsumatur u l-prezz ta’ input tal-NGA min-naħa tal-operatur ikopri il-kostijiet downstream inkrementali u persentaġġ raġonevoli tal-kostijiet komuni. Meta r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet min-naħa tal-operatur għall-inputs min-naħa tal-operatur tal-NGA m’għandhiex tiġi imposta fuq l-operatur SMP f’każ li s-salvagwardji addizzjonali jiġu implimentati skont din ir-Rakkomandazzjoni, in-nuqqas ta’ replikabbiltà ekonomika jista’ jidher jekk jintwera li l-fergħa tad-downstream għall-konsumatur tal-operatur SMP nnifsu ma tkunx tista’ tinnegozja bi qligħ abbażi tal-prezz upstream li l-fergħa operattiva upstream tal-operatur SMP titlob lill-kompetituri tiegħu (it-testijiet tal-EEO (operatur effiċjenti bl-istess mod)). Bl-istandard tal-EEO, l-NRAs ikunu jistgħu jappoġġaw l-investimenti tal-operaturi SMP f’netwerks tal-NGA u jagħtu inċentivi għall-innovazzjoni fis-servizzi bbażati fuq l-NGA.

(65)

Meta jkunu japplikaw ċirkostanzi speċifiċi tas-suq, bħal meta d-dħul fis-suq jew it-twessigħ tiegħu ikunu ġew frustrati fil-passat, l-NRAs jistgħu jaġġustaw għall-iskala lill-kostijiet tal-operatur SMP, sabiex jiżguraw li r-replikabbiltà ekonomika tkun prospett realistiku. F’dawn il-każijiet, l-iskala raġonevolment effiċjenti li tidentifika l-NRA m’għandhiex tmur lil hinn minn dik ta’ struttura tas-suq b’għadd biżżejjed ta’ operaturi li jikkwalifikaw, ħalli tkun żgurata kompetizzjoni effettiva.

(66)

L-NRA għandha tistabbilixxi l-proċedura u l-parametri li se tħaddem meta tkunu qed tagħmel it-testijiet ex ante tar-replikabbiltà ekonomika, u tippubblikahom bil-quddiem fil-miżura tagħha li tiġi adottata wara analiżi tas-suq. L-NRA tista’ tagħmel it-test qabel titnieda offerta ġdida għall-konsumatur mingħand l-operatur SMP, eż: jekk l-NRA ikun jidhrilha li jixraq tallinja ż-żmien għat-test tar-replikabbiltà ekonomika mat-test għar-replikabbiltà teknika anke jekk dan isir qabel it-tnedija. L-NRA ma għandhiex tagħmel it-test għal kull offerta ġdida għall-konsumatur iżda fejn jidħlu l-prodotti ewlenin biss li trid tidentifika l-NRA. NRA tista’ tagħmel it-test fuq inizjattiva tagħha stess, pereżempju fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni ta’ miżura li tippermetti flessibbiltà fl-ipprezzar fin-netwerks tal-NGA, b’mod partikolari meta fil-passat il-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur ikunu ġew imposti, jew biex iwieġbu għall-bidliet fl-istruttura tas-suq, pereżempju minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi.

(67)

It-test tar-replikabbiltà ekonomika li stabbilixxiet l-NRA bil-quddiem għandu jkun dettaljat kif xieraq u għall-inqas għandu jkun fih sett ta’ parametri rilevanti sabiex ikunu żgurati l-prevedibbiltà u t-trasparenza meħtieġa għall-operaturi. L-NRAs għandhom japplikaw mudell tal-LRIC + filwaqt li jqisu l-kostijiet downstream awditjati tal-operatur SMP u jivvalutaw il-marġni kemm qala’ bejn l-aktar prodotti rilevanti għall-konsumatur inklużi s-servizzi broadband (il-prodotti ewlenin) u l-input regolati tal-aċċess għall-NGA l-aktar użat jew identifikat, skont approċċ li jħares ‘il quddiem, bħala l-aktar rilevanti biex iwassal dawn il-prodotti għall-konsumatur għall-perjodu tar-reviżjoni tas-suq inkwistjoni. Id-disinn tat-test, li japplika għall-kostijiet downstream awditjati tal-operatur SMP u għal prodotti ewlenin biss, għandu l-għan li jiżgura li l-investimenti tal-NGA u l-effett tal-flessibbiltà fl-ipprezzar rakkomandata ma jixxekklux minn din is-salvagwardja. Sabiex ma ikun eskluż is-sussidjar trasversali bejn prodotti differenti f’pakketti jew ta’ portafoll, l-NRAs għandhom jagħmlu biss test ta’ livell wieħed, jiġifieri bejn is-servizzi għall-konsumatur u l-iktar input tal-aċċess tal-NGA rilevanti għal min ifittex aċċess (pereżempju, aċċess fibra fil-kaxxetta, unbundling virtwali). Madankollu, maż-żmien jista’ jkun li input tal-aċċess tal-NGA ġdid issir aktar prominenti (pereżempju diżassoċjar tal-fibra fl-ODF) u għalhekk it-test tar-replikabbiltà ekonomika għandu jsir b’referenza għal dan l-input il-ġdid minflok għall-input l-aktar użat qabel. Jekk iċ-ċirkostanzi kompetittivi nazzjonali juru differenza bejn żoni ġeografiċi mil-lat tal-input tal-aċċess tal-NGA użat (pereżempju fiż-żoni rurali u fiż-żoni densament popolati), l-NRAs għandhom ivarjaw it-test ibbażat fuq l-input speċifiċi identifikati bħala dawk l-aktar rilevanti.

(68)

L-NRAs jaf ma jkunux jistgħu jsibu dawn ir-restrizzjonijiet kompetittivi msemmija hawn fuq fil-firxa kollha tas-suq definit. Meta l-NRAs ma jkunux jistgħu jikkonkludu li l-kundizzjonijiet kompetittivi differenti huma stabbli maż-żmien u tali li jistgħu jiġġustifikaw id-definizzjoni ta’ swieq subnazzjonali, l-NRAs għandhom iqisu li jwieġbu għall-kundizzjonijiet kompetittivi diverġenti billi japplikaw għadd ta’ rimedji differenzjati, jiġifieri billi jneħħu r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet min-naħa tal-operatur għal dawk iż-żoni biss, fejn is-salvagwardji meħtieġa tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jiġu stabbiliti. Meta l-NRA ikun jidhrilha li l-kundizzjonijiet kompetittivi u regolatorji huma tali li l-operatur SMP ikun ristrett biżżejjed fl-iffissar tal-prezzijiet tiegħu, l-NRA, bl-applikazzjoni tal-Qafas Regolatorju, tista’ tieqaf milli timponi regolazzjoni tal-prezz. L-implimentazzjoni tas-separazzjoni funzjonali jew volontarja f’konformità mal-Artikoli 13a jew 13b tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess) rispettivament, għandha titqies b’mod xieraq fil-valutazzjoni tal-adegwatezza li ma tiġix imposta regolazzjoni tal-prezz fuq netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss.

(69)

Il-BEREC u l-Kummissjoni qablu li l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni se tiġi segwita mill-qrib f’netwerk dedikat ta’ esperti bejn il-Kummissjoni u l-BEREC biex l-impatti prattiċi tar-Rakkomandazzjoni isirilhom monitoraġġ, l-aktar l-impatt fuq l-investiment, il-kompetizzjoni u l-prezzijiet min-naħa tal-konsumatur, u skont il-bżonn jagħti gwida lill-NRAs. Dan għandu jgħin biex jiġu indirizzati f’waqthom u b’mod koperattiv, xi konsegwenzi mhux maħsuba. Dan in-netwerk dedikat ta’ esperti se jgawdi mill-input li jagħtu l-NRAs fejn tidħol l-informazzjoni aġġornata dwar l-investiment tal-operaturi u l-pjanijiet tat-tifrix tal-NGA kif inhu previst fil-punt 55.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

GĦAN U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet regolatorji sabiex tiġi promossa kompetizzjoni effettiva, issaħħaħ is-suq uniku għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, u tħeġġeġ l-investimenti fin-netwerks tal-NGA (tal-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss). Din tgħin, b’mod teknoloġikament newtrali, għall-għanijiet ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020 li jiżdiedu t-tkabbir u l-impjiegi, titqajjem l-innovazzjoni u fl-aħħar mill-aħħar għal servizzi diġitali aktar effiċjenti lill-utenti finali fl-Unjoni u biex tiżdied l-inklużjoni diġitali. Din għandha l-għan ukoll li żżid iċ-ċertezza legali u l-previdibilità regolatorja fid-dawl tal-orizzonti fit-tul tal-investiment fin-netwerks tal-NGA.

2.

