This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0312
Commission Regulation (EC) No 312/2009 of 16 April 2009 amending Regulation (EEC) No 2454/93 laying down provisions for the implementation of Council Regulation (EEC) No 2913/92 establishing the Community Customs Code
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2009 tas- 16 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2009 tas- 16 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju
ĠU L 98, 17.4.2009, p. 3–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481
17.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 312/2009
tas-16 ta’ April 2009
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness 37 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jipprovdi li numru li jidentifika l-persuna għandu jiddaħħal fid-dikjarazzjoni doganali f’ċerti każijiet. Madankollu, it-tip ta’ numru ta’ identifikazzjoni li għandu jintuża huwa stabbilit mill-Istati Membri u huma dawn li jirrikjedu li l-persuna kkonċernata tkun reġistrata fis-sistemi nazzjonali tagħhom. B’hekk, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra li jixtiequ jimportaw oġġetti, iġġorru u jċaqalqu oġġetti taħt proċedura ta’ tranżitu, jesportaw oġġetti jew japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-użu ta’ simplifikazzjonijiet doganali jew ta’ proċeduri doganali fi Stati Membri differenti, ikollhom jirreġistraw u jiksbu numru ta’ identifikazzjoni differenti f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. |
(2) |
Il-miżuri biex titjieb is-sigurtà, introdotti fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jipprovdu għall-analiżi u l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni konnessa mar-riskju bejn l-awtoritajiet tad-dwana u bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni f’qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju, sabiex l-awtoritajiet tad-dwana jirċievu tagħrif ta’ qabel il-wasla u qabel it-tluq tal-merkanzija kollha li tidħol jew toħroġ miż-żona doganali Komunitarja, u sabiex l-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat jingħata lill-operaturi ekonomiċi affidabbli li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Sabiex tkun iktar effettiva l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri għandu jkun possibbli li tidentifika l-persuni kkonċernati permezz ta’ referenza għal numru komuni uniku għal kull waħda minn dawk il-persuni. |
(3) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni sabiex numru tar-Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (in-numru EORI) jkun assenjat lil kull operatur ekonomiku u, fejn xieraq, lil persuni oħra bħala referenza komuni fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet tad-dwana madwar il-Komunità u biex jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u bejn dawn l-awtoritajiet u awtoritajiet oħra. Biex ikun żgurat li dan in-numru jkun uniku, għandu jintuża numru wieħed biss. |
(4) |
Ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistgħu jeħtieġu li persuni minbarra l-operaturi ekonomiċi jkollhom jipprovdu numru EORI fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet tad-dwana. L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jirreġistraw dawk il-persuni. |
(5) |
Biex tkun limitata l-ħtieġa għal tibdiliet sostanzjali fis-sistemi ta’ reġistrazzjoni nazzjonali eżistenti u tad-dispożizzjonijiet legali, u biex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni ta’ sistema ċentrali ma’ sistemi nazzjonali oħra, huwa xieraq li jkun provdut li operaturi ekonomiċi u, fejn xieraq, persuni oħra, għandhom japplikaw għal numru EORI u dan għandu jingħata lilhom mill-Istati Membri. |
(6) |
Minħabba d-diversità tal-awtoritajiet involuti fir-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra fl-Istati Membri, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet biex jassenjaw in-numri EORI u jirreġistraw l-operaturi u l-persuni l-oħra kkonċernati. |
(7) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi u persuni oħra, dawn għandhom ikunu jistgħu jiksbu numru EORI li huwa validu fi Stati Membri oħra billi jirreġistraw fi Stat Membru wieħed. Bil-ħsieb li jiġi simplifikat l-ipproċessar tal-informazzjoni u jkunu faċilitati l-kuntatti mal-awtoritajiet tad-dwana, ladarba jkun ingħata dan in-numru, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għandhom ikunu obbligati jużaw dak in-numru uniku fil-komunikazzjonijiet kollha mal-awtoritajiet tad-dwana fejn mezz ta’ identifikazzjoni huwa meħtieġ. |
(8) |
Għall-finijiet tas-simplifikazzjoni amministrattiva u biex ikun provdut aċċess affidabbli u faċli għad-dejta għall-awtoritajiet tad-dwana, sistema elettronika ċentrali għandha tiġi żviluppata għall-ħżin u l-iskambju ta’ dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi u persuni oħra u dwar in-numri EORI. |
(9) |
