Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0203

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 203/2012 tat- 8 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x'jaqsam ma' regoli dettaljati dwar l-inbid organiku

ĠU L 71, 9.3.2012, p. 42–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1165

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/203/oj

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/42


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 203/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x'jaqsam ma' regoli dettaljati dwar l-inbid organiku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda [jħassar] ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(3), l-Artikoli 21(2), 22(1), 38(a) u l-Artikolu 40 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007, u b’mod partikulari l-Kapitolu 4 tat-Titolu III tiegħu jistabilixxi rekwiżiti bażiċi f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni organika tal-ikel proċessat. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti bażiċi ġew stabiliti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiċi (2).

(2)

Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-produzzjoni tal-inbid organiku fir-Regolament (KE) Nru 889/2008. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-prodotti tas-settur tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (3).

(3)

L-ipproċessar tal-inbid organiku jeħtieġ l-użu ta’ ċerti prodotti u sustanzi bħal addittivi jew aġenti tal-ipproċessar, taħt kundizzjonijiet iddefiniti sew. Għal dak l-għan u abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-istudju li jkopri l-Unjoni kollha dwar "Il-vitikultura u vinikultura organiċi: l-iżvilupp ta’ teknoloġiji favorevoli għall-ambjent u għall-konsumatur għat-titjib tal-kwalità tal-inbid organiku u qafas leġiżlattiv b'bażi xjentifika" ("Organic viticulture and wine-making: development of environment and consumer friendly technologies for organic wine quality improvement and scientifically based legislative framework" magħruf ukoll bħala "ORWINE") (4), l-użu ta’ tali prodotti u sustanzi għandu jkun permess skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(4)

Ċerti prodotti u sustanzi, li jintużaw bħala adittivi u aġenti tal-ipproċessar għall-prattiki enoloġiċi skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (5), huma derivati minn materja prima ta’ oriġini agrikola. F'tali każijiet il-materja prima tista' tkun disponibbli fis-suq fil-forma organika. Sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp tad-domanda tagħhom fis-suq, għandha tingħata preferenza lill-użu ta’ addittivi u aġenti tal-ipproċessar derivati minn materja prima minn biedja organika.

(5)

Il-prattiki u t-tekniki għall-produzzjoni tal-inbid huma stabbiliti fuq il-livell tal-Unjoni fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u r-regoli implimentattivi tiegħu kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 606/2009 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (6). L-użu ta’ dawn il-prattiki u tekniki fil-vinikultura organika jista' jkun li mhux konformi mal-għanijiet u l-prinċipji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, u partikolarment mal-prinċipji speċifiċi applikabbli għall-ipproċessar tal-ikel organiku, imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabiliti restrizzjonijiet u limitazzjonijiet speċifiċi għal ċerti prattiki u proċessi enoloġiċi.

(6)

Ċerti prattiki oħrajn li huma użati ħafna fl-ipproċessar tal-ikel huma wkoll disponibbli għall-vinikultura, u jista’ wkoll ikollhom xi effetti fuq ċerti karatteristiċi essenzjali tal-prodotti organiċi, u għaldaqstant fuq in-natura proprja tagħhom, imma bħalissa ma hemm l-ebda teknika alternattiva għalihom. Dan japplika għat-trattamenti bis-sħana, filtrazzjoni, osmożi inversa u l-użu tar-reżini ta' skambju joniku. Konsegwentement, dawk il-prattiki jridu jkunu disponibbli għall-produtturi tal-inbid organiku, imma l-użu tagħhom għandu jkun ristrett. Possibbilità għar-rieżaminazzjoni tat-trattament bis-sħana, bir-reżini ta’ skambju joniku u bl-ożmożi inversa għandha tiġi prevista f'waqtha.