Meta, waqt il-proċeduri ta’ analiżi tas-suq li jsiru skont l-Artikolu 15 u l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2002/21/KE, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs) isibu li suq imsemmi fil-punt 5 hawn taħt ma jkunx effettivament kompetittiv u jidentifikaw impriżi li individwalment jew b’mod konġunt għandhom saħħa sinifikanti fis-suq (SMP) fuq dak is-suq (bħala operatur(i) SMP), dawn għandhom jimponu, meta xieraq, l-obbligi tan-nondiskriminazzjoni fejn jidħlu l-interkonnessjoni u/jew l-aċċess, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE u l-kontroll tal-prezzijiet u l-kontabbilità tal-kost, b’mod partikolari l-orjentament lejn il-kost, skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE.

3.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha x’taqsam mal-applikazzjoni ta’ dawk l-obbligi u tistabbilixxi approċċ komuni għall-promozzjoni tal-implimentazzjoni konsistenti u effettiva tagħhom fejn jidħlu n-netwerks storiċi u tal-NGA meta dawn jippermettu l-forniment tas-servizzi tal-broadband.

4.

Din ir-Rakkomandazzjoni tagħti aktar gwida dwar il-prinċipji regolatorji stabbiliti bir-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li skonthom għandha jew ma għandhiex tiġi applikata r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-aċċess min-naħa tal-operatur.

5.

Il-prinċipji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni japplikaw għas-suq għall-aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk min-naħa tal-operatur (suq 4) u l-aċċess għall-broadband min-naħa tal-operatur (suq 5) imsemmijin fir-Rakkomandazzjoni 2007/879/KE jew xi swieq suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante li jidentifikaw l-NRAs waqt analiżi tas-suq li jieħdu posthom u jkopru l-istess saffi tan-netwerk. Din fost l-oħra tinkludi (i) l-aċċess għall-infrastruttura tal-inġinerija ċivili, (ii) aċċess diżassoċjat għal-loops tar-ram u l-fibra, (iii) aċċess diżassoċjat għas-subloop tar-ram, (iv) aċċess mhux fiżiku jew virtwali għan-netwerk, u (v) aċċess għall-broadband min-naħa tal-operatur (servizzi bitstream) fin-netwerks tar-ram u tal-fibra (li fost l-oħrajn jinkludu l-ADSL, l-ADSL2+, il-VDSL u l-Eternet).

DEFINIZZJONIJIET

6.

Għall-fini ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fid-Direttivi 2002/21/KE, u 2002/19/KE u fir-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Approċċ tal-immudellar minn isfel għal fuq” tfisser approċċ li jiżviluppa mudell tal-kost li jibda mid-domanda mistennija fejn jidħlu l-abbonati u t-traffiku. Dan imbagħad jimmudella n-netwerk effiċjenti meħtieġ biex iwieġeb id-domanda mistennija, u jivvaluta il-kostijiet relatati skont mudell teoretiku ta’ inġinerija tan-netwerk, għall-fini tal-kalkolu tal-kost abbażi ta’ netwerk effiċjenti li juża l-aktar teknoloġija avvanzata mħaddma f’netwerks ta’ skala kbir.

(b)

“Kostijiet komuni” tfisser il-kostijiet kondiviżi għal prodotti jew servizzi li huma prodotti b’mod konġunt u li ma jistgħux jiġu attribwiti għal xi prodott jew servizz waħdieni.

(c)

“Ankra tar-ram” tfisser prodott tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur orjentat lejn il-kost li jillimita l-prezzijiet tal-NGA b’tali mod li s-servizzi tal-NGA jiġu pprezzati skont ir-rieda tal-konsumaturi biex iħallsu għall-kapaċità addizzjonali u l-funzjonalitajiet li jistgħu jipprovdi prodott għall-konsumatur ibbażat fuq NGA meta mqabbel ma’ prodott għall-konsumatur ibbażat fuq ir-ram.

(d)

“Kostijiet attwali” tfisser il-kostijiet li ġejjin mill-valutazzjoni ta ‘assi skont il-kost tas-sostituzzjoni tiegħu, jiġifieri il-kost biex dan jinbidel b’assi bħalu jew b’assi ieħor bl-istess karatteristiċi ta’ rendiment, li jippermetti għat-tkagħbir bl-użu u aġġustamenti għall-effiċjenza.

(e)

“Metodi ta’ deprezzament” tfisser il-metodi biex jiġi allokat il-valur ta’ assi fuq ħajjet l-assi, u għalhekk dawn jinfluwenzaw il-profil tal-qligħ permissibbli għal sid l-assi f’xi perjodu partikolari.

(f)

“Kostijiet downstream” tfisser il-kostijiet tal-operazzjonijiet tal-bejgħ lill-konsumatur, inklużi l-kummerċjalizzazzjoni, il-klijenti ġodda, il-kontijiet, u kostijiet oħra tan-netwerk, li jintefqu flimkien ma’ dawk il-kostijiet tan-netwerk li diġà huma inklużi fis-servizz tal-aċċess min-naħa tal-operatur.

(g)

“Ekwivalenza tal-Inputs (EoI)” tfisser il-forniment ta’ servizzi u informazzjoni lil dawk interni u partijiet terzi li jfittxu aċċess bl-istess termini u kundizzjonijiet, inkluż il-prezz u l-kwalità tal-livelli ta’ servizz, fl-istess perjodi taż-żmien biex dan isir u bl-istess sistemi u proċessi, u bl-istess grad ta’ affidabbiltà u rendiment. L-EoI kif inhi ddefinita hawn tista’ tapplika għall-prodotti tal-aċċess, servizzi assoċjati u anċillari li huma meħtieġa biex jipprovdu “inputs min-naħa tal-operatur” lil min ifittex aċċess intern u partijiet terzi li jfittxu aċċess.

(h)

“Ekwivalenza tal-Produzzjoni (EoO)” tfisser il-forniment ta’ inputs min-naħa tal-operatur lil min ifittex aċċess b’mod komparabbli fejn jidħlu l-funzjonalità u l-prezz, għal dawk li jipprovdi l-operatur SMP internament lin-negozji downstream tiegħu stess għalkemm potenzjalment b’sistemi u proċessi differenti.

(i)

“Kostijiet Inkrementali” huma kostijiet direttament assoċjati mal-produzzjoni ta’ inkrement kummerċjali, jiġifieri il-kost addizzjonali biex jingħata servizz minbarra s-sitwazzjoni meta s-servizz ma ngħatax, bis-suppożizzjoni li kull attività oħra tal-produzzjoni ma tinbidilx.

(j)

“Indikaturi Ewlenin tar-Rendiment (KPIs)” huma indikaturi li jkejlu l-livell tar-rendiment fil-forniment tas-servizzi rilevanti min-naħa tal-operatur.

(k)

“Kostijiet Inkrementali fit-Tul (LRIC)” tfisser il-kostijiet inkrementali li jikkorrispondu għal limitu taż-żmien meta l-fatturi kollha tal-produzzjoni, inkluż it-tagħmir kapitali, jkunu varjabbli, b’reazzjoni għall-bidliet fid-domanda minħabba bidliet fil-volum jew fl-istruttura tal-produzzjoni. Għalhekk l-investimenti kollha jitqiesu kostijiet varjabbli.

(l)

“Mark-up” tfisser żieda li ssir fil-kost inkrementali ta’ servizz speċifiku ħalli jiġu allokati u rkuprati l-kostijiet komuni b’allokazzjoni għas-servizzi kollha li għalihom dawk il-kostijiet komuni huma rilevanti.

(m)

“Offerta ġdida tal-bejgħ lill-konsumatur” tfisser kull offerta ġdida ta’ servizzi lill-konsumatur li jagħti operatur SMP bbażata fuq “inputs min-naħa tal-operatur” regolati li diġà jeżistu jew ġodda.

(n)

“Saff min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA” tfisser saff tan-netwerk li fih jingħata aċċess lil min ifittex aċċess għal netwerk ibbażat fuq NGA u meta jkunu jistgħu jingħataw bosta “inputs min-naħa tal-operatur”. Il-prodotti għall-aċċess min-naħa tal-operatur offruti f’dan is-saff tan-netwerk jistgħu jkunu inputs attivi, bħal pereżempju bitstream fuq il-fibra; inputs passivi bħal pereżempju diżassoċjar tal-fibra fl-ODF, fil-kaxxetta, jew fil-punt tal-konċentrazzjoni; jew inputs min-naħa tal-operatur li mhumiex fiżiċi jew virtwali li joffru l-funzjonalitajiet ekwivalenti tal-inputs passivi.

(o)

“Assi mhux riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili” huma dawk l-assi storiċi tal-inġinerija ċivili li jintużaw għan-netwerk tar-ram iżda li ma jistgħux jerġgħu jintużaw biex jilqgħu netwerk tal-NGA.