Sabiex tkun żviluppata sistema elettronika ċentrali u jkun żgurat l-operat bla xkiel u sikur tagħha, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib. |
(10) |
Id-dejta disponibbli fis-sistema ċentrali għandha tintuża fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u awtoritajiet nazzjonali oħra biss sa fejn l-aċċess tagħhom għal din id-dejta huwa meħtieġ bl-għan li jintlaħqu l-obbligi legali tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċaqliq tal-merkanzija kkonċernata permezz ta’ proċedura doganali. |
(11) |
Il-pubblikazzjoni tan-numri EORI u dejta limitata tar-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra hija strument li tippermetti l-verifika ta’ dik id-dejta minn partijiet oħra. Għalhekk, in-numri EORI u ċerta dejta limitata ta’ reġistrazzjoni għandhom ikunu ppubblikati. Madankollu, fid-dawl tal-konsegwenzi tal-pubblikazzjoni, din għandha sseħħ biss meta l-operatur ekonomiku jew persuna oħra, ikunu taw liberament il-permess speċifiku u infurmat tagħhom bil-miktub. |
(12) |
Il-protezzjoni ta’ individwi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Istati Membri hija rregolata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta u l-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali (4) mill-Kummissjoni hija rregolata bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (5). |
(13) |
Skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE l-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni għandhom jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri, u skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji rigward l-ipproċessar ta’ dejta personali fid-dawl tal-kompiti limitati tal-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji rigward id-dejta, u dawn l-awtoritajiet, li jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkooperaw b’mod attiv u għandhom jiżguraw li jkun hemm sorveljanza koordinata tal-ipproċessar li skont dan ir-Regolament. |
(14) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1875/2006 (6) li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93, hu neċessarju li jiġu aġġustati u speċifikati ċertu dettalji dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ qabel il-wasla jew ta’ qabel it-tluq li għandhom jingħataw lill-awtoritajiet doganali fuq merkanzija dieħla u ħierġa mit-territorju tal-Komunità. |
(15) |
Hemm bżonn ta’ aktar regoli ddettaljati b’mod partikolari rigward l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-operatur tal-mezzi ta’ trasport u l-uffiċċju tad-dwana tad-dħul f’każijiet fejn mezzi ta’ trasport jaslu f’port jew ajruport differenti minn dawk li jkunu ddikjarati fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul. |
(16) |
Barra minn hekk, għandu jkun speċifikat f’liema każijiet u f’liema forma l-operatur tal-mezzi tat-trasport għandu jinnotifika lill-uffiċċju tad-dwana tad-dħul bil-wasla tal-mezzi tat-trasport. |
(17) |
Huma neċessarji regoli iktar dettaljati li jiddefinixxu il-persuna responsabbli biex tipprovdi informazzjoni dwar merkanzija mhux Komunitarja maħżuna temporanjament mal-wasla tagħha fit-territorju doganali tal-Komunità. Informazzjoni bħal din għanda tinkiseb kemm jista’ jkun minn dejta diġà disponibbli għall-awtoritajiet tad-dwana. |
(18) |
Ġew identifikati każijiet addizzjonali fejn ma jkunx hemm bżonn ta’ dikjarazzjonijiet ta’ qabel il-wasla jew ta’ qabel it-tluq, b’mod partikolari fir-rigward ta’ merkanzija ddestinata għall-pjattaformi ta’ tħaffir jew ta’ produzzjoni jew merkanzija li ġejja minn dawn il-pjattaformi, kif ukoll armi u tagħmir militari ttrasportat mill-awtoritajiet militari ta’ Stat Membru. Minbarra dan, sabiex ikun limitat il-piż għall-operaturi ekonomiċi, kunsinni ta’ merkanzija b’valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 22 għandhom, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, jiġu eżentati mid-dikjarazzjonijiet ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq. Meta japplikaw eżenzjonijiet bħal dawn, għandha ssir analiżi tar-riskju mal-wasla jew mat-tluq tal-merkanzija bbażata fuq id-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja jew id-dikjarazzjoni doganali għall-merkanzija kkonċernata. |
(19) |
Huwa neċessarju wkoll li jiġi speċifikat it-trattament ta’ dikjarazzjonijiet ta’ qabel it-tluq li għalihom ma tkunx intbagħtet konferma ta’ ħruġ mill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ lill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni, b’dispożizzjonijiet għal proċedura ta’ inkjesta u informazzjoni bejn l-uffiċċji tad-dwana tal-esportazzjoni u tal-ħruġ. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli għall-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni li jagħlaq movimenti ta’ esportazzjoni li għalihom ikun għadu ma rċieva l-ebda konferma ta’ ħruġ mill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ, jew fuq il-bażi ta’ evidenza ppreżentata mill-esportatur jew id-dikjarant jew minħabba l-iskadenza ta’ limitu ta’ żmien speċifikat. |
