This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0736
Council Implementing Decision 2011/736/CFSP of 14 November 2011 implementing Decision 2011/273/CFSP concerning restrictive measures against Syria
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/736/PESK tal- 14 ta' Novembru 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/736/PESK tal- 14 ta' Novembru 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
ĠU L 296, 15.11.2011, p. 55–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2011; Imħassar b' 32011D0782
15.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/55 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/736/PESK
tal-14 ta' Novembru 2011
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1). |
(2) |
Fit-23 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-UE ser timponi aktar miżuri kontra r-reġim Sirjan sakemm tkompli r-ripressjoni tal-popolazzjoni ċivili. |
(3) |
Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Kunsill iqis li huwa meħtieġ li jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali. |
(4) |
Għandhom jiddaħħlu persuni addizzjonali fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK għandha tiġi emendata skont il-każ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.
ANNESS
Persuni msemmija fl-Artikolu 1
|
Kunjom |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
1. |
Maġġur Ġenerali Jumah Al-Ahmad |
|
Kmandant tal-Forzi Speċjali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra d-dimostranti madwar is-Sirja. |
14.11.2011 |
2. |
Kurunell Lu'ai al-Ali |
|
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana, Fergħa ta' Dera'a. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Dera'a. |
14.11.2011 |
3. |
Logutenent Ġenerali Ali Abdullah Ayyub |
|
Kap Deputat tal-Persunal Ġenerali (Persunal u Forza tax-Xogħol). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja. |
14.11.2011 |
4. |
Logutenent Ġenerali Jasim al-Furayj |
|
Kap tal-Persunal Ġenerali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja. |
14.11.2011 |
5. |
Ġeneral Aous (Aws) ASLAN |
Imwieled fl-1958 |
Kap ta' battaljun fi ħdan il-Gwardja Repubblikana. Qarib ta' Maher al-ASSAD u tal-President al-ASSAD. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan. |
14.11.2011 |
6. |
Ġeneral Ghassan BELAL |
|
Ġeneral Kmandant tal-uffiċċju riżervat tar-raba' diviżjoni. Kunsillier ta' Maher al-ASSAD u koordinatur tal-operazzjonijiet ta' sigurtà. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan. |
14.11.2011 |
7. |
Abdullah BERRI |
|
Jidderiġi l-milizzji tal-familja BERRI. Responsabbli għall-milizzji progovernattivi implikati fir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'ALEP. |
14.11.2011 |
8. |
George CHAOUI |
|
Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan. |
14.11.2011 |
9. |
Maġġur Ġenerali Zuhair Hamad |
|
Kap Deputat tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u għall-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti. |
14.11.2011 |
10. |
Amar ISMAEL |
|
Ċivil - Kap tal-Armata elettronika Sirjana (servizz ta' informazzjoni tal-forza tal-art). Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan. |
14.11.2011 |
11. |
Mujahed ISMAIL |
|
Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan. |
14.11.2011 |
12. |
Saqr KHAYR BEK |
|
Deputat Ministru tal-intern. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. |
14.11.2011 |
13. |
Maġġur Ġenerali Nazih |
|
Direttur Deputat tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u għall-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti. |
14.11.2011 |
14. |
Kifah MOULHEM |
|
Kmandant ta' battaljun fi ħdan ir-raba' diviżjoni. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'Deïr el-Zor. |
14.11.2011 |
15. |
Ġeneral Maġġur Wajih Mahmud |
|
Kmandant tat-18-il Diviżjoni Armata. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Homs |
14.11.2011 |
16. |
Bassam SABBAGH |
Imwieled fl-24 ta' Awwissu 1959 f'Damas. Indirizz: Kasaa, Triq Anwar al Attar, bini al Midani, Damas. Passaport Sirjan no004326765 maħruġ fit-2.11.2008, validu sa Novembru 2014. |
Imexxi l-kabinett Sabbagh u Associés (Damas), Avukat fil-Barreau de Paris. Kunsillier legali, finanzjarju u amministratur tal-affarijiet ta' Rami Makhlouf et de Khaldoun Makhlouf. Assoċjat ma' Bachar al-Assad fil-finanzjament ta' proġett ta' bini f'Lattaquié. Ipprovda appoġġ għall-finanzjament tar-reġim. |
14.11.2011 |
17. |
Ġeneral Luogotenent Tala Mustafa Tlass |
|
Kap Deputat tal-Persunal Ġenerali (Loġistika u provvisti). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja. |
14.11.2011 |
18. |
Maġġur Ġeneral Fu'ad Tawil |
|
Kap Deputat tal-Forza tal-Ajru Sirjana Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u mill-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti. |
14.11.2011 |