This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0162
2009/162/EC: Commission Decision of 26 February 2009 amending Decision 2005/51/EC as regards the period during which soil contaminated by pesticides or persistent organic pollutants may be introduced into the Community for decontamination purposes (notified under document number C(2009) 1174)
2009/162/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perjodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu jistgħu jiġu introdotti fil-Komunità għal raġunijiet ta’ dekontaminazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1174)
2009/162/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perjodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu jistgħu jiġu introdotti fil-Komunità għal raġunijiet ta’ dekontaminazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1174)
ĠU L 55, 27.2.2009, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
27.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Frar 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perjodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu jistgħu jiġu introdotti fil-Komunità għal raġunijiet ta’ dekontaminazzjoni
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1174)
(2009/162/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-deroga mid-Direttiva 2000/29/KE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE tal-21 ta’ Jannar 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ħamrija li hija kkontaminata b’pestiċidi jew b’sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għal raġunijiet ta’ dekontaminazzjoni (2) tawtorizza, għal perjodu limitat, lill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-programm tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (il-FAO) dwar prevenzjoni u rimi ta’ pestiċidi li ma għadhomx jintużaw u li mhumiex iktar bżonnjużi li jdaħħlu fil-Komunità ħamrija li hija kkontaminata minn tali pestiċidi għat-trattament f’impjanti ta’ inċinerazzjoni apposta għall-iskart perikoluż. |
|
(2) |
Minħabba li l-implimentazzjoni ta’ dak il-programm ġiet ittardjata, il-perjodu li tulu tista’ tiddaħħal il-ħamrija kkontaminata skont l-awtorizzazzjoni mogħtija mid-Deċiżjoni 2005/51/KE għandu jerġa’ jiġi estiż. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2005/51/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/51/KE, il-kliem “it-28 ta’ Frar 2009” jinbidel bil-kliem “id-29 ta’ Frar 2012”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni