EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1360
Council Regulation (EC) No 1360/2008 of 2 December 2008 amending Regulation (EC) No 332/2002 establishing a facility providing medium-term financial assistance for Member States’ balances of payments
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1360/2008 tat- 2 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagamenti tal-Istati Membri
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1360/2008 tat- 2 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagamenti tal-Istati Membri
ĠU L 352, 31.12.2008, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 352/11 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1360/2008
tat-2 ta' Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagamenti tal-Istati Membri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) |
In-numru kbir ta’ Stati Membri li attwalment ma jagħmlux parti miż-żona tal-euro jaffettwa t-talba potenzjali għall-assistenza finanzjarja Komunitarja fuq perijodu ta' żmien medju u, flimkien mal-evoluzzjoni fil-kuntest internazzjonali, jeżiġi li jiżdied il-limitu għall-ammont ta’ self pendenti li jista’ jingħata lill-Istati Membri stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 332/2002 (1) minn EUR 12-il biljun għal EUR 25 biljun. Jekk tkun meħtieġa urġentement reviżjoni tal-limitu, l-istituzzjonijiet rilevanti għandhom jipproċedu minnufih skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
(2) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 huwa b'dan emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“L-ammont ta' self pendenti li jista' jingħata lill-Istati Membri taht din il-facilità għandu jkun limitat għal EUR 25 biljun ta' kapital.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
C. LAGARDE