Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0633

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 633/2010 tad- 19 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 14 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 186, 20.7.2010, pp. 10–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/633/oj

20.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 633/2010

tad-19 ta’ Lulju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 14 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fil-15 ta’ Novembru 2009, il-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) ippubblika emendi għall-Interpretazzjoni 14 tal-IFRIC Prepagamenti taRekwiżit taFinanzjament Minimu, minn hawn 'il quddiem “l-emendi għall-IFRIC 14”. L-għan tal-emendi għall-IFRIC 14 huwa li titneħħa l-konsegwenza mhux intenzjonata tal-IFRIC 14 f'każijiet fejn entità soġġetta għal rekwiżit ta' finanzjament minimu, tagħmel pagament bikri ta' kontribuzzjonijiet li, f'ċerti ċirkustanzi, l-entità li tagħmel dan il-prepagament tkun meħtieġa tirrikonoxxi spiża. Fil-każ fejn pjan definit ta' benefiċċju huwa soġġett għal rekwiżit ta' finanzjament minimu, l-emenda għall-IFRIC 14 tippreskrivi li dan il-prepagament jitqies bħala assi, bħal kwalunkwe prepagament ieħor.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) jikkonferma li l-emendi għall-IFRIC 14 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u ta parir lill-Kummissjoni li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 l-Interpretazzjoni 14 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) għandha tiġi emendata kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IFRIC 14, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)   ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRIC 14

Emendi għall-Interpretazzjoni 14 tal-IFRIC Prepagamenti ta’ Rekwiżit ta’ Finanzjament Minimu

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB mis-sit www.iasb.org

EMENDI GĦALL-IFRIC 14

Il-paragrafi 16-18 u 20-22 huma emendati.

Jiżdiedu l-paragrafi 3A, 27B u 29.

SFOND

3A

F’Novembru 2009 il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà emenda l-IFRIC 14 biex ineħħi l-konsegwenzi inċidentali li jirriżultaw mit-trattament tal-prepagamenti ta’ kontribuzzjonijiet futuri f'xi ċirkostanzi meta jkun hemm rekwiżit ta’ finanzjament minimu.

KONSENSUS

Il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjoni

16

Jekk ma jkun hemm l-ebda rekwiżit ta' finanzjament minimu għall-kontribuzzjonijiet dwar is-servizz futur, il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri ikun:

(a)

[imħassar]

(b)

il-kost ta' servizz futur lill-entità għal kull perjodu diviż mill-ħajja mistennija tal-pjan jew mill-ħajja mistennija tal-entità, skont liema jkun l-iqsar. Il-kost ta' servizz futur lill-entità jeskludi l-ammonti li ser jinġarru mill-impjegati.

17

Entità għandha tiddetermina l-kostijiet ta’ servizz futur billi tuża suppożizzjonijiet konsistenti ma' dawk użati biex tiddetermina l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definita u mas-sitwazzjoni li tkun teżisti fit-tmiem tal-perjodu ta' rappurtar kif stabblit fl-IAS 19. Għalhekk, entità ma għandha tassumi l-ebda bidla fil-benefiċċji li għandhom jiġu pprovduti minn pjan fil-futur sakemm il-pjan ma jkunx emendat, u għandha tassumi element stabbli ta' ħaddiema fil-futur, sakemm, fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar l-entità ma tkunx impenjata b'mod li jidher biex tnaqqas l-għadd ta' impjegati li jkunu koperti mill-pjan. Fil-każ tal-aħħar, is-suppożizzjoni dwar il-ħaddiema fil-futur għandha tinkludi t-tnaqqis.

L-effett tar-rekwiżit ta' finanzjament minimu fuq il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri

18

Entità għandha tanalizza kwalunkwe rekwiżit ta' finanzjament minimu f'data speċifika f'kontribuzzjonijiet li jkunu meħtieġa biex ikopru (a) kwalunkwe diskrepanza eżistenti għal servizz fil-passat fuq il-bażi ta' finanzjament minimu u (b) s-servizz futur.

20

Jekk ma jkun hemm l-ebda rekwiżit ta' finanzjament minimu għall-kontribuzzjonijiet dwar is-servizz futur, il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri jkun it-total ta':

(a)

kwalunkwe ammont li jnaqqas il-kontribuzzjonijiet minimi tar-rekwiżit ta' finanzjament minimu għas-servizz futur minħabba li l-entità għamlet prepagament (i.e. ħallset l-ammont qabel ma nħtieġet tagħmel hekk); u wkoll

(b)

il-kost stmat tas-servizz futur f'kull perjodu skont il-paragrafi 16 u 17 nieqes il-kontribuzzjonijiet stmati tar-rekwiżit ta' finanzjament minimu li jkunu meħtieġa għas-servizz futur f'dawk il-perjodi jekk ma jkun hemm l-ebda prepagamenti kif deskritt f'(a).

21

Entità għandha tistima l-kontribuzzjonijiet futuri tar-rekwiżit ta’ finanzjament minimu għas-servizz futur billi tqis l-effett ta' kwalunkwe bilanċ pożittiv eżistenti ddeterminat bl-użu tal-bażi tal-finanzjament minimu imma bl-eżklużjoni tal-prepagament deskritt fil-paragrafu 20(a). Entità għandha tuża suppożizzjonijiet konsistenti mal-bażi ta' finanzjament minimu u, għal kwalunkwe fattur mhux speċifikat f'dik il-bażi, suppożizzjonijiet konsistenti ma' dawk użati biex jiġi ddeterminat l-obbligu definit tal-benefiċċju u mas-sitwazzjoni eżistenti fit-tmiem tal-perjodu tar-rapportar kif stabbilit mill-IAS 19. L-istima għandha tinkludi kwalunkwe bidla mistennija li tirriżulta meta l-entità tħallas il-kontribuzzjonijiet minimi meta jkunu dovuti. Madankollu, l-istima ma għandhiex tinkludi l-effett tal-bidliet mistennija fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-bażi ta’ finanzjament minimu li ma jkunux ippromulgati sostantivament jew miftiehma kuntrattwalment fit-tmiem tal-perjodu ta' rapportar.

22

Meta entita tiddetermina l-ammont deskritt fil-paragrafu 20(b), jekk il-kontribuzzjonijiet futuri tar-rekwiżit ta’ finanzjament minimu għas-servizz futur jaqbeż il-kost futur tas-servizz skont l-IAS 19 fi kwalunkwe perjodu partikolari, dak l-eċċess inaqqas l-ammont tal-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri. Madankollu, l-ammont deskritt fil-paragrafu 20(b) ma jista' qatt ikun anqas minn żero.

DATA EFFETTIVA

27B

Prepagamenti ta’ Rekwiżit ta’ Finanzjament Minimu żied il-paragrafu 3A u emenda l-paragrafi 16-18 u 20-22. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu abkar għandha tiżvela dan il-fatt.

TRANŻIZZJONI

29

Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 3A, 16-18 u 20-22 mill-bidu tal-abkar perjodu komparattiv ippreżentat fl-ewwel rapporti finanzjarji fejn l-entità tapplika din l-Interpretazzjoni. Jekk tkun diġà applikat din l-Interpretazzjoni qabel ma tkun applikat l-ementi, l-entità għandha tirrikonoxxi l-aġġustament li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-emendi fil-qligħ imfaddal fil-bidu tal-abkar perjodu komparattiv ippreżentat.

Top