(p)

“Valur tal-kontabbiltà regolatorja” huwa l-valur ta’ assi kif irreġistrat fil-kontijiet regolatorji vverifikati ta’ impriża li tqis l-utilizzazzjoni proprja u l-ħajja tal-assi, li tipikament ma jkunx aktar minn dawk irreġistrati fil-kontijiet statutorji u li jkunu konformi mal-ħajja teknika.

(q)

“Bażi Regolatorja tal-Assi (RAB)” tfisser il-valur totali tal-kapital tal-assi użati biex jiġu kkalkulati l-kostijiet tas-servizzi regolati.

(r)

“Assi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili” huma dawk l-assi storiċi tal-inġinerija ċivili li jintużaw għan-netwerk tar-ram iżda li jistgħu jerġgħu jintużaw biex jilqgħu netwerk tal-NGA.

(s)

“Ftehimiet fil-Livell ta’ Servizz (SLAs)” tfisser ftehimiet kummerċjali li skonthom l-operatur SMP hu obbligat jagħti aċċess għal servizzi min-naħa tal-operatur b’livell speċifiku tal-kwalità.

(t)

“Garanziji fil-Livell ta’ Servizz (SLGs)” jiffurmaw parti integrali tal-SLAs u jispeċifikaw il-livell ta’ kumpens li jrid iħallas l-operatur SMP jekk dan jagħti tas-servizzi min-naħa tal-operatur ta’ kwalità inferjuri minn dik speċifikata fl-SLA.

(u)

“Inputs min-naħa tal-operatur” tfisser prodott tal-aċċess meħtieġ għal min ifittex aċċess biex lill-utenti finali jagħtuhom servizz broadband fis-suq għall-konsumatur u li kun fih prodott attiv jew passiv jew prodott tal-aċċess virtwali li joffri l-funzjonalitajiet ekwivalenti ta’ prodott tal-aċċess passiv. Inputs min-naħa tal-operatur jistgħu jingħataw fuq infrastrutturi storiċi tan-netwerk tar-ram jew infrastrutturi bbażati fuq NGA.

APPLIKAZZJONI TA’ OBBLIGU TAN-NONDISKRIMINAZZJONI

Tiġi żgurata ekwivalenza tal-aċċess

7.

L-aktar mod żgur biex tinkiseb nondiskriminazzjoni effettiva hu bl-applikazzjoni tal-ekwivalenza tal-input (EoI) li tiżgura ambjent ekwu bejn in-negozji downstream tal-operatur SMP, pereżempju l-fergħa tiegħu għall-konsumatur, u partijiet terzi li jfittxu aċċess, u tippromwovi l-kompetizzjoni. Meta l-NRAs jidhrilhom li l-impożizzjoni ta’ obbligu tan-nondiskriminazzjoni fuq l-operaturi SMP skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE jkun xieraq, proporzjonat u ġustifikat skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2002/21/KE u l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE, dawn għandhom jeżaminaw jekk ikunx proporzjonat li jeżiġu li l-operaturi SMP jagħtu inputs rilevanti min-naħa tal-operatur abbażi ta’ EoI. Waqt dan isir, l-NRAs iridu jqisu fost l-oħrajn li l-kostijiet tal-konformità, pereżempju minħabba d-disinn mill-ġdid tas-sistemi eżistenti, jisbquhom il-benefiċċji previsti mill-kompetizzjoni. Waqt li dan isir, l-NRAs fil-valutazzjoni tal-propozjonalità għandhom iqisu fost l-oħrajn, il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin: (i) il-kostijiet inkrementali tal-konformità mal-EoI x’aktarx se jkunu baxxi meta jkunu qed jiġu ddisinjati sistemi ġodda, (ii) in-nonimpożizzjoni potenzjalment relatata tal-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur għan-netwerks tal-NGA kif rakkomandat fil-punti 48 u 49, (iii) l-effett potenzjalment pożittiv li jista’ jkollha l-applikazzjoni tal-EoI fuq l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni, (iv) kull impenn volontarju tal-operatur SMP biex jagħti inputs min-naħa tal-operatur lil min ifittex aċċess abbażi ta’ EoI, sakemm din l-offerta volontarja tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni u (v) l-għadd u d-daqs tal-operatur(i) SMP.

8.

Meta proporzjonata, l-EoI għandha tiġi applikata fl-aktar livell(i) xieraq fil-katina tal-valur għal dawk l-inputs min-naħa tal-operatur, li l-operatur SMP jagħti lin-negozji downstream tiegħu stess, pereżempju lill-fergħa tiegħu għall-konsumatur, sakemm ikun jista’ jintwera lill-NRA, wara li ntalbu l-opinjonijiet tal-partijiet terzi li jfittxu aċċess, mhemmx domanda raġonevoli għall-input min-naħa tal-operatur inkwistjoni.

9.

Meta l-EoI tkun sproporzjonata, l-NRAs għandhom jiżguraw li l-operatur SMP jagħti l-inputs min-naħa tal-operatur lil min ifittex aċċess, abbażi ta’ ekwivalenza tal-produzzjoni (EoO).

10.

L-NRAs għandhom jiżguraw li meta jiġi impost obbligu tan-nondiskriminazzjoni, min ifittex aċċess ikun jista’ juża s-sistemi u l-proċessi rilevanti bl-istess mod bħal-fergħa downstream għall-konsumatur tal-operaturi SMP stess, bl-istess livell ta’ affidabbiltà u rendiment.

Tkun żgurata r-replikabbiltà teknika tal-offerti l-ġodda lill-konsumatur tal-operatur SMP

11.

L-NRAs għandhom jeżiġu li l-operaturi SMP, soġġetti għal obbligu tan-nondiskriminazzjoni, jagħtu lil min ifittex aċċess, inputs regolati min-naħa tal-operatur, li bihom min qed ifittex aċċess ikun jista’ jirreplika teknikament b’mod effettiv l-offerti ġodda lill-konsumatur tal-fergħa downstream għall-konsumatur tal-operatur SMP, b’mod partikolari meta l-EoI ma tkunx ġiet implimentata kollha.

12.

Għal dan il-għan u sabiex ikun garantit ambjent ekwu bejn il-fergħa downstream għall-konsumatur tal-operatur SMP u l-partijiet terzi li jfittxu aċċess, l-NRAs għandhom jiżguraw li dawk interni u partijiet terzi li jfittxu aċċess ikollhom aċċess għall-istess informazzjoni teknika u kummerċjali dwar l-input regolat rilevanti min-naħa tal-operatur, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali. L-informazzjoni rilevanti tinkludi informazzjoni dwar inputs regolati ġodda min-naħa tal-operatur jew dwar bidliet f’inputs regolati min-naħa tal-operatur li diġà jeżistu, li trid tingħata fi żmien definit skont il-każ.

13.

Waqt il-valutazzjoni tar-replikabbiltà teknika tal-offerta l-ġdida lill-konsumatur tal-operatur SMP, l-NRA għandha tqis: (i) jekk l-input(s) korrispondenti min-naħa tal-operatur għall-ordni, it-twassil u t-tiswija meħtieġa għal operatur effiċjenti biex jiżviluppa jew jadatta s-sistemi u l-proċessi tiegħu stess ħalli joffri servizzi ġodda kompetittivi għall-konsumatur, ikunu disponibbli fi żmien raġonevoli qabel l-operatur SMP jew il-fergħa downstream tiegħu għall-konsumatur tniedi s-servizz korrispondenti tagħha stess għall-konsumatur, filwaqt li tqis il-fatturi stabbiliti fl-Anness I, u (ii) id-disponibbilità ta’ SLAs u KPIs korrispondenti.

14.

It-test meħtieġ tar-replikabbiltà teknika jista’ jagħmlu l-operatur SMP jew l-NRA.

15.

Jekk l-operatur SMP jagħmel it-test tar-replikabbiltà teknika hu stess, l-NRA għandha teżiġi li l-operatur SMP jagħtiha r-riżultati tat-test inkluża kull informazzjoni meħtieġa biex jintwera li r-replikabbiltà teknika hi żgurata b’mod sħiħ, b’avviż biżżejjed biex l-NRA tkun tista’ tivvalida r-riżultati tat-test u biex min qed ifittex aċċess ikun jista’ jirreplika l-offerta rilevanti għall-konsumatur skont il-parametri speċifikati fl-Anness I.

16.