(20) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1875/2006 introduċa fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 numru ta’ miżuri, inter alia fir-rigward tad-dejta li għandha tinġabar għad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ. Ċerti żviluppi tekniċi tat-teknoloġija tal-informazzjoni neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri wrew li huma meħtieġa xi aġġustamenti għal dik id-dejta, stabbiliti fl-Anness 30 A mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93. |
(21) |
Sabiex jiġu identifikati aħjar każijiet fejn settijiet simplifikati ta’ dejta jistgħu jintużaw għal ċerti kategoriji ta’ dikjarazzjonijiet, il-“Mezz tat-trasport” għandu jkun element obbligatorju tad-dejta. |
(22) |
L-aħjar metodu għal identifikazzjoni mingħajr ambigwità tal-mezz tat-trasport huwa l-użu tan-numru tal-identifikazzjoni tal-vapur tal-IMO (Unique European Vessel Identification Number) u tan-Numru Ewropew tal-Identifikazzjoni tal-Vapuri uniku (ENI). Din id-dejta għandha għalhekk tiġi pprovduta minflok l-isem tal-vapur. |
(23) |
Ladarba t-trasportatur għandu jiġi infurmat kull meta d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tiġi ppreżentata minn persuna oħra, huwa meħtieġ li tinġabar ir-referenza tan-numru tad-dokument tat-trasport tat-trasportatur. |
(24) |
Iċ-ċaqliq possibbli fl-operazzjonijiet internazzjonali tat-trasport iwassal għall-ħtieġa li jkun hemm dispożizzjoni għall-possibilità li jiġu rreġistrati talbiet ta’ bidla fid-destinazzjoni. Għal dak l-iskop għandha tiddaħħal tabella ġdida għar-rekwiżiti tad-dejta tat-talbiet għal bidla fid-destinazzjoni. |
(25) |
Minħabba r-rekwiżit li jingħata n-numru EORI mhux se tibqa’ l-ħtieġa li jintużaw in-numri tal-kodiċi sabiex jiġu identifikati l-partijiet, u fir-rigward tal-kunsinni postali, ir-referenzi għad-dikjarazzjonijiet postali għandhom jiġu sostitwiti minn referenzi għall-għoti ta’ dejta mis-servizzi postali. |
(26) |
Bħala konsegwenza tal-aġġustar magħmul fir-rekwiżiti tad-dejta, in-noti relevanti ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta għandhom jiġu aġġustati wkoll. |
(27) |
Għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
(28) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, għandhom jiżdiedu il-punti/paragrafi li ġejjin mal-: “16. In-numru EORI (In-Numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi) tfisser: Numru uniku fil-Komunità Ewropea, assenjat minn awtorità doganali jew awtorità maħtura ta’ Stat Membru lill-operaturi ekonomiċi u lil persuni oħra skont ir-regoli definiti fil-Kapitolu 6. 17. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tfisser: Id-dikjarazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 36a tal-Kodiċi li trid tiġi ppreżentata għall-merkanziji li jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Komunità, ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament” |
(2) |
Fit-Titolu I tal-Parti I jiżdied il-Kapitolu 6 li ġej: “KAPITOLU 6 Is-Sistema ta’ Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni Artikolu 4k 1. In-numru EORI għandu jintuża għall-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet tad-dwana. L-istruttura tan-numru EORI għandha tkun konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness 38. 2. Jekk l-awtorità responsabbli għall-għoti tan-numru EORI ma tkunx awtorità doganali, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra u għall-għoti tan-numri EORI lil dawn il-persuni. L-awtoritajiet tad-dwana tal-Istat Membru għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u d-dettalji tal-indirizz tal-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għall-għoti tan-numru EORI kif imniżżel fl-Artikolu 1(16). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan it-tagħrif fuq l-Internet. 3. Soġġetti għall-paragrafu 1, bħala n-numru EORI l-Istati Membri jistgħu jużaw numru li huwa diġà assenjat lil operatur ekonomiku jew persuna oħra mill-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet fiskali, ta’ statistika jew oħrajn. Artikolu 4 l 1. Operatur ekonomiku stabbilit fiż-żona doganali tal-Komunità għandu jkun irreġistrat mill-awtorità doganali jew l-awtorità maħtura tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit. L-operaturi ekonomiċi għandhom japplikaw għar-reġistrazzjoni qabel ma jibdew l-attivitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 1(12). Madankollu, l-operaturi ekonomiċi li ma applikawx għar-reġistrazzjoni jistgħu japplikaw matul l-ewwel operat tagħhom. 2. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 4k(3), l-Istati Membri jistgħu jneħħu l-obbligu li operatur ekonomiku jew persuna oħra japplikaw għal numru EORI. 3. Meta operatur ekonomiku mhux stabbilit fiż-żona doganali tal-Komunità ma jkollux numru EORI, għandu jkun irreġistrat mill-awtorità doganali jew l-awtorità maħtura tal-Istat Membru fejn hu jkun wettaq għall-ewwel darba wieħed minn dawn li ġejjin:
4. M’għandhomx ikunu reġistrati persuni oħra minbarra l-operaturi ekonomiċi sakemm ma jiġux sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
5. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4:
6. L-operaturi ekonomiċi u l-persuni l-oħra għandu jkollhom numru EORI wieħed biss. 7. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Artikolu 4(2) tal-Kodiċi għandu japplika mutatis mutandis fid-determinazzjoni ta’ jekk il-persuna tkunx stabbilita fi Stat Membru. Artikolu 4 m 1. Id-dejta dwar ir-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u, fejn ikun xieraq, persuni oħra, ipproċessata fis-sistema kif imsemmi fl-Artikolu 4o għandu jkun fiha d-dejta mniżżla fl-Anness 38d soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4o (4) u (5). 2. Meta jkunu qed jirreġistraw operaturi ekonomiċi u persuni oħra għal numru EORI, l-Istati Membri jistgħu jobbligawhom li jagħtu iktar dejta minbarra dik imniżżla fl-Anness 38d fejn dan ikun meħtieġ għal finijiet stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali tagħhom. 3. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jew, fejn xieraq, persuni oħra, jippreżentaw id-dejta msemmija fil-paragrafi 1 u 2 b’mezzi elettroniċi. Artikolu 4n In-numru EORI għandu jintuża, jekk dan ikun meħtieġ, fil-komunikazzjonijiet kollha tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra mal-awtoritajiet tad-dwana. Dan jintuża wkoll għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u bejn dawn l-awtoritajiet u awtoritajiet oħra skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4p u 4q. Artikolu 4o 1. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiżviluppaw sistema ċentrali elettronika tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li jkun fiha d-dejta mniżżla fl-Anness 38d provduta mill-Istati Membri kollha. 2. L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jipproċessaw u jiskambjaw bejn l-awtoritajiet tad-dwana u bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tad-dwana d-dejta tar-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni, elenkata fl-Anness 38d, tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra, bl-użu tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1. Id-dejta li mhux imniżżla fl-Anness 38d m’għandhiex tkun ipproċessata fis-sistema ċentrali. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi nazzjonali tagħhom jinżammu aġġornati, u jkunu kompluti u preċiżi. 4. L-Istati Membri għandhom itellgħu regolarment fuq is-sistema ċentrali d-dejta mniżżla fil-punti 1 sa 4 tal-Anness 38d li tikkonċerna lill-operaturi ekonomiċi u persuni oħra kull meta jkun assenjat numru EORI ġdid jew isir xi tibdil f’dik id-dejta. 5. L-Istati Membri għandhom itellgħu regolarment fuq is-sistema ċentrali, meta din tkun disponibbli fis-sistemi nazzjonali, id-dejta mniżżla fil-punti 5 sa 12 tal-Anness 38d li tikkonċerna lill-operaturi ekonomiċi u persuni oħra kull meta jkun assenjat numru EORI ġdid jew isir xi tibdil f’dik id-dejta. 6. Dawk in-numri EORI li jkunu assenjati biss skont l-Artikolu 41(1) sa (5) għandhom jittellgħu fis-sistema ċentrali, flimkien ma’ dejta oħra mniżżla fl-Anness 38d. 7. Fejn huwa stabbilit li operatur ekonomiku jew persuna li mhijiex operatur ekonomiku jkunu waqfu milli jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(12), l-Istati Membri għandhom juru dan fid-dejta mniżżla fil-punt 11 tal-Anness 38d. Artikolu 4p F’kull Stat Membru, l-awtorità maħtura skont l-Artikolu 4k(2) għandha tagħti aċċess dirett għad-dejta msemmija fl-Anness 38d lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ dak l-Istat Membru. Artikolu 4q 1. F’kull Stat Membru, l-awtoritajiet li ġejjin jistgħu jagħtu aċċess dirett lil xulxin skont il-każ għad-dejta msemmija fil-punti 1 sa 4 tal-Anness 38d li jkollhom fil-pussess tagħhom:
2. L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jaħżnu d-dejta msemmija f’dak il-paragrafu jew jagħmlu skambju ta’ dejta bejniethom biss jekk dan l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-finijiet tas-sodisfar tal-obbligi legali tagħhom rigward iċ-ċaqliq tal-oġġetti kkonċernati fi proċedura doganali. 