Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0643

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 tat- 22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 191, 23.7.2009, p. 53–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2021; Imħassar b' 32019R2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/643/oj

23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/53


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 643/2009

tat-22 ta’ Lulju 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttivao2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoluo15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Settembru 1996 fuq ħtiġiet ta’ effiċjenża fl-enerġija għall-friġġijiet u friżers elettriċi domestiċi [tad-dar] u kombinazzjonijiet taghħom (2) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar tagħmir refriġeranti tad-dar. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva, li ilhom applikabbli mill-1999, issa saru skaduti.

(2)

Skont id-Direttiva 2005/32/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għall-prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

(3)

L-Artikolu 16(2), l-ewwel inċiż, tad-Direttiva 2005/32/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tintroduċi miżura implimentattiva ġdida dwar tagħmir refriġeranti tad-dar jħassar id-Direttiva 96/57/KE.

(4)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta’ tagħmir refriġeranti li tipikament jintużaw fid-djar. L-istudju ġie żviluppat flimkien ma’ partijiet interessati konċernati u interessati mill-Komunità u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati ġew ippubblikati fuq is-sit tal-internet EUROPA tal-Kummissjoni.

(5)

L-effiċjenza fl-użu tal-Enerġija tal-friġġijiet tat-tip bl-assorbiment (absorption-type) u tat-tagħmir ta’ refriġerazzjoni bit-tkessiħ termoelettriku, bħal ma huma ċ-chillers iż-żgħar tax-xorb, tista tittejjeb b’mod sinifikanti. Għalhekk, dan it-tagħmir għandu jiġi inkluż f’dan ir-Regolament.

(6)

L-aspetti ambjentali identifikati bħala aspetti sinifikanti għall-fini ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-karatteristiċi tal-prodott ddisinjati biex jiżguraw li l-utent aħħari juża t-tagħmir refriġeranti tad-dar b’mod li ma jagħmilx aktar ħsara lill-ambjent.

(7)

L-istudju ta’ tħejjija juri li r-rekwiżiti dwar parametri oħra tal-ekodisinn li jissemmew fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/32/KE mhumiex neċessarji.

(8)

Il-konsum annwali tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament fil-Komunità ġie stmat li fl-2005 kien 122 TWh, ekwivalenti għal 56 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2. Filwaqt li sal-2020 il-konsum ippjanat tal-enerġija mit-tagħmir refriġeranti tad-dar se jonqos, ir-rata ta’ dan it-tnaqqis mistennija tonqos minħabba li r-rekwiżiti u t-tikketti tal-enerġija ma jibqgħux validi. Għaldaqstant, jekk ma jiddaħħlux miżuri oħra li jaġġornaw ir-rekwiżiti eżistenti tal-ekodisinn, il-potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija effikaċi f’termini ta’ nfiq ma jkunx jista’ jintlaħaq.

(9)

Il-konsum tal-elettriku minn prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament għandu jsir aktar effiċjenti billi jiġu applikati t-teknoloġiji eżistenti mhux brevettatti u li huma effekaċi f’termini ta’ nfiq, li jnaqqsu l-ispejjeż ikkombinati għax-xiri u għat-tħaddim ta’ dawn il-prodotti.

(10)

Dan ir-Regolament għandu jiżgura t-tqegħid malajr fis-suq ta’ prodotti aktar effiċjenti fl-enerġija li huma soġġetti għal dan ir-Regolament.

(11)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent aħħari u ma għandhomx jaffettwaw is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent b’mod negattiv. B’mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis fil-konsum tal-elettriku waqt il-fażi tal-użu għandhom ipattu bil-kbir għal kwalunkwe impatt ambjentali addizzjonali waqt il-fażi tal-produzzjoni ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament.

(12)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu b’mod gradwali biex il-manifatturi jkollhom żmien biżżejjed jerġgħu jiddisinjaw kif xieraq il-prodotti tagħhom li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. Id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-rekwiżiti għandu jsir fi żmien tali biex jiġi evitat li jseħħu impatti negattivi fuq il-funzjonalità tat-tagħmir fis-suq, u b’mod li jqis l-impatti li l-prezz iħalli fuq l-utent aħħari u l-manifatturi, b’mod partikolari l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiżgura li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu fil-waqt.

(13)

Il-valutazzjoni tal-konformità u l-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott għandhom jitwettqu permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli li jinkludu, meta disponibbli, standards armonizzati adottati mill-entitajiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi, u ta’ regoli relatati mas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (3).

(14)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(15)

Sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi V u VI tad-Direttiva 2005/32/KE sa fejn din l-informazzjoni tkun relatata mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(16)

Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati punti ta’ riferiment indikattivi tal-aħjar teknoloġiji disponibbli biex jiżguraw id-disponibbilità u l-aċċessibbiltà faċli għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament.

(17)

Għalhekk id-Direttiva 96/57/KE għandha tkun irrevokata.

(18)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2005/32/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar li jopera permezz tal-elettriku u li jesa’ volum ta’ mhux aktar minn 1 500 litru.

2.   Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jopera permezz tal-elettriku, li jinkludi t-tagħmir li jinbiegħ għal użu mhux fi djar jew għal refriġerazzjoni ta’ oġġetti mhux tal-ikel.

Għandu jkun applikabbli wkoll għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jopera permezz tal-elettriku u li jista’ jopera permezz tal-batteriji.