Inkella, jekk l-NRA tagħmel it-test tar-replikabbiltà teknika, din għandha teżiġi li l-operatur SMP jinnotika lill-NRA, id-dettalji tal-offerti l-ġodda għall-konsumatur, li jkunu jikkunsmaw input regolat rilevanti min-naħa tal-operatur, kif ukoll kull informazzjoni li l-NRA għandha bżonn tivvaluta r-replikabbiltà, b’avviż biżżejjed qabel it-tnedija ta’ dawn l-offerti lill-konsumatur. Avviż bħal dan għandu jkun biżżejjed għall-NRA biex tkun tista’ tagħmel it-test tar-replikabbiltà teknika u għal min ifittex aċċess biex jirreplika l-offerta rilevanti għall-konsumatur skont il-parametri speċifikati fl-Anness I.

17.

Meta l-NRA jidhrilha li r-replikabbiltà teknika tal-offerta l-ġdida lill-konsumatur mhix żgurata, din għandha teżiġi li l-operatur SMP jemenda l-input(s) regolati rilevanti min-naħa tal-operatur b’tali mod li jiżgura r-replikabbiltà teknika.

18.

Meta l-NRA jidhrilha li offerta għall-konsumatur, li mhix teknikament replikabbli, tagħmel ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni, din għandha teżiġi, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li l-operatur SMP iwaqqaf jew idewwem il-forniment tal-offerta rilevanti għall-konsumatur sakemm issir konformità mar-rekwiżit tar-replikabbiltà teknika.

MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ TAL-OBBLIGI TAN-NONDISKRIMINAZZJONI

L-Indikaturi Ewlenin tar-Rendiment

19.

Meta jiġi impost obbligi tan-nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE, l-NRAs għandhom jimponu li l-operatur SMP juża l-indikaturi ewlenin tar-rendiment (KPIs) għal monitoraġġ effettiv tal-konformità mal-obbligu tan-nondiskriminazzjoni.

20.

Il-KPIs għandhom ikejlu r-rendiment mill-inqas fir-rigward tal-elementi ewlenin li ġejjin fil-forniment tas-servizzi regolati min-naħa tal-operatur:

(a)

Il-proċess tal-ordni;

(b)

Il-forniment tas-servizz;

(c)

Il-kwalità tas-servizz, inklużi l-ħsarat;

(d)

Il-ħin għat-tiswija tal-ħsara; u

(e)

Il-migrazzjoni bejn inputs regolati differenti min-naħa tal-operatur (ħlief il-migrazzjonijiet il-kbar ta’ darba).

21.

L-NRAs għandhom jimponu KPIs għal kull element ewlieni msemmi hawn fuq fil-forniment tas-servizzi regolati min-naħa tal-operatur. Il-KPIs għandhom jippermettu li jitqabblu s-servizzi mogħtija internament lill-fergħa downstream għall-konsumatur tal-operatur SMP u dawk mogħtija esternament lil partijiet terzi li jfittxu aċċess.

22.

Id-dettalji speċifiċi tal-KPIs imposti mill-NRA skont il-punt 21 jistgħu jinqablu bejn l-operatur SMP u partijiet terzi li jfittxu aċċess u għandhom jiġu aġġornati sikwit kif ikun meħtieġ.

23.

Filwaqt li timponi l-KPIs, l-NRA għandha tqis il-miżuri tar-rendiment li diġà jeżistu anki meta jintużaw biss għal finijiet interni tal-operatur SMP.

24.

Sabiex ikun żgurat li mġiba potenzjalment diskriminatorja tinqabad minn kmieni u li jkun hemm trasparenza fejn jidħol il-forniment tas-servizzi regolati min-naħa tal-operatur, l-NRAs għandhom jiżguraw li KPIs jiġu ppubblikati, mill-inqas kull tliet xhur, f’forma xierqa fil-websajt tal-NRAs jew fil-websajt ta’ parti terza indipendenti li taħtarha l-NRA.

25.

L-NRAs għandhom jiżguraw li l-KPIs jiġu awditjati sikwit mill-NRA jew, inkella minn awditur indipendenti.

26.

Meta r-riżultati tal-KPIs juru li l-operatur SMP ma jkunux jista’ jikkonforma mal-obbligu tiegħu tan-nondiskriminazzjoni, l-NRA għandha tintervjeni billi tinvestiga l-kwistjoni f’aktar dettall, u meta jkun hemm bżonn, tinfurza konformità. Id-deċiżjoni tagħhom li tirrimedja nuqqas ta’ konformità, l-NRAs għandhom jippubblikawha, pereżempju fuq il-websajt tagħhom.

Ftehimiet fil-Livell ta’ Servizz u Garanziji fil-Livell ta’ Servizz

27.

L-NRAs għandhom jeżiġu li l-operatur SMP jimplimenta l-SLAs korrispondenti flimkien mal-KPIs.

28.

L-NRAs għandhom jeżiġu li l-operatur SMP jipprovdi l-SLGs korrispondenti meta jinkisru l-SLAs.

29.

L-NRAs għandhom jiżguraw li fil-prinċipju jkunu saru l-ħlasijiet tal-SLG fost l-operaturi mingħajr dewmien żejjed u bi proċess stabbilit minn qabel għall-ħlasijiet u l-kontijiet. Il-livell ta’ dawn il-penali għandu jkun dissważiv biżżejjed li jiżgura li l-operatur SMP jikkonforma mal-obbligi tiegħu ta’ twassil.

IL-METODOLOĠIJA TAL-IKKOSTJAR

Il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar

30.

Għall-finijiet biex jiġu ffissati l-prezzijiet tal-aċċess għar-ram u l-NGA min-naħa tal-operatur, meta l-orjentazzjoni lejn il-kostijiet tiġi imposta bħala rimedju, meta jkun xieraq, proporzjonat u ġustifikat skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2002/21/KE u l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE, l-NRAs għandhom jadottaw il-metodoloġija tal-ikkostjar tal-BU LRIC + li tinkludi approċċ tal-immudellar minn isfel għal fuq li juża l-LRIC bħala mudell tal-kost u biż-żieda ta’ mark-up għall-irkupru tal-kostijiet komuni.

31.

L-NRAs għandhom jadottaw metodoloġija tal-ikkostjar BU LRIC + li tikkalkula l-kost attwali li jġarrab operatur effiċjenti ipotetiku biex jibni netwerk effiċjenti modern, li jkun netwerk tal-NGA. Dan hu mingħajr preġudizzju għal jekk netwerk tal-NGA li jkun hemm fis-suq ġeografiku rilevanti hux soġġett għal obbligu ta’ prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur, li jissemma fil-punt 36 tar-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE u fil-punti 48 u 49 ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

32.

Meta jimmudellaw netwerk tal-NGA, l-NRAs għandhom jiddefinixxu netwerk tal-NGA effiċjenti ipotetiku li jkun kapaċi jilħaq il-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa stabbiliti fejn jidħlu l-medda tal-frekwenzi, il-kopertura u l-użu, li jkun jikkonsisti kollu jew parzjalment minn elementi ottiċi. Meta jimmudellaw netwerk tal-NGA, l-NRAs għandhom jinkludu xi assi eżistenti tal-inġinerija ċivili li ġeneralment ikun jistgħu wkoll jilqgħu fihom ukoll netwerk tal-NGA flimkien mal-assi tal-inġinerija ċivili li jridu jinbnew ġodda biex jilqgħu netwerk tal-NGA. Għalhekk, meta jibnu l-mudell tal-BU LRIC+, l-NRAs m’għandhomx jassumu l-bini ta’ netwerk tal-infrastruttura ċivili għalkollox ġdid biex jifirxu netwerk tal-NGA.

33.

L-NRAs għandhom jivvalutaw l-assi kollha li jikkostitwixxu r-RAB tan-netwerk immudellat abbażi tal-kostijiet ta’ sostituzzjoni, ħlief għall-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili.

34.

L-NRAs għandhom jivvalutaw l-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili u r-RAB korrispondenti tagħhom abbażi tal-metodu tal-indiċjar. B’mod speċifiku, l-NRAs għandhom jiffissaw ir-RAB għal dan it-tip ta’ assi fil-valur nett tal-kontabbiltà regolatorja tad-depprezzar akkumulat meta jsir il-kalkolu, indiċjat b’indiċi tal-prezz xieraq, bħall-indiċi tal-prezz għall-konsumatur. L-NRAs għandhom jeżaminaw il-kontijiet tal-operatur SMP meta jkunu disponibbli ħalli jsibu jekk dawn humiex affidabbli biżżejjed bħala bażi biex jerġa’ jinħoloq il-valur tal-kontabbiltà regolatorja. Inkella dawn għandhom jagħmlu stima abbażi ta’ punt ta’ riferiment tal-aqwa prattiki fi Stati Membri komparabbli. L-NRAs m’għandhomx jinkludu l-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili li huma deprezzati għalkollox u għandhom jintużaw.

35.