3. L-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dettalji tal-indirizzi tal-awtoritajiet msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan it-tagħrif fuq l-Internet. Artikolu 4r In-numru EORI u d-dejta mniżżla fl-Anness 38d għandhom ikunu pproċessati fis-sistema ċentrali għall-perjodu ta’ żmien rikjest mil-liġi tal-Istati Membri li jkunu tellgħu d-dejta msemmija fl-Artikolu 4o(4) u (5). Artikolu 4s 1. Dan ir-Regolament ma jbiddilx u bl-ebda mod ma jaffettwa l-livell tal-protezzjoni tal-individwi rigward l-ipproċessar tad-dejta personali taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja u dik nazzjonali, u b’mod partikolari ma jbiddel la l-obbligi tal-Istati Membri rigward l-ipproċessar tad-dejta personali skont id-Direttiva 95/46/KE u lanqas l-obbligi tal-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji b’rigward l-ipproċessar tad-dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 meta jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom. 2. Id-dejta tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra, ikkostitwita mill-ġabra ta’ dejta mniżżla fil-punti 1, 2 u 3 tal-Anness 38d, tista’ tkun ippubblikata biss fuq l-Internet mill-Kummissjoni bil-permess tagħom bil-miktub, speċifiku, infurmat, u mogħti liberament. Meta jingħata, dan il-permess għandu jkun komunikat, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, lill-awtorità jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri, li huma maħtura skont l-Artikolu 4k(2), jew lill-awtoritajiet tad-dwana. 3. Id-drittijiet tal-persuni rigward id-dejta tar-reġistrazzjoni tagħhom imniżżla fl-Anness 38d, li tkun ipproċessata fis-sistemi nazzjonali, għandhom ikunu eżerċitati skont il-liġi tal-Istat Membru li jkun ħażen id-dejta personali tagħhom, u partikolarment, meta jkunu applikabbli, id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. Artikolu 4t L-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-dejta u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta li jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkoperaw b’mod attiv u jiżguraw superviżjoni koordinata tas-sistema msemmija fl-Artikolu 4o (1).” |
(3) |
L-Artikolu 181b huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 181b Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu u l-Anness 30 A: Trasportatur tfisser : il-persuna li ġġib il-merkanzija, jew li tassumi responsabilita għall-ġarr tal-merkanzija ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 36b (3) tal-Kodiċi. Iżda,
|
(4) |
Fl-Artikolu 181c, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 183 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Artikolu 183b huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 183b Fil-każ ta’ trasportazzjoni kkombinata, fejn il-mezz ta’ trasport attiv dieħel it-territorju doganali tal-Komunità qiegħed jittrasporta mezz ieħor ta’ trasport biss, li wara d-dħul fit-territorju doganali tal-Komunità, ser jiċċaqlaq waħdu bħala mezz attiv ta’ trasport, l-obbligu li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandu jaqa’ fuq l-operatur ta’ dak il-mezz ta’ trasport l-ieħor. Il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandu jikkorrispondi mal-limitu ta’ żmien relevanti għall-mezz attiv tat-trasport li jidħol fit-territorju doganali tal-Komunità, kif speċifikat fl-Artikolu 184a.” |
(7) |
L-Artikolu 183d huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 183d 1. Jekk mezz ta’ trasport attiv dieħel ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità għandu l-ewwel jasal f’uffiċċju tad-dwana li jinsab ġewwa Stat Membru li ma kienx ġie ddikjarat fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, l-operatur ta’ dan il-mezz ta’ trasport jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinforma l-uffiċċju tad-dwana tad-dħul iddikjarat permezz ta’ messaġġ ta’ ‘rikjesta għal bidla fid-destinazzjoni’. Dan il-messaġġ għandu jkollu d-dettalji stipulati fl-Anness 30 A u għandu jimtela skont in-noti ta’ spjegazzjoni li hemm f’dak l-Anness. Dan il-paragrafu ma japplikax fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 183a. 2. L-uffiċċju tad-dwana tad-dħul iddikjarat għandu javża immedjatament lill-uffiċju doganali tad-dħul attwali bil-bidla fid-destinazzjoni u bir-riżultati tal-analiżi ta’ riskju ta’ sikurezza u sigurtà.” |
(8) |
Fl-Artikolu 184a (1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(9) |
L-Artikolu 184d huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
Fl-Artikolu 184e, it-tieni u t-tielet paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej: “Meta jiġi identifikat riskju, l-uffiċċju tad-dwana tal-ewwel port jew ajruport ta’ dħul għandu jieħu azzjoni projbittiva f’każ ta’ kunsinni identifikati bħala theddida ta’ natura tant serja li jkun jinħtieġ intervent immedjat, u, f’kull każ għandu jgħaddi r-riżultati tal-analiżi tar-riskju lill-portijiet jew lill-ajruporti sussegwenti. F’portijiet jew ajruporti sussegwenti fit-territorju doganali tal-Komunità, l-Artikolu 186 għandu japplika għall-merkanzija ppreżentata lid-dwana f’dak il-port jew ajruport.” |
(11) |
L-Artikolu 184f għandu jitħassar. |
(12) |