3.   Dan ir-Regolament mhux applikabbli għal:

(a)

tagħmir ta’ refriġerazzjoni li s-sors prinċipali tal-enerġija tiegħu mhux l-elettriku, imma fjuwils bħall-gass likwefatt tal-petroljum (LPG), il-pitrolju u l-bijodiżil;

(b)

tagħmir ta’ refriġerazzjoni li jopera permezz tal-batteriji li jista’ jiġi mqabbad mal-mejns tal-elettriku permezz ta’ konverter AC/DC li jinxtara separatament;

(c)

tagħmir ta’ refriġerazzjoni magħmul ta’ darba u apposta għal użu partikolari, u li ma jkunx ekwivalenti għal mudelli oħra ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni;

(d)

tagħmir ta’ refriġerazzjoni għal użu fis-settur terzjarju fejn it-tneħħija tal-oġġetti tal-ikel minn ġo fih tingħaraf elettronikament u dik l-informazzjoni tkun tista’ tiġi trażmessa awtomatikament minn konnessjoni ta’ netwerk lejn sistema ta’ kontroll remota għal fini ta’ kontabilità;

(e)

tagħmir li l-funzjoni primarja tiegħu ma tkunx il-konservazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel permezz tar-refriġerazzjoni, pereżempju il-magni indipendenti li jipproduċu s-silġ jew id-dispensers tax-xarbiet imkessħin.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2005/32/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb li jinkludi l-inbid, u oġġetti oħra intenzjonati l-aktar għall-konsum li jeħtieġ jinżammu mkessħin f’temperaturi speċifiċi;

(2)

“tagħmir refriġeranti tad-dar” tfisser armarju iżolat, b’kompartiment wieħed jew aktar, magħmul biex ikessaħ jew jiffriża oġġetti tal-ikel, jew għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel imkessħin jew iffriżati għal skopijiet mhux professjonali, imkessaħ permezz ta’ proċess jew proċessi li jikkonsmaw l-enerġija, inkluż tagħmir li jinbiegħ bħala kitt li jintrama mill-utent aħħari;

(3)

“friġġ” tfisser tagħmir refriġeranti magħmul biex jintuża għall-konservazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel li mill-inqas ikollu kompartiment wieħed li fih jista’ jinħażen l-ikel u/jew ix-xorb frisk, inkluż l-inbid;

(4)

“tagħmir refriġeranti tat-tip bil-kompressjoni” (compression-type) tfisser tagħmir refriġeranti fejn ir-refriġerazzjoni ssir permezz ta’ kumpressur li jaħdem b’mutur;

(5)

“tagħmir refriġeranti tat-tip bl-assorbiment” (absorption-type) tfisser tagħmir refriġeranti fejn ir-refriġerazzjoni ssir permezz ta’ proċess ta’ assorbiment li juża s-sħana bħala s-sors tal-enerġija;

(6)

“friġġ-friżer” tfisser tagħmir refriġeranti li mill-inqas ikollu kompartiment wieħed għall-ħżin ta’ ikel frisk u mill-inqas kompartiment ieħor li fih jista’ jiġi ffriżat l-ikel frisk u jinħażnu oġġetti tal-ikel iffriżati b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi “tliet stilel” (il-kompartiment għall-iffriżar tal-ikel);

(7)

“armarju għall-ħżin tal-ikel iffriżat” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu kompartiment wieħed jew aktar adegwati għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel iffriżati;

(8)

“friżer tal-ikel” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu kompartiment wieħed jew aktar adegwati għall-iffriżar ta’ oġġetti tal-ikel f’temperaturi li jvarjaw mit-temperatura tal-ambjent sa -18 °C, u li jkun adegwat ukoll għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel iffriżati b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi “tliet stilel”; friżer tal-ikel jista’ jkollu wkoll xi taqsimiet u/jew kompartimenti b’ “żewġ stilel”, fil-kompartiment jew fl-armarju;

(9)

“tagħmir għall-ħżin tal-inbid” tfisser tagħmir refriġeranti li ma jkollux kompartimenti għajr kompartiment jew aktar li fihom jinħażen l-inbid;

(10)

“tagħmir b’diversi użi” tfisser tagħmir refriġeranti li ma jkollux kompartimenti għajr kompartiment jew aktar li għandhom diversi użi;

(11)

“tagħmir refriġeranti ekwivalenti” tfisser mudell li jitqiegħed fis-suq li jkollu l-istess volum gross, l-istess volum utli, l-istess karatteristiċi tekniċi, ta’ effiċjenza u ta’ prestazzjoni, u l-istess tip ta’ kompartimenti bħal mudell ta’ tagħmir refriġeranti ieħor mqiegħed fis-suq mill-istess manifattur iżda b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti.

Definizzjonijiet addizzjonali għall-fini tal-Annessi II sa VI huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fil-Punt 1 tal-Anness II. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fil-Punt 2 tal-Anness II.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-diżinn stipulata fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stipulata fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, il-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika għandu jinkludi kopja tat-tagħrif dwar il-prodott provdut skont il-Punt 2 tal-Anness III, u r-riżultati tal-kalkoli stipulati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika ta’ mudell partikolari ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar tkun ir-riżultat ta’ kalkolu li jsir abbażi tad-disinn, jew ta’ estrapolazzjoni minn tagħmir refriġeranti tad-dar ekwivalenti ieħor, jew tat-tnejn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji tat-tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn, u ta’ testijiet li l-manifatturi jwettqu biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli mwettqa F’dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar ekwivalenti li l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni tagħhom tkun inkisbet bl-istess bażi ta’ kalkolu.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2005/32/KE għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Punti ta’ riferiment

Il-punti ta’ riferiment indikattivi għat-tagħmir refriġeranti tad-dar bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ huma stipulati fl-AnnessVI.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku mhux aktar tard minn ħames snin wara li jidħol fis-seħħ u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn. B’mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta l-verifika tat-tolleranzi tal-Anness V u l-possibbiltajiet ta’ tneħħija jew tnaqqis tal-valuri tal-fatturi ta’ korrezzjoni tal-Anness IV.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li jiġu adottati rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid sa mhux aktar tard minn sentejn wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

Artikolu 8

Tħassir

Id-Direttiva 96/57/KEE ġiet imħassra mill-1 ta’ Lulju 2010.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

2.   Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn stipulati fil-punt 1(1) tal-Anness II huma applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010.

Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn stipulati fil-punt 1(2) tal-Anness II huma applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2013.

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija stipulati fil-Punt 2 tal-Anness II huma applikabbli skont l-iskeda stipulata fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness II.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(2)  ĠU L 236, 18.9.1996, p. 36.

(3)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.


ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-fini tal-Annessi II sa VI

Għall-finijiet tal-Annessi II sa VI, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“tagħmir refriġeranti ta’ tip ieħor” tfisser tagħmir refriġeranti fejn ir-refriġerazzjoni ssir permezz ta’ kwalunkwe teknoloġija jew proċess ieħor li mhux tat-tip bil-kompressjoni jew tat-tip bl-assorbiment;

(b)

“sistema li ma tipproduċix silġ (frost-free)” tfisser sistema li topera awtomatikament biex ma tħallix silġ jifforma b’mod permanenti, fejn it-tkessiħ isir permezz ta’ ċirkulazzjoni furzata tal-arja, is-silġ jitwaqqa’ minn fuq l-evaporatur jew l-evaporaturi b’sistema awtomatika tat-twaqqigħ tas-silġ, u l-ilma prodott mit-twaqqigħ tas-silġ jintrema awtomatikament;

(c)

“kompartiment mingħajr silġ” tfisser kwalunkwe kompartiment li s-silġ tiegħu jitwaqqa’ permezz ta’ sistema li ma tipproduċix silġ;

(d)

“tagħmir ingastat” tfisser tagħmir refriġeranti fiss magħmul biex jiġi installat f’armarju, fi spazju vojt f’ħajt jew f’xi post simili, u li jeħtieġ elementi oħra biex ikun komplet;

(e)

“Friġġ b’kompartiment b’temperatura moderata” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu mill-inqas kompartiment wieħed għall-ħżin tal-ikel frisk u kompartiment ieħor b’temperatura moderata, iżda ebda kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat, għat-tkessiħ jew li fih isir is-silġ;

(f)

“tagħmir b'temperatura moderata” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu biss kompartiment b'temperatura moderata wieħed jew aktar;

(g)

“friġġ-chiller” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu mill-inqas kompartiment wieħed għall-ħżin tal-ikel frisk u kompartiment ieħor taċ-chiller, iżda ebda kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat;

(h)

“kompartimenti” tfisser kwalunkwe wieħed mill-kompartimenti elenkati fil-punti (i) sa (p);

(i)

“kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk” tfisser kompartiment iddisinjat għall-ħżin ta’ ikel mhux iffriżat, li jista’ huwa stess ikun maqsum f’kompartimenti iżgħar;

(j)

“kompartiment b'temperatura moderata” tfisser kompartiment magħmul għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel jew xorb partikolari f’temperatura ogħla minn dik ta’ kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk;

(k)

“kompartiment għat-tkessiħ” tfisser kompartiment magħmul speċifikament għall-ħżin tal-oġġetti tal-ikel li jeħżienu malajr;

(l)

“kompartiment li fih isir is-silġ” tfisser kompartiment li jkollu temperatura baxxa u li jkun magħmul speċifikament għall-iffriżar u l-ħżin tas-silġ;

(m)

“kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat” tfisser kompartiment li jkollu temperatura baxxa u li jkun magħmul speċifikament għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel iffriżati u kklassifikat skont it-temperatura kif ġej:

(i)

“kompartiment bi stilla waħda”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat fejn it-temperatura ma tkunx ogħla minn – 6 °C;

(ii)

“kompartiment b’żewġ stilel”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat fejn it-temperatura ma tkunx ogħla minn – 12 °C;

(iii)

“kompartiment bi tliet stilel”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat fejn it-temperatura ma tkunx ogħla minn – 18 °C;

(iv)

“kompartiment għall-iffriżar tal-ikel” (jew “kompartiment b’erba’ stilel”): kompartiment li jkun adegwat għall-iffriżar ta’ mill-inqas 4,5 kg ta’ oġġetti tal-ikel għal kull 100 l ta’volum ta’ ħżin, u fl-ebda każ ta’ inqas minn 2 kg, mit-temperatura tal-ambjent sa – 18 °C f’perjodu ta’ 24 siegħa, li jkun adegwat ukoll għall-ħżin ta’ ikel iffriżat b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi tliet stilel, u li fil-kompartiment jista’ jkollu taqsimiet b’żewġ stilel,

(v)

“kompartiment 0-stilel”: kompartiment għall-ħżin ta’ ikel iffriżat li jkollu temperatura ta’ < 0 °C u li jista’ jintuża għall-iffriżar u l-ħżin tas-silġ iżda mhux magħmul għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel li jeħżienu malajr;

(n)

“kompartiment għall-ħżin tal-inbid” tfisser kompartiment li jkun ġie ddisinjat esklussivament biex l-inbid jinżamm fih għal perjodu ta’ żmien qasir sakemm jilħaq l-aħjar temperatura għax-xorb jew biex l-inbid jinżamm fih għal perjodu ta’ żmien twil sakemm jimmatura, u li jkollu dawn il-karatteristiċi:

(i)

temperatura tal-ħżin kontinwu, issettjata minn qabel mill-manifattur jew issettjata manwalment skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, fil-medda ta’ bejn + 5 °C u + 20 °C;

(ii)

temperatura(i) tal-ħżin li maż-żmien tvarja/ivarjaw b’anqas minn 0.5 K f’kull temperatura tal-ambjent iddikjarata speċifikata skont il-klassi klimatika tat-tagħmir refriġeranti tad-dar;

(iii)

kontroll attiv jew passiv tal-umdità fil-kompartiment f’medda ta’ bejn 50 % u 80 %;

(iv)

magħmul biex inaqqas it-trażmissjoni tal-vibrazzjoni lejn il-kompartiment, kemm min-naħa tal-kumpressur tat-tagħmir refriġeranti kif ukoll min-naħa ta’ kwalunkwe sors estern;

(o)

“kompartiment b’diversi użi” tfisser kompartiment magħmul biex jintuża f’żewġ temperaturi jew aktar tal-kompartimenti u li jkun jista’ jiġi ssettjat mill-utent aħħari b’mod li jżomm kontinwament il-medda ta’ temperaturi ta’ tħaddim applikabbli għal kull tip ta’ kompartiment skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; madankollu, jekk xi funzjoni tippermetti li t-temperaturi ta’ kompartiment ikunu jistgħu jinbidlu għal medda ta’ temperaturi ta’ tħaddim differenti għal perjodu ta’ żmien limitat biss (bħall-funzjoni ta’ ffriżar rapidu) il-kompartiment mhuwiex “kompartiment b’diversi użi” kif definit minn dan ir-Regolament;

(p)

“kompartiment ieħor” tfisser kompartiment, li mhux kompartiment għall-ħżin tal-inbid, magħmul għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel partikolari f’temperaturi ogħla minn + 14 °C;

(q)

“taqsima b’żewġ stilel” tfisser parti minn friżer tal-ikel, kompartiment għall-iffriżar tal-ikel, kompartiment bi tliet stilel jew armarju għall-ħżin tal-ikel iffriżat b’kundizzjonijiet ta’ tliet stilel li ma jkollhomx bieb jew għatu tagħhom u li t-temperatura tagħhom ma tkunx ogħla minn – 12 °C;

(r)

“chest freezer” tfisser friżer tal-ikel li l-kompartiment/i tiegħu ikun/u aċċessibbli min-naħa ta’ fuq tat-tagħmir jew li jkollu kompartimenti tat-tip li jinfetħu minn fuq u oħrajn tat-tip li jinfetħu min-naħa ta' quddiem iżda fejn il-volum gross tal-kompartiment/i li jinfetaħ/jinfetħu minn fuq ikun ogħla minn 75 % tal-volum gross totali tat-tagħmir;

(s)

“tat-tip li jinfetħu minn fuq” jew “tat-tip chest” tfisser tagħmir refriġeranti li l-kompartiment/i tiegħu jkun/u aċċessibbli min-naħa ta’ fuq tat-tagħmir;

(t)

“tat-tip li jinfetħu minn quddiem (upright)” tfisser tagħmir refriġeranti li l-kompartiment/i tiegħu jkun/u aċċessibbli min-naħa ta’ quddiem fuq tat-tagħmir;

(u)

“iffriżar rapidu” tfisser funzjoni riversibbli li l-utent aħħari jista' jattiva skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur biex inaqqas it-temperatura tal-ħżin tal-friżer jew tal-kompartiment tal-friżer biex jiffriża l-oġġetti tal-ikel mhux iffriżati fi żmien iqsar.


ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar

(1)   REKWIŻITI ĠENERIĊI TAL-EKODISINN

(1)

Mill-1 ta’ Lulju 2010:

(a)

Għat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid, din l-informazzjoni li ġejja għandha tintwera fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet ipprovdut mill-manifatturi: “Dan it-tagħmir huwa magħmul biex jintuża biss għall-ħżin tal-inbid”.

(b)

Għat-tagħmir refriġeranti tad-dar, fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet ipprovdut mill-manifatturi għandha tingħata informazzjoni dwar:

l-għażla ta’ kxaxen, basktijiet u xkafef li jwasslu għall-aktar użu effiċjenti tal-enerġija minn dak it-tagħmir, kif ukoll

il-mod kif jitnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum tal-enerġija mit-tagħmir refriġeranti tad-dar waqt li jintuża.

(2)

Mill-1 ta’ Lulju 2013:

(a)

Sa mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li tiġi attivata mill-utent aħħari skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, il-funzjoni tal-iffriżar rapidu, jew kwalunkwe funzjoni simili li ssir possibbli bil-bdil fis-settings tat-termostat, fi friżers jew f’kompartimenti ta’ friżer, għandha, terġa’ lura awtomatikament għall-kundizzjonijiet normali preċedenti tat-temperatura tal-ħżin. Dan ir-rekwiżit mhux applikabbli għal friġġ-friżers li jkollhom termostat wieħed u kumpressur wieħed mgħammra b’bord tal-kontroll elettromekkaniku.

(b)

Il-friġġ-friżers b’termostat wieħed u b’kumpressur wieħed mgħammra b’bord tal-kontroll elettroniku u li skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur jistgħu jintużaw f’temperaturi tal-ambjent aktar baxxi minn + 16 °C, għandhom ikunu tali li kwalunkwe swiċċ għall-użu fix-xitwa jew funzjoni simili li tiggarantixxi t-temperatura korretta għall-ħżin tal-ikel iffriżat tibda tiffunzjona awtomatikament skont it-temperatura tal-ambjent li t-tagħmir ikun ġie installat fih.

