EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1226

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1226/2010 tal- 20 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, disumani jew degradanti

ĠU L 336, 21.12.2010, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0125

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1226/oj

21.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1226/2010

tal-20 ta’ Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, disumani jew degradanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, diżumani jew degradanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(2)

Wara talba li saret mill-Estonja l-informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti fl-Estonja għandha tiġi emendata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru No 1236/2005 huwa b'dan emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 huwa emendat kif ġej:

L-informazzjoni fit-taqsima Estonja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-ESTONJA

Eesti Välisministeerium

Rahvusvaheliste organisatsioonide ja julgeolekupoliitika osakond

Relvastus- ja strateegilise kauba kontrolli büroo

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

Eesti

Tel: +372 637 7200

Faks: +372 637 7288

E-mail: stratkom@mfa.ee”


Top