Fil-Parti I tat-Titolu VI tal-Kapitolu 1 għandha tiżdied it-Taqsima 5 li ġejja: “ Notifika tal-wasla Artikolu 184 g L-operatur tal-mezz tat-trasport attiv li jidħol fit-territorju doganali tal-Komunità jew rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-awtoritajiet tad-dwana tal-ewwel uffiċċju doganali tad-dħul bil-wasla tal-mezz tat-trasport. Din in-notifika tal-wasla għandha jkollha d-dettalji neċessarji għall-identifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul ippreżentati fir-rigward tal-merkanzija li nġarret fuq dak il-mezz ta’ trasport. Fejn possibbli, għandhom jintużaw metodi disponibbli ta’ notifika tal-wasla.” |
(13) |
L-Artikolu 186 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 186 1. Merkanzija mhux Komunitarja ppreżentata lid-dwana għandha tkun koperta b’dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja kif speċifikat mill-awtoritajiet tad-dwana. Id-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja għandha tiġi ppreżentata mill-persuna li tippreżenta l-merkanzija jew xi ħadd ieħor f’ismu mhux aktar tard miż-żmien tal-preżentazzjoni. Fejn id-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja tkun ippreżentata minn persuna oħra għajr l-operatur tal-faċilità ta’ ħażna temporanja, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinnotifikaw lill-operatur bid-dikjarazzjoni sakemm din il-persuna hija indikata fid-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja u hija konnessa mas-sistema doganali. 2. Id-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħazna temporanja tista’ tieħu waħda minn dawn il-forom li ġejjin, kif preskritt mill-awtoritajiet tad-dwana:
3. Mhux se tkun meħtieġa referenza għal dikjarazzjoni fil-qosor ta’ dħul meta l-merkanzija diġà tkun inżammet f’maħżen temporanju jew ġiet assenjata trattament jew użu approvat mid-dwana u ma tkunx ħarġet mit-territorju doganali tal-Komunità. 4. Jistgħu jintużaw sistemi tal-inventarju kummerċjali tal-portijiet jew tat-trasport, bil-kundizzjoni li jkunu approvati mill-awtoritajiet tad-dwana. 5. Id-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja tista’ tiġi ppreżentata ma’, jew ikun fiha, in-notifika tal-wasla msemmija fl-Artikolu 184 g. 6. Għall-iskopijiet tal-Artikolu 49 tal-Kodiċi, għandu jitqies li d-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja ġiet iddepożitata fid-data tal-preżentazzjoni tal-merkanzija. 7. Id-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja għandha tinżamm mill-awtoritajiet tad-dwana sabiex jivverifikaw li l-merkanzija li hi qed tirreferi għaliha tkun assenjata trattament jew użu approvat mid-dwana. 8. Dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja ma għandhiex tkun meħtieġa meta, mhux aktar tard mill-ħin tal-preżentazzjoni tagħha lid-dwana:
9. Meta dikjarazzjoni doganali tkun ġiet iddepożitata fl-uffiċċju tad-dwana tad-dħul bħala dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, skont l-Artikolu 36c tal-Kodiċi, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jaċċettaw id-dikjarazzjoni minnufih mal-preżentazzjoni tal-merkanzija u l-merkanzija għandha titqiegħed direttament taħt il-proċedura ddikjarata skont il-kundizzjonijiet stipulati għal dik il-proċedura. 10. Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 sa 9, meta merkanzija mhux Komunitarja li tkun ġiet ittrasportata mill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ taħt proċedura ta’ tranżitu tiġi ppreżentata lid-dwana f’uffiċċju tad-destinazzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità, id-dikjarazzjoni tat-tranżitu maħsuba għall-awtoritajiet tad-dwana fl-uffiċċju tad-destinazzjoni għandha tiġi meqjusa bħala d-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja.” |
(14) |
L-Artikolu 189 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “L-Artikolu 189 Il-merkanzija li tiddaħħal ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità bil-baħar jew bl-ajru li tinżamm abbord l-istess mezz ta’ trasport għall-ġarr, mingħajr trażbord, għandha tiġi ppreżentata lid-dwana skont l-Artikolu 40 tal-Kodiċi biss fil-port jew ajruport tal-Komunità fejn tinħatt jew tiġi trażbordata.” |
(15) |
Fl-Artikolu 251(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(16) |
L-Artikolu 592a huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
Fl-Artikolu 592b (1) (a), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(18) |
L-Artikolu 592 g huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 592 g Fejn il-merkanzija koperta minn eżenzjoni, skont l-Artikolu 592a (c) sa (m), mill-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni tad-dwana sal-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikoli 592b u 592c, tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità, l-analiżi tar-riskju għandha ssir mal-preżentazzjoni tal-merkanzija, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni doganali li tkopri l-merkanzija, fejn din tkun disponibbli.” |
(19) |
Fl-Artikolu 792a(1), it-tielet sentenza għandha titħassar. |
(20) |