(c)

It-tagħmir refriġeranti tad-dar li jkollu volum ta’ ħżin ta’ inqas minn 10 litri, sa mhux aktar tard minn siegħa li jkun vojt, għandu jibda jopera awtomatikament f’modalità fejn il-konsum tal-enerġija elettrika jkun 0,00 W. Il-preżenza ta’ swiċċ tat-tifi weħida mhix biżżejjed biex tissodisfa dan ir-rekwiżit.

(2)   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAL-EKODISINN

It-tagħmir refriġeranti tad-dar li jaqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u li jkollu volum ta’ ħżin ta’ 10 litri jew aktar għandu jkun konformi mal-limiti tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija li jidhru fit-Tabelli 1 u 2.

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn fit-Tabelli 1 u 2 mhumiex applikabbli għal:

tagħmir għall-ħżin tal-inbid, jew

tagħmir refriġeranti tat-tip bl-assorbiment u tagħmir refriġeranti ta’ tip ieħor li jaqgħu fil-Kategoriji 4 sa 9 kif stipulat fil-Punt 1 tal-Anness IV.

L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar jitkejjel skont il-proċedura deskritta fl-Anness IV.

Tabella 1

Tagħmir refriġeranti tat-tip bil-kompressjoni

Id-data tal-applikazzjoni

Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI)

1 ta’ Lulju 2010

EEI < 55

1 ta’ Lulju 2012

EEI < 44

1 ta’ Lulju 2014

EEI < 42


Tabella 2

Tagħmir refriġeranti tat-tip bl-assorbiment u tagħmir refriġeranti tat-tip Ieħor

Id-data tal-applikazzjoni

Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI)

1 ta’ Lulju 2010

EEI < 150

1 ta’ Lulju 2012

EEI < 125

1 ta’ Lulju 2015

EEI < 110


ANNESS III

Kejl

Għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl għandu jitwettaq permezz ta’ proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-ITTESTJAR

Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar huma applikabbli:

(1)

jekk it-tagħmir ikun armat b’reżistenzi li ma jħallux il-kondensazzjoni tifforma u li jkunu jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, dawn għandhom jinxtegħlu u — jekk aġġustibbli — issettjati f’pożizzjoni ta’ tisħin massimu;

(2)

jekk it-tagħmir ikun armat b’ “funzjonijiet operabbli minn fuq il-bieb” tagħhom (bħad-dispensers tas-silġ jew tal ilma/xorb imkessaħ) u li jkunu jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, dawn għandhom jinżammu mixgħulin waqt li jittieħed il-kejl tal-konsum tal-enerġija iżda ma jintużawx;

(3)

fit-tagħmir u kompartimenti b’diversi użi, it-temperatura tal-ħżin waqt li jittieħed il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandha tkun it-temperatura nominali tat-tip ta’ kompartiment l-aktar kiesaħ kif iddikjarat għall użu kontinwu normali skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(4)

il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir refriġeranti għandu jiġi ddeterminat bl-aktar konfigurazzjoni kiesħa, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-użu kontinwu normali għal kwalunkwe “kompartiment ieħor” kif definit fit-Tabella 5 tal-Anness IV.

2.   PARAMETRI TEKNIĊI

Għandhom jiġu stabbiliti dawn il-parametri:

(a)

“il-qisien globali”, li jitkejlu sal-eqreb millimetru;

(b)

“l-ispazju globali meħtieġ għall-użu”, li jitkejjel sal-eqreb millimetru;

(c)

“il-volum/i gross totali”, li jitkejjel sal-eqreb numru sħiħ ta’ deċimetri kubi jew litri;

(d)

“il-volum/i tal-ħżin u l-volum/i tal-ħżin totali”, li jitkejjel sal-eqreb numru sħiħ ta’ deċimetri kubi jew litri;

(e)

“it-tip tat-twaqqigħ tas-silġ”;

(f)

“it-temperatura tal-ħżin”;

(g)

“il-konsum tal-enerġija” li jiġi indikat f’kilowatt hours kull 24 siegħa (kWh/24h), sa tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(h)

“iż-żieda fit-temperatura”;

(i)

“il-kapaċità tal-iffriżar”;

(j)

“il-konsum tal-enerġija elettrika”, li jitkejjel f’Watts sal-eqreb żewġ ċifri wara l-punt deċimali; kif ukoll

(k)

“l-umdità fil-kompartiment għall-ħżin tal-inbid”, li tiġi indikata bħala perċentwali aġġustat sal-eqreb numru sħiħ.


ANNESS IV

Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija

(1)   KLASSIFIKAZZJONI TAT-TAGĦMIR REFRIĠERANTI TAD-DAR

Fit-Tabella 1, it-tagħmir refriġeranti tad-dar huwa kklassifikat f’kategoriji. Kull kategorija hija definita skont il-kompożizzjoni speċifika tal-kompartimenti kif speċifikat fit-Tabella 2 u ma tiddipendendix mill-għadd ta’ bibien u/jew kxaxen.

Tabella 1

Kategoriji tat-tagħmir refriġeranti tad-dar

Kategorija

Tismija

1

Friġġ b’kompartiment wieħed jew aktar għall-ħżin ta’ ikel frisk

2

Friġġ b’kompartiment b’temperatura moderata, Kompartiment b’temperatura moderata u tagħmir għall-ħżin tal-Inbid

3

Friġġ-chiller u Friġġ b’kompartiment 0-stilel

4

Friġġ b’kompartiment bi stilla waħda

5

Friġġ b’kompartiment b'żewġ stilel

6

Friġġ b’kompartiment bi tliet stilel

7

Friġġ-friżer

8

Friżer li jinfetaħ minn quddiem

9

Chest freezer

10

Tagħmir b’diversi użi u tagħmir refriġeranti ieħor

It-tagħmir refriġeranti tad-dar li ma jistax jiġi kklassifikat fil-kategoriji 1 sa 9 minħabba t-temperatura tal-kompartiment jiġi kklassifikat fil-kategorija 10.