Meta jkunu qed japplikaw il-metodu għall-istima tal-assi stabbilit fil-punt 34, L-NRAs għandhom jibblokkaw ir-RAB li tikkorrispondi għall-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili u mbagħad jirriportawha minn perjodu regolatorju għal li jkun imiss.

36.

L-NRAs għandhom jiffissaw kemm se jservu l-assi tal-inġinerija ċivili f’tul li jikkorrispondi għall-perjodu mistenni taż-żmien li matulu l-assi jista’ jintuża u għall-profil tad-domanda. Dan normalment ma tkunx inqas minn 40 sena fil-każ tal-kanali

37.

Fid-dawl tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, l-NRAs għandhom iqisu l-bosta approċċi għall-immudellar tan-netwerk tal-NGA effiċjenti ipotetiku skont it-teknoloġija tal-aċċess u t-topoloġija tan-netwerk li jixirqu l-aktar għaċ-ċirkostanzi nazzjonali. Meta jiddeterminaw il-prezzijiet tal-aċċess ta’ servizzi li huma bbażati għalkollox fuq ir-ram, l-NRAs għandhom jaġġustaw il-kost ikkalkulat għal dan in-netwerk tal-NGA immudellat biex ikun jirrifletti l-karatteristiċi differenti tas-servizzi tal-aċċess min-naħa tal-operatur li huma bbażati għalkollox fuq ir-ram Għal dan l-għan, l-NRAs għandhom jikkalkulaw id-differenza tal-kost bejn prodotti tal-aċċess ibbażat fuq FttC/FttH pereżempju, u prodott tal-aċċess ibbażat għalkollox fuq ir-ram billi jinbidlu l-elementi ottiċi b’elementi tar-ram bi prezz effiċjenti, meta jkun xieraq, fil-mudell tal-inġinerija tal-NGA. Meta jkun xieraq, inkella l-NRAs jistgħu jiksbu l-kost tar-ram billi jimmudellaw netwerk overlay tal-NGA, li fih żewġ netwerks (ram u fibra, FttH jew FttC) sa ċertu punt jaqsmu bejniethom l-istess infrastruttura ċivili.

Skeda tal-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-ikkostjar

38.

L-NRAs għandhom iqisu l-prinċipju tat-trasparenza u l-prevedibbiltà regolatorji il-ħtieġa li tkun żgurata l-istabbiltà mingħajr varjazzjonijiet sinifikanti meta jiffissaw il-prezzijiet tal-aċċess orjentati lejn il-kostijiet, kemm meta jiżviluppaw il-metodoloġija tal-ikkostjar irrakkomandata fil-punti 30 sa 37 (il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar) u meta jimplimentawha ġaladarba tkun ġiet finalizzata jew meta jużaw metodoloġija skont il-punt 40.

39.

L-NRAs għandhom jiżguraw li l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar tiġi implimentata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, ħlief li l-NRAs jikkonformaw mal-punt 40.

40.

Meta jimponu prezzijiet tal-aċċess orjentati lejn il-kostijiet, wara l-31 ta’ Diċembru 2016 l-NRAs jistgħu jibqgħu japplikaw il-metodoloġija tal-ikkostjar li jkunu qed jużaw meta tidħol fis-seħħ din ir-Rakkomandazzjoni, jekk din tkun tilħaq l-għanijiet tal-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar kif jistabbilixxu l-premessi 25 sa 28 u tkun tissodisfa l-kriterji li ġejjin: (i) jekk mhux qed jiġi mmudellat netwerk tal-NGA, din għandha tirrifletti il-qlib gradwali minn netwerk tar-ram għal netwerk tal-NGA; (ii) din għandha tapplika metodu tal-valutazzjoni tal-assi li jqis li ċerti assi tal-infrastruttura ċivili ma jiġux irreplikati fil-proċess kompetittiv; (iii) din għandu jkollha magħha l-miri dokumentati tal-prezzijiet tan-netwerk tar-ram li jkunu juru li mhux se jvarjaw b’mod sinifikanti u allura se jibqgħu stabbli għal żmien twil, u li l-metodoloġija alternattiva tilħaq l-għan tat-trasparenza u l-prevedibbiltà regolatorji kif ukoll il-ħtieġa li tkun żgurata l-istabbiltà fil-prezzijiet; u (iv) din għandha tkun teħtieġ biss modifiki minimi fejn tidħol il-metodoloġija tal-ikkostjar fis-seħħ f’dak l-Istat Membru ħalli jiġu ssodisfati l-ewwel tliet kriterji.

41.

Il-Kummissjoni tantiċipa li, fid-dawl tal-prezzijiet tal-aċċess fl-Istati Membri osservati, u jekk wieħed iżomm f’moħħu l-potenzjal ta’ varjazzjonijiet limitati fil-kostijiet lokali, l-applikazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar, jiġifieri li nibbażaw fuq netwerk effiċjenti modern, li jirrifletti l-bżonn ta’ prezzijiet tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur li jkunu stabbli u prevedibbli matul iż-żmien, u li jindirizza b’mod xieraq u konsistenti l-impatt tat-tnaqqis fil-volumi, u tal-metodoloġiji użati skont il-punt 40, x’aktarx se twassal għal prezzijiet tal-aċċess għar-ram stabbli u għal prezzijiet medji tal-Unjoni tal-aċċess tal-kiri fix-xahar għal-loop lokali tar-ram diżassoċjat li jkunu bejn EUR 8 u EUR 10 (netti mit-taxxi kollha) espressi fi prezzijiet tal-2012 (il-firxa tal-prezzijiet).

42.

Minħabba dan ta’ hawn fuq, f’dawk l-Istati Membri li meta din ir-Rakkomandazzjoni tidħol fis-seħħ, ikollhom il-prezzijiet tal-kiri fix-xahar għal-loop lokali tar-ram diżassoċjat li jkunu jaqgħu fil-faxxa tal-prezzijiet, kif aġġustata skont l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur (annwali) medji tal-Unjoni, l-NRAs jistgħu jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2016 il-metodoloġija tal-ikkostjar li jkunu qed jużaw meta tidħol fis-seħħ din ir-Rakkomandazzjoni. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-NRAs jikkonformaw mal-punt 40 biex jibqgħu japplikaw din il-metodoloġija wara dan il-perjodu. L-NRAs għandhom iżommu f’moħħhom l-għanijiet tat-trasparenza u l-prevedibbiltà regolatorji kif ukoll il-ħtieġa li tkun żgurata l-istabbiltà fil-prezzijiet mingħajr varjazzjonijiet sinifikanti.

43.

Ħlief fil-każijiet li jkopri l-punt 40, f’dawk l-Istati Membri li meta din ir-Rakkomandazzjoni tidħol fis-seħħ, ikollhom prezzijiet tal-kiri fix-xahar għal-loop lokali tar-ram diżassoċjat li ma jkunux jaqgħu fil-faxxa tal-prezzijiet, l-NRAs għandhom jikkalkulaw il-kostijiet u l-prezzijiet tal-aċċess li jirriżultaw abbażi tal-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar mill-aktar fis possibbli u jgħarrfu l-miżura abbozzata korrispondenti skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE f’waqtu sabiex jiżguraw implimnetazzjoni sħiħa tal-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar sal-31 ta’ Diċembru 2016, filwaqt li jżommu f’moħħhom il-ħtieġa potenzjali li jsiru aġġustamenti gradwali fil-prezzijiet, b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri li l-prezzijiet tal-aċċess tagħhom bħalissa mhumiex orjentati lejn il-kost. Iż-żmien meta ssir in-notifika għandu jqis li meta d-differenza bejn ir-rata regolata fis-seħħ meta tidħol fis-seħħ din ir-Rakkomandazzjoni u r-rata li toħroġ meta l-NRA tapplika l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar, tkun sinifikanti, l-NRA għandha timponi prezzijiet tal-aċċess li ftit ftit jiżguraw li r-rata li toħroġ meta l-NRA tapplika l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar tintlaħaq sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, filwaqt li jitqies l-impatt li aġġustamenti f’daqqa fil-prezzijiet jaf iħallu fuq il-kompetizzjoni. Biex jitneħħa d-dubju, l-NRAs m’għandhomx bżonn jimponu prezzijiet tal-aċċess fil-faxxa meta dawn japplikaw il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar jew metodoloġija użata skont il-punt 40.

44.

L-NRAs li beħsiebhom japplikaw il-punt 40 għandhom jinnotifikaw il-miżura abbozzata korrispondenti skont il-proċedura tal-konsultazzjoni fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE mill-aktar fis possibbli u f’waqtha biex il-Kummissjoni tirrevedi l-konformità mal-Qafas Regolatorju u din ir-Rakkomandazzjoni b’mod partikolari, u biex tiżgura implimentazzjoni f’waqtha.