L-Artikolu 792b huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 792b L-Artikoli 796da u 796e għandhom japplikaw mutatis mutandis f’każijiet fejn tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni fuq il-karta.” |
(21) |
Wara l-Artikolu 796d, għandu jiddaħħal l-Artikolu 796da li ġej: “Artikolu 796da 1. Fejn, wara 90 jum mir-rilaxx tal-merkanzija għat-trasport, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni jkun għadu ma rċeviex il-messaġġ tar-‘Riżultati tal-ħruġ’ imsemmi fl-Artikolu 796d(2), l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni jista’, fejn meħtieġ, jitlob lill-esportatur jew lid-dikjarant sabiex jindikaw id-data li fiha l-merkanzija tkun ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità u l-uffiċċju tad-dwana li minnu tkun ħarġet. 2. L-esportatur jew id-dikjarant jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew wara talba magħmula skont il-paragrafu 1, jinfurmaw lill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni li l-merkanzija tkun ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità, filwaqt li jindikaw id-data li fiha l-merkanzija tkun ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità u l-uffiċċju tad-dwana li minnu tkun ħarġet u jitolbu mill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni li l-ħruġ jiġi ċċertifikat. F’dan il-każ, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jitlob għall-messaġġ tar-’Riżultati tal-ħruġ’ mingħand l-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ, li għandu jwieġeb fi żmien 10 ijiem. 3. Fejn, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ ma jikkonfermax il-ħruġ tal-merkanzija fil-limitu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu javża lill-esportatur jew lid-dikjarant. L-esportatur jew id-dikjarant min-naħa tiegħu jista’ jipprovdi lill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni bi prova li l-merkanzija ħarġet mit-territorju doganali tal-Komunità. 4. L-evidenza msemmija fil-paragrafu 3 tista’ tiġi pprovduta b’mod partikolari bis-saħħa ta’ waħda minn dawn il-mezzi jew taħlita tagħhom:
|
(22) |
L-Artikolu 796e huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 796e 1. L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jiċċertifika l-ħruġ lill-esportatur jew lid-dikjarant fil-każijiet li ġejjin:
2. Fejn, wara perjodu ta’ 150 jum mid-data tar-rilaxx tal-merkanzija għall-esportazzjoni, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni ma jkun irċieva la messaġġ tar-‘Riżultati tal-Ħruġ’ mill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ u lanqas provi sodisfaċenti skont l-Artikolu 796da(4), huwa jista’ jqis dan bħala informazzjoni li l-merkanzija ma tkunx ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità. 3. L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jinforma lill-esportatur jew lid-dikjarant u lill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ iddikjarat dwar l-invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni. L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jinforma lill-uffiċċju tal-ħruġ iddikjarat jekk huwa jkun aċċetta l-provi skont il-punt b tal-paragrafu 1.” |
(23) |
L-Artikolu 842a huwa emendat kif ġej:
|
(24) |
Fl-Artikolu 842d (1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Artikolu 592b(2) u (3) u l-Artikolu 592c għandhom japplikaw mutatis mutandis.” |
(25) |
L-Artikolu 842f għandu jiddaħħal: “Artikolu 842f Meta l-merkanzija soġġetta għal dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ tkun, wara perjodu ta’ 150 ġurnata mid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni, għadha ma ħarġitx mit-territorju Komunitarju, id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ titqies li ma tkunx giet ippreżentata.” |
(26) |
L-Anness 30 A hu emendat skont fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(27) |
L-Anness 37 hu emendat skont fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(28) |
L-Anness 38 hu emendat skont fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
(29) |
L-Anness 38d huwa miżjud, skont fl-Anness IV għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.
Madankollu, sal-1 ta’ Lulju 2010, il-punt (2) tal-Artikolu 1, safejn dan huwa relatat mal-Artikolu 4o(4), u d-dejta msemmija fil-punt 4 tal-Anness 38d, għandhom japplikaw biss meta dak id-dejta tkun disponibbli fis-sistemi nazzjonali.
Sa fejn il-punt (2) tal-Artikolu 1 huwa relatat mal-Artikolu 4o(1), għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Stat Membru jista’ japplika l-punt (2) tal-Artikolu 1 sa fejn dan hu relatat mal-Artikolu 4 l qabel l-1 ta’ Lulju 2009. F’dak il-każ, għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-data tal-applikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(3) ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13.
(4) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(6) ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.