Tabella 2

Klassifikazzjoni tat-tagħmir refriġeranti tad-dar u kompożizzjoni speċifika tal-kompartimenti

Temperatura nominali (għall-EEI) (°C)

T tad-disinn

+12

+12

+5

0

0

–6

–12

–18

–18

Kategorija

(numru)

Tipi tal-kompartimenti

Oħrajn

Ħżin tal-inbid

Kompartiment b’temperatura moderata

Ħżin ta’ ikel frisk

Kompartiment

0star/Fabbrikazzjoni tas-silġ

Stilla waħda

Żewġ stilel

Tliet stilel

Erba' stilel

Kategorija tat-tagħmir

Kompożizzjoni tal-kompartimenti

FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT WIEĦED JEW AKTAR GĦALL-ĦŻIN TA’ IKEL FRISK

N

N

N

I

N

N

N

N

N

N

1

FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT B’TEMPERATURA MODERATA, KOMPARTIMENT B’TEMPERATURA MODERATA u TAGĦMIR GĦALL-ĦŻIN TAL-INBID

MO

MO

MO

I

N

N

N

N

N

N

2

MO

MO

I

N

N

N

N

N

N

N

N

I

N

N

N

N

N

N

N

N

FRIĠĠ-CHILLER u FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT BI STILLA WAĦDA

MO

MO

MO

I

I

MO

N

N

N

N

3

MO

MO

MO

I

MO

I

N

N

N

N

FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT BI STILLA WAĦDA

MO

MO

MO

I

MO

MO

I

N

N

N

4

FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT B'ZEWĠ STILEL

MO

MO

MO

I

MO

MO

MO

I

N

N

5

FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT BI TLIET STILEL

MO

MO

MO

I

MO

MO

MO

MO

I

N

6

FRIĠĠ-FRIŻER

MO

MO

MO

I

MO

MO

MO

MO

MO

I

7

FRIŻER LI JINFETAĦ MINN QUDDIEM

N

N

N

N

N

N

N

MO

I (1)

I

8

CHEST FREEZER

N

N

N

N

N

N

N

MO

N

I

9

TAGĦMIR B’DIVERSI UŻI U TAGĦMIR IEĦOR

MO

MO

MO

MO

MO

MO

MO

MO

MO

MO

10

Noti:

I

=

għandu kompartiment;

L

=

ma għandux kompartiment;

MO

=

mhux obbligatorju li jkollu kompartiment;

It-tagħmir refriġeranti tad-dar huwa kklassifikat fi klassijiet klimatiċi kif indikat fit-Tabella 3.

Tabella 3

Klassijiet klimatiċi

Klassi

Simbolu

Temperatura medja tal-ambjent °C

Temperatura moderata estiża

SN

+ 10 to +32

Temperatura moderata

N

+ 16 to +32

Temperatura subtropikali

ST

+ 16 to +38

Temperatura tropikali

T

+ 16 to +43

It-tagħmir refriġeranti għandu jkollu l-kapaċità li jżomm it-temperaturi ta’ ħżin meħtieġa fid-diversi kompartimenti fl-istess ħin u fil-limitu permess ta’ devjazzjoni tat-temperatura (matul iċ-ċiklu tat-twaqqigħ tas-silġ) kif definit fit-Tabella 4 għat-tipi differenti ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar u għall-klassijiet klimatiċi xierqa.

It-tagħmir u/jew il-kompartimenti b’diversi użi għandhom ikollhom il-kapaċità li jżommu t-temperaturi ta’ ħżin meħtieġa fid-diversi tipi ta’ kompartimenti meta dawn it-temperaturi jkunu jistgħu jiġu ssettjati mill-utent aħħar skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Tabella 4

Temperaturi tal-ħżin

Temperaturi tal-ħżin (C)

Kompartiment Ieħor

Kompartiment għall-ħżin tal-inbid

Kompartiment b’temperatura moderata

Kompartiment għall-ħżin ta’ ikel frisk

Kompartiment għat-tkessiħ

Kompartiment bi stilla waħda

Kompartiment/Taqsima b’żewġ stilel

Friżer u kompartiment/armarju għall-ħżin tal-ikel bi tliet stilel

tom

twma

tcm

t1m, t2m, t3m, tma

tcc

t*

t**

t***

> + 14

+ 5 ≤ twma ≤ + 20

+ 8 ≤ tcm ≤ + 14

0 ≤ t1m, t2m, t3m ≤ + 8; tma ≤ + 4

– 2 ≤ tcc ≤ + 3

≤ – 6

≤ – 12 (2)

≤ – 18 (2)

Noti:

tom

:

temperatura tal-ħżin tal-kompartiment l-ieħor

twma

:

temperatura tal-ħżin tal-kompartiment għall-ħżin tal-inbid b’varjazzjoni ta’ 0.5K

tcm

:

temperatura tal-ħżin tal-kompartiment b’temperatura moderata

t1m, t2m, t3m

:

temperaturi tal-ħżin tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk

tma

:

temperaturi medji tal-ħżin tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk

tcc

:

temperatura instantanja tal-ħżin tal-kompartiment taċ-chiller

t*, t**, t***

:

temperaturi massimi tal-kompartimenti għall-ħżin tal-ikel iffriżat

it-temperatura tal-ħżin għall-kompartiment li fih isir is-silġ u għall-kompartiment “stilel-0” hija aktar baxxa minn 0 °C