45.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali meta l-NRA, b’mod partikolari minħabba riżorsi limitati, ma tkunx tista’ tiffinalizza l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar sal-31 ta’ Diċembru 2016, din għandha tistabbilixxi prezzijiet tal-aċċess interim abbażi ta’ punt ta’ riferiment li jqis biss medja tar-rati tal-aċċess li stabbilixxew l-NRAs f’pajjiżi komparabbli (f’termini ta’ inputs tal-kost) u f’konformità ma’ din ir-Rakkomandazzjoni. Il-BEREC, inkluż il-gruppi ta’ ħidma tiegħu relatati, id f’id mal-Kummissjoni, għandu jassisti lill-NRA mill-aktar fis possibbli biex timplimenta l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar ħalli tegħleb din il-limitazzjoni tar-riżorsi, b’mod partikolari, il-kost biex timplimenta l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar.

46.

Ġaladarba l-NRAs ikunu ffinalizzaw l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar, dawn għandhom jikkunsidraw li din ma tinbidilx, b’applikazzjoni tal-Artikolu 8(5)(a) tad-Direttiva 2002/21/KE ħalli jippromwovu l-prevedibilità regolatorja billi jiżguraw prezzijiet tal-aċċess stabbli f’mill-anqas żewġ perjodi ta’ reviżjoni xierqa, diment li dawn iżommu obbligu tal-kontroll tal-prezz matul dan il-perjodu.

47.

Meta tkun qed issir implimentazzjoni tal-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar jew metodoloġiji alternattivi tal-ikkostjar li jkunu konformi mal-punti 40 u 44, u l-NRA iżżomm il-metodoloġija konformi mal-punt 46, l-NRAs għandhom biss jaġġornaw l-input tad-dejta fil-metodoloġija tal-ikkostjar meta jkunu qed jagħmlu reviżjoni ġdida tas-suq, fil-prinċipju wara tliet snin. Meta jkunu qed jaġġornaw il-mudell l-NRAs, fil-prinċipju u diment li l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu baqgħu stabbli, għandhom biss jaġġustaw din id-dejta skont l-evoluzzjoni reali tal-prezzijiet tal-input individwali u kull darba għandhom jiżguraw l-irkupru sħiħ maż-żmien tal-ispejjeż imġarrba biex jipprovdu s-servizzi regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur. L-NRAs għandhom jippubblikaw l-eżitu aġġornat tal-metodoloġija tal-ikkostjar u l-prezzijiet tal-aċċess li jirriżultaw tul il-perjodu rilevanti ta’ tliet snin.

IN-NONIMPOŻIZZJONI TAL-PREZZIJIET REGOLATI TAL-AĊĊESS MIN-NAĦA TAL-OPERATUR FUQ IN-NETWERKS TAL-NGA

48.

L-NRA għandha tiddeċiedi li ma timponix jew ma żżommx il-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur fuq inputs attivi tal-NGA min-naħa tal-operatur, ħlief dawk l-inputs speċifikati fil-punt 49 skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE meta, fl-istess miżura, l-NRA timponi fuq l-operatur SMP obbligi tan-nondiskriminazzjoni dwar l-inputs tal-NGA passivi u attivi min-naħa tal-operatur skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE li huma konsistenti ma’:

(a)

l-EoI wara l-proċedura fil-punt 51;

(b)

l-obbligi dwar ir-replikabbiltà teknika bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 11 sa 18 meta l-EoI ma tkunx għadha ġiet implimentata kollha; u

(c)

l-obbligi dwar it-test tar-replikabbiltà ekonomika kif jirrakkomanda l-punt 56;

diment li t-teħid proprju tal-inputs passivi upstream min-naħa tal-operatur jew tal-inputs mhux fiżiċi jew virtwali min-naħa tal-operatur li joffru funzjonalitajiet ekwivalenti jew il-preżenza ta’ infrastrutturi alternattivi jkunu joħolqu restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz għall-konsumatur.

49.

L-NRA għandha tiddeċiedi li ma timponix jew ma żżommx il-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur fuq inputs tal-NGA passivi min-naħa tal-operatur jew inputs virtwali jew mhux fiżiċi min-naħa tal-operatur li joffru funzjonalitajiet ekwivalenti, skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE meta, fl-istess miżura, l-NRA timponi fuq l-operatur SMP obbligi tan-nondiskriminazzjoni dwar l-inputs tal-NGA passivi min-naħa tal-operatur jew inputs virtwali jew mhux fiżiċi min-naħa tal-operatur li joffru funzjonalitajiet ekwivalenti, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE li huma konsistenti ma’:

(a)

l-EoI wara l-proċedura fil-punt 51;

(b)

l-obbligi dwar ir-replikabbiltà teknika bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 11 sa 18 meta l-EoI ma tkunx għadha ġiet implimentata kollha; u

(c)

l-obbligi dwar it-test tar-replikabbiltà ekonomika kif jirrakkomanda l-punt 56.

bil-kundizzjoni li:

(d)

l-ARN tista’ turi li prodott storiku tal-aċċess tan-netwerk li joffri l-operatur SMP soġġett għal obbligu tal-kontroll tal-prezzijiet orjentati lejn il-kostijiet skont il-metodoloġija tal-ikkostjar speċifikata fil-punti 30 sa 37 jew 40 jokkostitwixxi ankra tar-ram u għalhekk jeżerċita restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz għall-konsumatur; jew

(e)

l-ARN tista’ turi li l-operaturi li jipprovdu servizzi għall-konsumatur fuq infrastruttura alternattiva waħda jew aktar li mhumiex ikkontrollati mill-operatur SMP, jistgħu jeżerċitaw restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz għall-konsumatur. Għall-finijiet ta’ din il-kundizzjoni, “kontroll” għandu jiġi interpretat skont il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni.

50.

Fi swieq ġeografiċi fejn il-kundizzjonijiet elenkati fil-punti 48 u 49 jiġu ssodisfati biss f’xi oqsma f’dawn is-swieq, l-NRAs għandhom jiddifferenzjaw ir-rimedji u jżommu jew jimponu l-obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE f’dawk l-oqsma biss fejn dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati. L-NRAs għandhom jimplimentaw il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar ħalli l-eżitu ma jintlaqatx mill-impożizzjoni tar-rimedji ddifferenzjati f’suq ġeografiku partikolari.

51.

NRA titqies li qed timponi EoI skont il-punti 48(a) u 49(d) meta din tinkludi dan ir-rimedju, li kien soġġett għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE, fl-istess miżura finali fejn jidhrilha li ma timponix jew ma żżommx prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur fuq inputs tal-NGA min-naħa tal-operatur. Il-miżura għandha tinkludi d-dettalji u ż-żmien tal-implimentazzjoni tal-EoI (il-“pjan direzzjonali”). Il-pjan direzzjonali għandu jinkludi passi speċifiċi bi skeda għall-implimentazzjoni ta’ kull pass importanti. Għallinqas, l-ewwel passi importanti għandhom jinkludu obbligi li tkun żgurata r-replikabbiltà teknika u jipprevedu l-impożizzjoni tal-aktar KPIs, SLAs u SLGs rilevanti li hemm bżonn għall-forniment mill-aktar fis possibbli tas-servizzi regolati ewlenin min-naħa tal-operatur u sa mhux aktar tard minn sitt xhur mill-impożizzjoni tal-obbligu tal-EoI.

52.

L-NRAs m’għandhomx jimponu prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur fuq xi input regolat tal-NGA min-naħa tal-operatur, fl-istess suq fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 48 u 49, irrispettivament jekk l-obbligu tal-EoI ikunx impost fuq is-sett kollu tal-inputs f’dak is-suq jew jekk dan japplikax biss għal dawk il-livelli ta’ dak is-suq li l-NRA tqis proporzjonati.

53.

Id-deċiżjoni tal-NRA li ma timponix jew li ma żżommx prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur m’għandhiex tapplika għal aċċess għall-infrastruttura tal-inġinerija ċivili, kemm jekk bħala parti mis-suq tal-prodotti kif ukoll jekk imposta bħala rimedju anċillari.

54.

Meta NRA tiddeċiedi li tneħħi prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur li jkunu ġew imposti qabel, abbażi ta’ pjan direzzjonali maqbul tal-EoI, u l-operatur SMP ma jagħmilx il-passi miftiehma, l-NRAs għandhom iqisu li jergħu jimponu l-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur f’konformità mal-metodoloġija f’din ir-Rakkomandazzjoni u skont il-prinċipji previsti fid-Direttiva 2002/19/KE jew iqisu li jużaw is-setgħat tagħha biex jimponu penali skont il-Qafas Regolatorju.

55.