ANNESS I
L-Anness 30 A huwa emendat kif ġej:
(1) |
Taqsima 1 hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Il-Ħtiġijiet tat-Taqsima 2 għad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u l-ħruġ huma emendati kif ġej:
|
(3) |
Fit-Taqsima numru 3, imsejħa Rekwiżiti għall-proċeduri ssimplifikati, il-frażi “Tabella 6” hija sostitwita mill-frażi “Tabella 7”. |
(4) |
It-Taqsima 4, Noti ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta, hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness 37, it-Titolu II jiġi emendat kif ġej:
(1) |
It-Taqsima A hija emendata kif ġej:
|
(2) |
It-Taqsima C hija emendata kif ġej:
|
ANNESS III
L-Anness 38, it-Titolu II jiġi emendat kif ġej:
(1) |
It-test tal-Kaxxa 2: Il-konsenjatur/esportatur huwa sostitwit b’li ġej: “Fejn huwa meħtieġ numru ta’ identifikazzjoni, għandu jintuża n-numru EORI. Huwa strutturat kif ġej:
Eżempju: ‘PL1234567890ABCDE’ għal esportatur Pollakk (kodiċi tal-pajjiż: PL) li għandu n-numru EORI nazzjonali uniku ‘1234567890ABCDE.’ Kodiċi tal-pajjiż: il-kodiċi alfabetiċi Komunitarji għall-pajjiżi u t-territorji huma bbażati fuq il-kodiċi ISO alpha 2 (a2) kurrenti safejn huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta’ Mejju 1995 dwar l-istatistika rigward il-kummerċ ta’ oġġetti bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha fuq naħa u pajjiżi mhux membri fuq in-naħa l-oħra (*). Regolarment, il-Kummissjoni tippubblika regolamenti li jaġġornaw il-lista tal-kodiċi tal-pajjiżi. |
(2) |
It-test tal-Kaxxa 8: Konsenjatarju huwa sostitwit b’li ġej: “Fejn huwa meħtieġ numru ta’ identifikazzjoni, għandu jintuża n-numru EORI, bl-istruttura kif speċifikata fid-deskrizzjoni għall-kaxxa 2.” |
(3) |
Fil-Kaxxa 14: Dikjarant/Rappreżentant, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Il-Kaxxa 50 li ġejja hi miżjuda wara l-kaxxa 49: “Il-Kaxxa 50: Prinċipali Fejn huwa meħtieġ numru ta’ identifikazzjoni, għandu jintuża n-numru EORI, bl-istruttura kif speċifikata fid-deskrizzjoni għall-kaxxa 2.” |
ANNESS IV
“ANNESS 38d
(imsemmija fl-Artikolu 4o)
Dejta pproċessata fis-sistema ċentrali stipulata fl-Artikolu 4o(1)
(1) |
In-numru EORI kif imsemmi fl-Artikolu 1(16). |
(2) |
Isem sħiħ tal-persuna |
(3) |
Indirizz ta’ stabbiliment/indirizz ta’ residenza: l-indirizz sħiħ tal-post fejn il-persuna hija stabbilita/toqgħod, inkluż l-identifikatur tal-pajjiż jew tat-territorju (il-kodiċi tal-pajjiż ISO alpha 2, jekk disponibbli, kif definit fl-Anness 38, it-Titolu II, il-kaxxa 2). |
(4) |
In-numru(-i) ta’ identifikazzjoni tal-VAT, meta jkun/u assenjat/i mill-Istati Membri. |
(5) |
Fejn xieraq, l-istatus legali kif imsemmi fid-dokument ta’ stabbiliment. |
(6) |
Data ta’ stabbiliment jew, fil-każ ta’ persuna naturali, id-data tat-twelid. |
(7) |
Tip ta’ persuna (persuna naturali, persuna ġuridika, assoċjazzjoni ta’ persuni kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tal-Kodiċi) f’forma ta’ kodiċi. Il-kodiċi relevanti jingħataw hawn taħt:
|
(8) |
Informazzjoni ta’ kuntatt: isem u indirizz tal-persuna ta’ kuntatt u kwalunkwe minn dawn li ġejjin: numru tat-tel., feks, indirizz elettroniku. |
(9) |
Fil-każ li l-persuna mhijiex stabbilita fiż-żona doganali Komunitarja: numru(-i) ta’ identifikazzjoni meta dan ikun assenjat lill-persuna kkonċernata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz li miegħu jkun hemm fis-seħħ Ftehim dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi kwistjonijiet doganali. Dan in-numru(-i) ta’ identifikazzjoni għandu jinkludi l-identifikatur tal-pajjiż jew taż-żona (il-kodiċi tal-pajjiż ISO alpha 2, jekk disponibbli, kif definit fl-Anness 38, it-Titolu II, il-kaxxa 2). |
(10) |
Fejn ikun xieraq, il-kodiċi tal-attività ekonomika ewlenija b’erba’ numri skont il-Klassifikazzjoni tal-Istatistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE) imniżżel fir-reġistru tan-negozju tal-Istat Membru kkonċernat. |
(11) |
Data ta’ skadenza tan-numru EORI, fejn applikabbli. |
(12) |
Kunsens, jekk jingħata, għall-iżvelar tad-dejta personali mniżżla fil-punti 1, 2 u 3.” |