(2)   KALKOLU TAL-VOLUM EKWIVALENTI

Il-volum ekwivalenti ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar huwa t-total tal-volumi ekwivalenti tal-kompartimenti kollha. Dan jiġi kkalkulat fl-unità ta’ litri u aġġustat għall-eqreb numru sħiħ skont din il-formula:

Formula

fejn:

n huwa n-numru ta kompartimenti

Vc huwa l-volum tal-ħżin tal-kompartiment/i

Tc hija t-temperatura nominali tal-kompartiment(i) kif stipulat fit-Tabella 2

Formula huwa l-fattur termodinamiku kif stipulat fit-Tabella 5

FFc, CC u BI huma l-fatturi ta’ korrezzjoni tal-volum kif stipulat fit-Tabella 6

Il-fattur ta’ korrezzjoni termodinamiku Formula huwa d-differenza fit-temperatura bejn it-temperatura nominali ta’ kompartiment, Tc (definita fit-Tabella 2), u t-temperatura tal-ambjent f’kundizzjonijiet ta’ ttestjar standard b’temperatura ta’ + 25 °C, indikata bħala proporzjon mal-istess differenza għal kompartiment għall-ħżin ta’ ikel frisk b’temperatura ta’ + 5 °C.

Il-fatturi termodimaniċi għall-kompartimenti deskritti fil-Punti (i) sa (p) tal-Anness I huma stipulati fit-Tabella 5.

Tabella 5

Fatturi termodinamiċi għal kompartimenti tat-tagħmir refriġeranti

Kompartiment

Temperatura nominali

(25 – T c)/20

Kompartiment Ieħor

Temperatura tad-disinn

Formula

Kompartiment b’temperatura moderata/Kompartiment għall-ħżin tal-inbid

+ 12 °C

0,65

Kompartiment għall-ħżin ta’ ikel frisk

+ 5 °C

1,00

Kompartiment taċ-chiller

0 °C

1,25

Kompartiment li fih isir is-silġ u kompartiment 0-stilel

0 °C

1,25

Kompartiment bi stilla waħda

– 6 °C

1,55

Kompartiment b’zewġ stilel

– 12 °C

1,85

Kompartiment bi tliet stilel

– 18 °C

2,15

Kompartiment għall-iffriżar tal-ikel (kompartiment b’erba’ stilel)

– 18 °C

2,15

Noti:

(i)

għall-kompartimenti b’diversi użi, il-fattur termodinamiku jiġi ddeterminat skont it-temperatura nominali, li tidher fit-Tabella 2, tat-tip ta’ kompartiment l-aktar kiesaħ li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari u li tinżamm kontinwament skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(ii)

għal kwalunkwe taqsima b’żewġ stilel (fi friżer), il-fattur termodinamiku jiġi ddeterminat b’temperatura Tc = – 12 °C;

(iii)

għal kompartimenti oħrajn, il-fattur termodinamiku jiġi ddeterminat bit-temperatura tad-disinn l-aktar kiesħa li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari u li tinżamm kontinwament skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Tabella 6

Valur tal-fatturi ta’ korrezzjoni

Fattur ta’ korrezzjoni

Valur

Kundizzjonijiet

FF (mingħajr silġ)

1,2

Għall-kompartimenti għall-ħżin mingħajr silġ ta’ ikel iffriżat

1

Fil-każijiet l-oħra

CC (klassi klimatika)

1,2

Għal tagħmir tal-klassi T (tropikali)

1,1

Għal tagħmir tal-klassi ST (subtropikali)

1

Fil-każijiet l-oħra

BI (ingastat, built-in)

1,2

Għal tagħmir ingastat usa' minn 58 cm

1

Fil-każijiet l-oħra

Noti:

(i)

FF huwa l-fattur ta’ korrezzjoni tal-volum għal kompartimenti mingħajr silġ.

(ii)

CC huwa l-fattur ta’ korrezzjoni tal-volum għal klassi klimatika partikolari. Jekk it-tagħmir refriġeranti jkun ikklassifikat f’aktar minn klassi klimatika waħda, għall-kalkolu tal-volum ekwivalenti tintuża l-klassi klimatika li jkollha l-ogħla fattur ta’ korrezzjoni.

(iii)

BI huwa l-fattur ta’ korrezzjoni tal-volum għal tagħmir ingastat.

(3)   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) ta’ mudell ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar, il-Konsum tal-Enerġija Annwali ta’ kwalunkwe tat-tagħmir refriġeranti tad-dar jiġi mqabbel mal-Konsum tal-Enerġija Annwali Standard.

(1)

L-Indiċi tal-effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija jiġi kkalkulat u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

Formula

fejn:

=

AEC

=

il-Konsum tal-Enerġija Annwali tat-tagħmir refriġeranti tad-dar

=

SAEC

=

il-Konsum tal-Enerġija Annwali Standard tat-tagħmir refriġeranti tad-dar.

(2)

Il-Konsum tal-Enerġija Annwali (AEC ) jiġi kkalkulat, f’ kWh/sena u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

AEc = E24h × 365

fejn:

fejn E24h huwa l-konsum tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti tad-dar f’ kWh/24h, aġġustat sa tliet ċifri wara l-punt deċimali.