L-NRAs għandhom jakkumpanjaw id-deċiżjoni li ma jimponux jew li ma jżommux prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur, b’miżuri li jissorveljaw l-evoluzzjoni tal-ambjent tal-investiment għall-broadband tal-NGA u l-kundizzjonijiet kompetittivi, fosthom billi jitolbu lill-operaturi biex lill-NRAs jipprovdulhom informazzjoni aġġornata dwar l-investiment u l-pjanijiet tat-tifrix tal-NGA b’mod regolari, li meta legalment possibbli l-NRA għandha taqsam man-netwerk dedikat ta’ esperti bejn il-Kummissjoni u l-BEREC kif deskritt fil-premessa 69.

56.

NRA titqies li qed timponi l-obbligi tar-replikabbiltà ekonomika msemmija fil-punti 48(c) u 49(c) meta din tikkonkludi li l-elementi elenkati fil-punti (a), (b) u (c), li kienu soġġetti għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE, fl-istess miżura finali fejn jidhrilha li ma timponix jew ma żżommx prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur fuq inputs tal-NGA min-naħa tal-operatur.

(a)

Id-dettalji tat-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika li l-NRA se tapplika, li għallinqas għandu jispeċifika l-parametri li ġejjin skont il-gwida prevista fl-Anness II hawn taħt:

(i)

il-kostijiet downstream rilevanti meqjusa;

(ii)

il-kost standard rilevanti;

(iii)

l-inputs regolati rilevanti min-naħa tal-operatur li huma kkonċernati u l-prezzijiet ta’ referenza rilevanti;

(iv)

il-prodotti rilevanti għall-konsumatur; u

(v)

il-perjodu taż-żmien relevanti biex isir it-test.

(b)

Il-proċedura li l-NRA se ssegwi biex tagħmel it-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika, li tispeċifika li l-NRA tista’ tibda l-proċedura fuq inizjattiva tagħha stess jew meta jitolbuha partijiet terzi, f’kull waqt iżda mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jitnieda l-prodott rilevanti għall-konsumatur, u se tikkonkludiha mill-aktar fis possibbli u kull darba fi żmien erba’ xhur minn meta tibda l-proċedura. Il-proċedura għandha tagħmilha ċara li t-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika li jridu jagħmlu l-NRAs skont il-punti 48(c) u 49(c) hu differenti minn u mingħajr preġudizzju għat-testijiet tal-pressjoni fuq il-marġni li jistgħu jsiru ex post skont il-liġi tal-kompetizzjoni.

(c)

Ir-rimedju li se tadotta meta t-test ma jgħaddix permezz tal-għodod tal-infurzar mogħtija fil-Qafas Regolatorju biex tkun żgurata konformità, anke meta xieraq, hu sejħa lill-operatur SMP biex jindirizza l-kwistjoni tar-replikabbiltà ekonomika skont il-gwida tal-NRA u abbażi tar-riżultati tat-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika li jkun sar. Meta l-NRA jidhrilha li offerta għall-konsumatur li mhix ekonomikament replikabbli tagħmel ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni, din għandha tuża s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/20/KE biex titlob lill-operatur SMP jieqaf jew idewwem il-forniment tal-offerta rilevanti għall-konsumatur sakemm issir konformi mar-rekwiżit tar-replikabbiltà ekonomika.

57.

Ġaladarba l-miżura tkun ġiet adottata, l-NRA għandha tippubblika l-pjan direzzjonali fuq il-websajt flimkien mad-dettalji tat-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika bħala parti mill-miżura finali. L-NRA għandha tqis li tuża l-għodod tal-infurzar kollha li jagħtiha l-Qafas Regolatorju biex tiżgura l-konformità mal-aspetti kollha tal-miżuri imposti.

58.

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 48 sa 57 ma għandhomx jidhru bħala l-uniċi ċirkostanzi meta l-NRAs jistgħu jiddeċiedu li ma jimponux prezzijiet regolati tal-aċċess għall-inputs tal-NGA min-naħa tal-operatur. Skont jekk tintweriex ekwivalenza fl-effettività tal-aċċess u skont il-kundizzjonijiet kompetittivi, b’mod partikolari kompetizzjoni effettiva bbażata fuq l-infrastruttura, jista’ jkun hemm xenarji oħra meta l-impożizzjoni ta’ prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur ma tkunx mandata skont il-Qafas Regolatorju.

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

59.

Din ir-Rakkomandazzjoni hi mingħajr preġudizzju għad-definizzjonijiet tas-suq, ir-riżultati tal-analiżi tas-suq u l-obbligi regolatorji adottati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 15(3) u l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE qabel id-data meta tidħol fis-seħħ din ir-Rakkomandazzjoni.

60.

Din ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi prejodu ta’ tranżizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016 għall-implimentazzjoni tal-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar fil-punti 30 sa 37. Minħabba f’hekk, jidher li l-effett tagħha se jinħoloq progressivament u fi żmien twil. L-impatt fuq l-investiment, il-kompetizzjoni u l-prezzijiet min-naħa tal-konsumatur se jsegwuh mill-qrib il-BEREC u l-Kummissjoni, anki skont l-informazzjoni li jagħtu l-NRAs f’konformità mal-punt 55. Din ir-Rakkomandazzjoni se tiġi riveduta meta l-impatt tagħha jkun jista’ jiġi vvalutat kollu, u dan mhux mistenni jiġri qabel seba’ snin mid-dħul fis-seħħ. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tagħmel reviżjoni qabel, fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Viċi President


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(2)  Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (id-Direttiva dwar l-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/879/KE tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma suxxettibli għal regolazzjoni ex ante skont id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Rakkomdandazzjoni dwar is-Swieq Rilevanti) (ĠU L 344, 28.12.2007, p. 65).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/572/UE tal-20 ta’ Settembru 2010 dwar l-aċċess irregolat għan-Netwerks ta’ Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 35).

(5)  Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).


ANNESS I

L-ispeċifikazzjoni taż-żmien u d-dispożizzjonijiet tal-informazzjoni

Meta tiġi biex tivvaluta t-tul raġonevoli taż-żmien meħtieġ, l-NRAs għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:

(1)

jekk il-prodott ikunx prodott ġdid jew aġġornament ta’ prodott eżistenti;

(2)

iż-żmien meħtieġ għal konsultazzjoni u ftehim dwar il-proċessi min-naħa tal-operatur għall-forniment tas-servizzi rilevanti;

(3)

iż-żmien meħtieġ biex tinħoloq offerta ta’ referenza u jiġu ffirmati l-kuntratti;

(4)

iż-żmien meħtieġ biex jinbidlu u jiġu aġġornati s-sistemi tal-IT rilevanti;

(5)

iż-żmien meħtieġ għall-kummerċjalizzazzjoni tal-offerta l-ġdida għall-konsumatur.


ANNESS II

Il-parametri tat-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika

Meta l-obbligi tal-EoI ikunu diġà ġew implimentati jew qegħdin fil-proċess biex jiġu implimentati skont il-punt 51 u meta r-replikabbiltà teknika tkun żgurata, it-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika msemmi fil-punt 56 jivvaluta jekk il-marġni bejn il-prezz għall-konsumatur tal-prodotti rilevanti għall-konsumatur u l-prezz tal-inputs regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur ibbażati fuq NGA rilevanti, ikun ikopri l-kostijiet downstream inkrementali u persentaġġ raġonevoli tal-kostijiet komuni. Meta jiġu biex jistabbilixxu l-parametri tat-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika, l-NRAs għandhom jiżguraw li l-operatur SMP ma jitqigħedx fi żvantaġġ fil-konfront ta’ min ifittex l-aċċess fejn jidħol it-tqassim tar-riskju tal-investiment.

Il-parametri msemmija fil-punt 56(a) huma:

(i)

Il-kostijiet downstream rilevanti

Il-kostijiet downstream huma kkalkulati abbażi tal-kostijiet tan-negozji downstream tal-operatur SMP stess (test tal-EeO). L-NRAs għandhom jużaw il-kostijiet downstream awditjati tal-operatur SMP diment li dawn ikunu diżaggregati biżżejjed. Meta d-dħul fis-suq jew it-twessigħ tiegħu ikunu ġew frustrati fil-passat (kif pereżempju juru s-sejbiet ta’ x’ġara fil-passat) jew meta l-volumi tal-linji tassew baxxi u l-ilħuq ġeografiku tagħhom li hu limitat b’mod sinifikanti meta mqabbla man-netwerk tal-NGA tal-operatur, juru li kundizzjonijiet ekonomiċi oġġettivi ma jiffavorixxux l-akkwist fil-kobor minn operatur alternattiv, l-NRAs jistgħu jaġġustaw għall-iskala lill-kostijiet downstream tal-operatur SMP, ħalli jiżguraw li r-replikabbiltà ekonomika tkun prospett realistiku. F’dawn il-każijiet, l-iskala raġonevolment effiċjenti li tidentifika l-NRA m’għandhiex tmur lil hinn minn dik ta’ struttura tas-suq b’għadd biżżejjed ta’ operaturi li jikkwalifikaw, ħalli tkun żgurata kompetizzjoni effettiva filwaqt li żżomm f’moħħha wkoll il-kompetizzjoni minn pjattaformi oħrajn.