(7)

Prattiki u proċessi enoloġiki li jistgħu jiżgwidaw fir-rigward tan-natura proprja tal-prodotti organiċi għandhom jiġu esklużi mill-vinikultura organika. Dan japplika għall-konċentrazzjoni bit-tkessiħ, id-dealkolizzazzjoni, l-eliminazzjoni tad-dijossidu tal-kubrit by proċess fiżiku, eletrodialiżi u l-użu ta’ skambjaturi ta’ katjoni minħabba dawk il-prattiki enoloġiċi jbiddlu konsiderevolment il-kompożizzjoni tal-prodott tal-punt li jistgħu jiżgwidaw dwar in-natura proprja tal-inbid organiku. Għall-istess finijiet, l-użu jew ż-żieda ta’ ċerti sustanzi jistgħu jiżgwidaw ukoll rigward in-natura proprja tal-inbid organiku. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stipulat li tali sustanzi ma għandhomx jintużaw jew jiġu miżjuda bħala prattiki enoloġiċi organiċi u pproċessar ta’ trattament.

(8)

Fir-rigward tas-sulfiti b'mod aktar speċifiku, ir-riżultati tal-istudju ORWINE juru li t-tnaqqis fil-livell tad-dijossidu tal-kubrit fl-inbejjed magħmula minn għeneb organiku diġà ntlaħaq mill-produtturi tal-inbid organiku fl-Unjoni, meta mqabbel mal-kontenut massimu ta’ dijossidu tal-kubrit li jiġi awtorizzat għall-inbejjed mhux organiċi. Għaldaqstant, jaqbel li jiġi ffissat kontenut massimu tal-kubrit speċifiku għall-inbejjed organiċi, li għandu jkun inqas mil-livell awtorizzat għall-inbejjed mhux organiċi. Il-kwantitajiet meħtieġa ta’ dijossidu tal-kubrit jiddependu mill-kategoriji varji tal-inbejjed, kif ukoll minn ċerti karatteristiċi intrinsiċi tal-inbid, speċifikament il-kontenut ta’ zokkor, li għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti l-livelli massimi tal-kontenut ta’ dijossidu tal-kubrit speċifiku għall-inbejjed organiċi. Madankollu, il-kundizzjonijiet estremi tat-temp jistgħu jipprovokaw diffikultajiet f'ċerti żoni vinikoli, li jwasslu għall-ħtieġa li jintużaw ammonti supplimentari ta’ sulfiti fit-tħejjija tal-inbejjed biex tintlaħaq l-istabbiltà tal-prodott finali ta’ dik is-sena. Għaldaqstant, għandha tkun permessa ż-żieda fil-kontenut massimu tad-dijossidu tal-kubrit meta jokkorru tali kundizzjonijiet.

(9)

L-inbid huwa prodott b'ħajja ta' ħżin twila, u ċerti nbejjed ikunu tradizzjonalment maħżuna għal bosta snin fil-ġarer jew tankijiet qabel ma jitqiegħdu fis-suq. Skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (7) u għal perjodu limitat skont ir-Regolament (KE) Nru 889/2008, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ tali nbejjed permezz taż-żamma tar-rekwiżiti tal-ittikkettar skont dak ir-Regolament għandu jkun permess sakemm l-inventarji jiġu eżawriti.

(10)

Uħud mill-inbejjed maħżuna kienu diġà prodotti bi proċess vinikolu li diġà kien jikkonforma mar-regoli tal-produzzjoni tal-inbid organiku previst minn dan ir-Regolament. Fejn dan ikun jista' jiġi pprovat, l-użu tal-logo Komunitarju tal-produzzjoni organika kif imsemmi fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, li mill-1 ta’ Lulju 2010 jissejjaħ il-"Logo organiku tal-UE", għandu jkun awtorizzat, biex ikunu possibbli l-paragun u l-kompetizzjoni ġusti bejn l-inbejjed organiċi prodotti qabel u wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-inbid għandu jiġi ttikkettat esklussivament bħala "inbid magħmul minn għeneb organiku", mingħajr ma juri l-logo organiku tal-UE, sakemm l-inbid ikun prodott skont ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u r-Regolament (KEE) Nru 889/2008 qabel l-emendi permezz ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti permezz ta’ dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-produzzjoni organika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-Titolu II huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 27(1), il-frażi introduttorja hija mibdula b'dan li ġej:

"Għall-finijiet tal-Artikolu 19(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, is-sustanzi li ġejjin biss jistgħu jintużaw fl-ipproċessar tal-ikel organiku, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid, li għalih japplikaw id-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 3a:"

(b)

jiddaħħal Kapitolu 3a ġdid:

KAPITOLU 3a

Regoli speċifiċi għall-vinikultura

Artikolu 29b

Kamp tal-applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-produzzjoni organika tal-prodotti tas-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)(l) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*).

2.   Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (**) u (KE) Nru 607/2009 (***) għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm previst espliċitament mod ieħor f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 29c

L-użu ta’ ċerti prodotti u sustanzi

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-prodotti tas-settur tal-inbid għandhom jiġu prodotti minn materja prima organika.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 19(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-prodotti u sustanzi biss elenkati fl-Anness VIIIa għal dak ir-Regolament jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-prodotti fis-settur tal-inbid, inkluż waqt il-proċessi u l-prattiki enoloġiċi, soġġett għall-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament (KE) Nru 606/2009, u partikolarment l-Anness I A għal dak ir-Regolament.

3.   Fejn disponibbli, għandhom jintużaw il-prodotti u sustanzi elenkati fl-Anness VIIIa għal dan ir-Regolament u mmarkati b'asterisk, derivati minn materja prima organika.

Artikolu 29d

Prattiki enoloġiċi u restrizzjonijiet

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 29c u għall-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet speċifiċi previsti fil-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu, il-prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi biss, inkluż ir-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 120c u 120d tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-Artikoli 3, 5 sa 9 u 11 sa 14 tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 u fl-Annessi tagħhom, użati qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, huma permessi.

2.   L-użu tal-prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi li ġejjin huma projbiti:

(a)

il-konċentrazzjoni parzjali permezz ta’ tkessiħ skont il-punt (c) tat-Taqsima B.1 tal-Anness XVa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b)

l-eliminazzjoni tad-dijossidu tal-kubrit bi proċessi fiżiċi skont il-punt 8 tal-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009;

(c)

it-trattament bl-elettrodijaliżi biex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid skont il-punt 36 tal-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009;

(d)

id-dealkolizzazzjoni parzjali tal-inbid skont il-punt 40 tal-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009;

(e)

it-trattament bl-iskambjaturi tal-katjoni biex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid skont il-punt 43 tal-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009.

3.   L-użu tal-prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi li ġejjin huma permessi skont bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għal trattamenti bis-sħana skont il-punt 2 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, it-temperatura ma għandhiex taqbeż 70 °C;

(b)

għaċ-ċentrifuġu u l-filtrazzjoni b'aġent filtranti inert jew mingħajru skont il-punt 3 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, id-daqs tal-pori ma għandux ikun iżgħar minn 0,2 mikrometru.

4.   L-użu tal-prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi li ġejjin għandu jiġi rieżaminat mill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2015, bil-ħsieb li jinqatgħu progressivament jew li titkompla r-restrizzjoni tagħhom:

(a)

trattamenti bis-sħana kif imsemmija fil-punt 2 tal-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009;

(b)

l-użu ta' reżini ta' skambju joniku kif imsemmi fil-punt 20 tal-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009;

(c)

l-ożmożi inversa skont il-punt (b) tat-Taqsima B.1 tal-Anness XVa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

5.   Kwalunkwe emenda introdotta wara l-1 ta’ Awwissu 2010, fir-rigward tal-prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew ir-Regolament (KE) Nru 606/2009, tista’ tkun applikabbli għall-produzzjoni organika tal-inbid biss wara l-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u, fejn meħtieġ, proċess ta’ evalwazzjoni skont l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament.

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1."

(**)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1."

(***)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.”"