(3)

Il-Konsum tal-Enerġija Annwali (SAEC ) jiġi kkalkulat, f’ kWh/sena u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

SAEc = Veq × M + N + CH

fejn:

Veq huwa l-volum ekwivalenti tat-tagħmir refriġeranti tad-dar

għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jkollu kompartiment għat-tkessiħ b’volum tal-ħżin mhux inqas minn 15-il litru, CH għandu valur ta’ 50 kWh/sena

It-Tabella 7 turi l-valuri tal-M u tal-N għal kull kategorija ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar

Tabella 7

Valuri tal-M u tal-N skont il-kategorija tat-tagħmir

Kategorija

M

N

1

0,233

245

2

0,233

245

3

0,233

245

4

0,643

191

5

0,450

245

6

0,777

303

7

0,777

303

8

0,539

315

9

0,472

286

10

 (*)

 (*)


(1)  tinkludi wkoll l-armarji għall-ħżin tal-ikel iffriżat b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi tliet stilel.

(2)  għat-tagħmir refriġeranti tad-dar li ma jagħmilx silġ miegħu, waqt iċ-ċiklu tat-twaqqigħ tas-silġ, hija permessa devjazzjoni ta’ mhux aktar minn 3 K f’perjodu ta’ 4 sigħat jew f’perjodu ta’ 20 % tat-tul ta’ żmien taċ-ċiklu ta’ tħaddim, skont liema jkun l-iqsar

(*)  għat-tagħmir refriġeranti tad-dar tal-Kategorija 10, il-valuri tal-M u tal-N jiddependu mit-temperatura u l-klassifikazzjoni bl-istilel tal-kompartiment li jkollu l-aktar temperatura tal-ħżin baxxa li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari u li tinżamm kontinwament skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Meta t-tagħmir ikollu biss “kompartimenti oħrajn” kif definiti fit-Tabella 2 u fil-punt (p) tal-Anness I, jintużaw il-valuri tal-M u tal-N tal-Kategorija 1. It-tagħmir b’kompartimenti bi tliet stilel jew kompartimenti għall-iffriżar tal-ikel jitqies bħala friġġ-friżers.


ANNESS V

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw tagħmir refriġeranti tad-dar wieħed. Jekk il-parametri mkejlin ma jaqblux mal-valuri li l-manifattur jiddikjara, skont l-Artikolu 4(2), fil-medda definita fit-Tabella 1, il-kejl għandu jitwettaq fuq tliet unitajiet oħra ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar. Il-medja aritmetika tal-valuri mkejla ta’ dawn it-tliet unitajiet ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar għandha taqbel mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II fil-medda definita fit-Tabella 1.

Jekk ma taqbilx, il-mudell tat-tagħmir refriġeranti tad-dar u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu bħala mudelli li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti.

Tabella 1

Il-parametri mkejla

It-tolleranzi tal-verifika

Il-volum gross nominali

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur (*) nominali b’aktar minn 3 % jew 1.1, skont ma jkun l-ogħla valur.

Il-volum ta’ ħżin nominali

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur nominali b’aktar minn 3 % jew 1.1, skont ma jkun l-ogħla valur. Meta l-utent ikun jista’ jibdel il-volumi rispettivi tal-kompartiment b’temperatura moderata u tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk, din l-inċertezza fil-kejl tapplika meta l-kompartiment b’temperatura moderata jiċċekken għall-volum minimu tiegħu.

Il-kapaċità tal-iffriżar

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur nominali b’aktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ikbar mill-valur nominali (E24h ) b’aktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija elettrika minn tagħmir refriġeranti tad-dar li jkollu volum tal-ħżin ta’ inqas minn 10 litri

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ikbar mill-valur limitu stabbilit fil-Punt 1(2c) tal-Anness II, b’aktar minn 0.10 W b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %.

It-tagħmir għall-ħżin tal-inbid

Il-valur imkejjel tal-umdità relattiva ma għandux ikun ogħla mill-medda nominali b’aktar minn 10 %.

Minbarra l-proċedura stipulata fl-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(*)  “valur nominali” tfisser valur li jiġi ddikjarat mill-manifattur


ANNESS VI

Punti ta’ riferiment indikattivi għal tagħmir refriġeranti tad-dar

Fiż-żmien li dan ir-Regolament daħal fis-seħħ, ġie ddeterminat li l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq tat-tagħmir refriġeranti tad-dar f’termini tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) tagħhom u ta’ kemm jagħmlu storbju kienet din li tidher hawn taħt.

Friġġijiet, bil-kompressjoni:

EEI = 29,7 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 115 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 300 litru f’kompartiment għall-ħażna tal-ikel frisk u f’kompartiment chiller ta’ 25 litru, u klassi klimatika T (tropikali);

Storbju: 33 dB(A).

Friġġijiet, tat-tip bl-assorbiment:

EEI = 97,2 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 245 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 28 litru f’kompartiment għall-ħażna tal-ikel frisk, u klassi klimatika N (temperatura moderata);

Storbju ≈ 0 dB(A).

Friġġ-friżers, tat-tip bil-kompressjoni:

EEI = 28,0 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 157 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 255 litru, li 236 litru minnhom f’kompartiment għall-ħażna tal-ikel frisk u 19-il litru f’kompartiment friżer b’erba’ stilel, u klassi klimatika T (tropikali);

Storbju = 33 dB(A).

Friżers li jinfetħu minn quddiem, tat-tip bil-kompressjoni:

EEI = 29,3 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 172 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 195 litru f’kompartiment friżer b’erba’ stilel, u klassi klimatika T (tropikali);

Storbju = 35 dB(A).

Chest freezers, tat-tip bil-kompressjoni:

EEI = 27,4 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 153 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 223 litru f’kompartiment friżer b’erba’ stilel, u klassi klimatika T (tropikali);

Storbju = 37 dB(A).


Top