(ii)

Il-kost standard rilevanti

Il-kost inkrementali biex jingħata s-servizz downstream rilevanti huwa l-istandard xieraq. Għandu jintuża mudell tal-LRIC + biex jiġi kkalkulat dan il-kost inkrementali (inklużi kostijiet irrekuperabbli) u biex jiżdied mark-up għall-kostijiet komuni relatati mal-attivitajiet downstream.

(iii)

L-inputs regolati rilevanti min-naħa tal-operatur u l-prezzijiet ta’ referenza rilevanti

L-NRAs għandhom jidentifikaw l-aktar inputs regolati użati jew li mistennija jintużaw minn min ifittex aċċess fis-saff tal-aċċess min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA li x’aktarx ikun prevalenti fiż-żmien tar-reviżjoni attwali tas-suq, fid-dawl tal-pjanijiet tat-tixrid tal-operatur SMP, it-topoloġiji tan-netwerks magħżula u l-użu tal-offerti min-naħa tal-operatur.

Input bħal dan jista’ jkun input attiv, input passiv, jew input virtwali jew mhux fiżiku li joffri funzjonalitajiet ekwivalenti għal input passiv.

L-NRAs għandhom jagħmlu t-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika biex jivvalutaw il-marġni tal-qligħ bejn il-prodott(i) għall-konsumatur imsemmija fil-punt (iv) hawn taħt u l-aktar input regolat rilevanti li jiġi identifikat fis-saff min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA li jintgħażel.

Barra minn hekk, meta jkun ġustifikat, b’mod partikolari meta prodott għall-konsumatur mhux imsemmi fil-punt (iv) jitnieda abbażi ta’ input differenti minn dak identifikat qabel, jew meta jkun hemm domanda sostanzjali għall-aċċess f’saff ġdid min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA, l-NRAs għandhom jivvalutaw ukoll il-marġni tal-qligħ bejn il-prodott għall-konsumatur u l-input il-ġdid regolat min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA.

Jekk il-karatteristiċi tan-netwerk tal-operatur SMP u d-domanda għall-offerti min-naħa tal-operatur ivarjaw ħafna fit-territorju kollu ta’ Stat Membru, l-NRA għandha tivvaluta l-fattibilità ta’ differenzjazzjoni tal-aktar saff regolat min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA li jkun rilevanti għal kull żona ġeografika, u tadatta t-test skont dan.

Meta jiġu biex jidentifikaw il-prezzijiet ta’ referenza rilevanti min-naħa tal-operatur, l-NRAs għandhom iqisu l-prezz tal-aċċess li effettivament jitlob l-operatur SMP lil parti terza li tfittex aċċess għall-input regolat rilevanti min-naħa tal-operatur. Dawn il-prezzijiet għall-aċċess min-naħa tal-operatur għandhom ikunu ekwivalenti għall-prezzijiet li l-operatur SMP jitlob lill-fergħa tiegħu stess għall-konsumatur. B’mod partikolari, sabiex ikun żgurat il-bilanċ ġust fiċ-ċirkostanzi nazzjonali bejn li jinċentivaw strateġiji tal-ipprezzar effiċjenti u flessibbli fil-livell tal-operatur u fl-istess waqt li jiżguraw marġni biżżejjed għal min ifittex aċċess biex tinżamm kompetizzjoni sostenibbli, l-NRAs għandhom jagħtu importanza xierqa lill-preżenza ta’ skontijiet għall-volum u/jew ftehimiet fit-tul dwar l-ipprezzar tal-aċċess bejn l-operatur SMP u min ifittex aċċess.

(iv)

Il-prodotti rilevanti għall-konsumatur

L-NRAs għandhom jivvalutaw l-aktar prodotti rilevanti għall-konsumatur inklużi s-servizzi broadband (“il-prodotti ewlenin”) li joffri l-operatur SMP abbażi tas-saff identifikat tal-aċċess min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA. L-NRAs għandhom jidentifikaw prodotti ewlenin abbażi tal-osservazzjonijiet tagħhom tas-suq attwali u li jħarsu ‘l quddiem, b’mod partikolari li jqisu r-rilevanza tagħhom għall-kompetizzjoni bħalissa u futura. Dawn għandhom jinkludu valutazzjoni tal-ishma tas-suq tal-konsumatur f’termini tal-volum u l-valur tal-prodotti bbażati fuq inputs regolati tal-NGA min-naħa tal-operatur u, meta disponibbli, in-nefqa tar-reklamar. Il-prodotti ewlenin x’aktarx jiġu offruti bħala pakkett. L-NRAs għandhom jivvalutaw varjazzjonijiet innovattivi ta’ dawn il-pakketti, jekk dawn x’aktarx ikunu se jieħdu post il-prodott ewlieni. Barra minn hekk, l-NRAs għandhom iqisu jekk prodott partikolari għall-konsumatur li ma jkunx fost l-aktar prodotti rilevanti għall-konsumatur tal-operatur SMP, ikunx partikolarment attraenti għal operaturi alternattivi li jistgħu jiffukaw fuq ċertu prodotti niċċa jew prodotti għall-konsumatur bi kwalità aktar baxxa. L-NRAs jistgħu jiddeċiedu li jinkludu dan il-prodott fost il-prodotti ewlenin.

(v)

Il-perjodu taż-żmien rilevanti

L-NRAs għandhom jevalwaw il-profittabbiltà tal-prodotti ewlenin abbażi ta’ analiżi dinamika ta’ bosta perjodi, bħall-approċċ tal-fluss tal-flus skontat (DCF). L-NRAs għandhom jidentifikaw perjodu taż-żmien ta’ referenza xieraq biex matulu jiġi vvalutat jekk il-marġni bejn il-prezz min-naħa tal-konsumatur tal-prodott ewlieni u l-prezz tal-input rilevanti tal-aċċess min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA jippermettix l-irkupru tal-kostijiet downstream (inkluż persentaġġ raġonevoli tal-kostijiet komuni) ikkalkulat skont (i) u (ii) t’hawn fuq.

Il-perjodu rilevanti għal dan it-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika għandu jiġi stabbilit skont il-medja stmata tal-ħajja tal-klijenti. Din il-medja tal-ħajja tal-klijenti tkun il-perjodu taż-żmien li matulu l-klijent jikkontribwixxi għall-irkupru ta’ (a) il-kostijiet downstream li jiġu annwalizzati skont il-metodu ta’ deprezzament li jixraq għall-assi inkwistjoni u għall-ħajja ekonomika tal-assi korrispondenti li hemm bżonn biex isir il-bejgħ bl-imnut (inklużi l-kostijiet tan-netwerk li ma jiddaħħlux fis-servizz tal-aċċess għall-NGA min-naħa tal-operatur) u (b) kostijiet downstream oħra li normalment ma jiġux annwalizzati (tipikament il-kostijiet tal-akkwist tal-abbonat) u li l-operatur iġarrab biex ikollu klijenti u għandu jara li jirkupra matul il-medja tal-ħajja ta’ dawn tal-aħħar.

Meta jiġu biex jikkalkulaw il-medja tal-ħajja tal-klijenti, l-NRAs għandhom iqisu l-karatteristiċi differenti u l-kundizzjonijiet kompetittivi tal-forniment tas-servizzi fin-netwerks tal-NGA, meta mqabbel man-netwerk storiku tar-ram, meta dawn aktarx iwasslu biex l-utenti tan-netwerks tal-NGA ikollhom medja tal-ħajja tal-klijenti differenti meta mqabbla ma’ dik tal-utenti tan-netwerk tar-ram.

Il-gwida mogħtija għat-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika msemmi fil-punt 56 u f’dan l-Anness hi limitata għall-ambitu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, fejn tidħol l-applikazzjoni tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE flimkien mal-Artikoli 10 u 13 tad-Direttiva 2002/19/KE, u għalhekk tkun tapplika f’ċirkostanzi differenti mit-testijiet ex ante tal-pressjoni fuq il-marġni applikati fuq il-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur u hi għalkollox mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u/jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għall-interpretazzjoni tagħhom min-naħa tal-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Din il-gwida hi mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni li tista’ tieħu l-Kummissjoni jew xi linji gwida li tista’ toħroġ il-Kummissjoni fil-futur dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni fl-Unjoni.


Top