(c)

L-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel paragrafu, jiddaħħal il-punt li ġej:

"(e)

l-użu tad-dijossidu tal-kubrit sal-kontenut massimu li għandu jiġi ffissat skont l-Anness I B għar-Regolament (KE) Nru 606/2009, jekk il-kundizzjonijiet eċċezzjonali tal-klima ta’ sena ta’ ħsad partikolari jiddeterjoraw il-qagħda sanitarja tal-għeneb organiku f'żona ġeografika speċifika minħabba attakki severi tal-batterja jew tal-fungi, li jobbligaw lill-produttur tal-inbid jużaw iktar dijossidu tal-kubrit milli fi snin preċedenti sabiex jikseb prodott finali komparabbli."

(ii)

it-tieni paragrafu jinbidel b'li ġej:

"Wara approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operaturi individwali għandhom iżommu evidenza dokumentarja tal-użu tal-eċċezzjonijiet ta' hawn fuq. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni bl-eċċezzjonijiet li jkunu taw taħt il-punti (c) u (e) tal-ewwel paragrafu."

(2)

It-Titolu V huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 94(1), jiżdied il-punt (d) li ġej:

"(d)

fi żmien xahar mill-approvazzjoni tagħhom, l-eċċezzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri skont il-punti (c) u (e) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47."

(b)

fl-Artikolu 95, il-paragrafu 10a jinbidel b'li ġej:

“10a.   F'dak li jirrigwarda l-prodotti tas-settur tal-inbid, il-perjodu tranżizzjonali msemmi fil-paragrafu 8 għandu jiskadi fil-31 ta’ Lulju 2012.

Il-ħażniet tal-inbejjed prodotti sal-31 ta’ Lulju 2012 skont ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jew ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sakemm jiġu eżawriti, soġġett għar-rekwiżiti tat-tikkettar li ġejjin:

(a)

il-logo Komunitarju tal-produzzjoni organika kif imsemmi fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, mill-1 ta’ Lulju 2010 imsejjaħ bħala l-‘Logo organiku tal-UE’, jista’ jintuża sakemm il-proċess vinikolu jikkonforma mal-Kapitolu 3a tat-Titolu II ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-operaturi li jużaw il-‘Logo organiku tal-UE’ għandhom iżommu evidenza rrekordjata, għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin wara li jkunu poġġew fis-suq dak l-inbid li jkun ġej minn għeneb organiku, inklużi l-kwantitajiet korrispondenti tal-inbid f'litri, skont il-kategorija tal-inbid u skont is-sena;

(c)

fejn l-evidenza msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu ma tkunx disponibbli, tali nbid jista' jiġi ttikkettat bħala ‘inbid minn għeneb organiku’, sakemm dan jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għajr għal dawk previsti fil-Kapitolu 3a tat-Titolu II tiegħu;

(d)

l-inbid ittikkettat ‘inbid minn għeneb organiku’ ma jistax juri l-‘Logo organiku tal-UE’.”

(3)

Jiddaħħal l-Anness ġdid VIIIa, li t-test tiegħu huwa stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2012.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 299, 16.11.2007 p. 1.

(4)  http://www.orwine.org/default.asp?scheda=263

(5)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.

(7)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ġie rrevokat u sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 834/2007 mill-1 ta’ Jannar 2009.


ANNESS

“ANNESS VIIIa

Prodotti u sustanzi awtorizzati għall-użu jew addizzjoni fil-prodotti organiċi tas-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 29c

Tip ta’ trattament skont l-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009

Isem il-prodotti jew is-sustanzi

Kundizzjonijiet speċifiċi, restrizzjonijiet fil-limiti u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament (KE) Nru 606/2009

Punt 1:

Użu ta’ arjazzjoni jew ossiġenazzjoni

Arja

Ossiġenu gassuż

 

Punt 3:

Ċentrifuġu u filtrazzjoni

Perlit

Ċelluloża

Ħamrija bid-dijatomi

Jintuża biss bħala aġent inert tal-filtrazzjoni

Punt 4:

L-użu sabiex tinħoloq atmosfera inerta u biex jiġi trattat il-prodott protett mill-arja

Nitroġenu

Dijossidu tal-karbonju

Argon

 

Punti 5, 15 u 21:

Użu

Ħmira (1)

 

Punt 6:

Użu

Fosfat diammonju

Idrokloridu tat-tamina

 

Punt 7:

Użu

Dijossidu tal-kubrit

Bislufit tal-potassju jew metabisulfit tal-potassju

(a)

Il-kontenut massimu tal-dijossidu tal-kubrit m'għandux jaqbeż il-100 milligramma kull litru għall-inbejjed ħomor kif imsemmija fil-Punt 1(a) tal-Parti A tal-Anness I.B għar-Regolament (KE) Nru 606/2009 u b'livell ta' zokkor residwali ta' inqas minn 2 grammi kull litru

(b)

Il-kontenut massimu tal-dijossidu tal-kubrit m'għandux jaqbeż il-150 milligramma kull litru għall-inbejjed rożè kif imsemmija fil-Punt 1(b) tal-Parti A tal-Anness I.B għar-Regolament (KE) Nru 606/2009 u b'livell ta' zokkor residwali ta' inqas minn 2 grammi kull litru

(c)

Għall-inbejjed kollha l-oħra, il-kontenut massimu tad-dijossidu tal-kubrit applikat skont l-Anness I.B għar-Regolament (KE) Nru 606/2009 fl-1 ta' Awwissu 2010, għandu jitnaqqas bi 30 milligramma kull litru.

Punt 9:

Użu

Faħam tal-kannol għal użu enoloġiku

 

Punt 10:

Kjarifika

Ġelatina tajba għall-ikel (2)

Proteini veġetali mill-qamħ jew mill-piżelli (2)

Isinglass (2)

L-albumina tal-abjad tal-bajd (2)

Tannini (2)

 

Kaseina

Kaseinat tal-potassju

Diossidju tas-silikona

Bentonite

Enżimi pektolitiċi

 

Punt 12:

Użu għall-finijiet ta’ aċidifikazzjoni

Aċidu lattiku

Aċidu L(+) tartariku

 

Punt 13:

Użu għall-finijiet ta’ deaċidifikazzjoni

Aċidu L(+) tartariku

Karbonat tal-kalċju

Tartrat newtrali tal-potassju

Bikarbonat tal-potassju

 

Punt 14:

Żieda

Reżina tal-arznu Aleppo

 

Punt 17:

Użu

Batterja lattika

 

Punt 19:

Żieda

Aċidu L-assorbiku

 

Punt 22:

Użu tal-gassifikazzjoni

Nitroġenu

 

Punt 23:

Żieda

Dijossidu tal-karbonju

 

Punt 24:

Żieda għall-finijiet ta' stabbilizzazzjoni tal-inbid

Aċidu ċitriku

 

Punt 25:

Żieda

Tannini (2)

 

Punt 27:

Żieda

Aċidu metatartariku

 

Punt 28:

Użu

Gomma tal-akaċja (2) (= gomma Għarbija)

 

Punt 30:

Użu

Bitartrat tal-potassju

 

Punt 31:

Użu

Ċitrat kuprikum

 

Punt 31:

Użu

Sulfat tar-ram

awtorizzat sal-31 ta’ Lulju 2015

Punt 38:

Użu

Laqx tal-ballut

 

Punt 39:

Użu

Alġinat tal-potassju

 

Tip ta’ trattament skont l-Anness III, il-punt A.2(b) għar-Regolament (KE) Nru 606/2009

Sulfat tal-kalċju

biss għall-"vino generoso" jew il-"vino generoso de licor"


(1)  Għall-varjanti ta’ ħmira individwali, jekk disponibbli, imnissla minn materjal prima organika

(2)  Idderivat minn materja prima organika jekk disponibbli.”.


Top