This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0501
Commission Regulation (EC) No 501/2008 of 5 June 2008 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 3/2008 on information provision and promotion measures for agricultural products on the internal market and in third countries
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 501/2008 tal- 5 ta’ Ġunju 2008 dwar termini u kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 rigward azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 501/2008 tal- 5 ta’ Ġunju 2008 dwar termini u kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 rigward azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi
ĠU L 147, 6.6.2008, p. 3–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2015; Imħassar b' 32015R1829
6.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 147/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 501/2008
tal-5 ta’ Ġunju 2008
dwar termini u kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 rigward azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 rigward azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4, u l-Artikoli 5, 9 u 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 jistipula li l-Kummissjoni tiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ twettiq ta’ programmi ta’ tagħrif u promozzjoni kofinanzjati mill-baġit Komunitarju. |
(2) |
Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, il-prospettivi ta’ l-iżvilupp tas-swieq sew ġewwa kif ukoll barra l-Komunità, kif ukoll tal-kuntest ġdid tal-kummerċ internazzjonali, huwa f'loku li tiġi żviluppata politika globali u koerenti ta’ l-informazzjoni u l-promozzjoni dwar il-prodotti agrikoli u l-modi ta’ produzzjoni tagħhom flimkien mal-prodotti ta’ l-ikel ibbażati fuq il-prodotti agrikoli, fis-suq intern u fis-swieq ta’ pajjiż terzi, madankollu, mingħajr ma tħajjar għall-konsum ta’ prodott fuq il-bażi ta’ l-oriġini partikolari tiegħu. Minħabba ċarezza, jeħtieġ għalhekk li jiġu rrevokati r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1071/2005 ta’ l-1 ta’ Lulju 2005 rigward it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar l-azzjonijiet ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern (2) u (KE) Nru 1346/2005 tas-16 ta’ Awissu 2005 rigward it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2702/1999 dwar miżuri sabiex jipprovdu t-tagħrif fuq, u jippromwovu, il-prodotti agrikoli f'pajjiżi terzi (3) u li jinbidlu b'regolament uniku, filwaqt li jinżammu, kapitli distinti, l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-azzjonijiet skond il-post tat-twettiq tagħhom. |
(3) |
Bl-għan li jkun hemm ġestjoni tajba, jeħtieġ li wieħed jaħseb biex titħejja u tiġi aġġornata perjodikament il-lista tat-temi u tal-prodotti li huma marbutin ma’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni favur il-prodotti agrikoli fis-suq intern, jinħatru l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mit-twettiq ta’ dan ir-Regolament u kif ukoll jiġi stabbilit it-tul tal-programmi. |
(4) |
Bl-għan li jingħata tagħrif u ħarsien lill-konsumaturi, jeħtieġ li kull messaġġ li jirreferi għall-effetti fuq is-saħħa rigward prodott agrikolu, immirat għall-konsumaturi jew f'miri oħra, fil-qafas tal-programmi dwar is-suq intern, għandu jissejjes fuq bażi xjentifika rikonoxxuta u li l-għejun ta’ din l-informazzjoni jkunu rikonoxxuti. |
(5) |
Sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, jeħtieġ li minn naħa jiġu stabbiliti l-linji gwida u l-orjentazzjonijiet ġenerali li għandhom jiġu segwiti b'rigward għall-prodotti li jkunu suġġetti għal kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni fis-suq intern, u min-naħa l-oħra, ir-regoli li għandhom jiġu segwiti b'rigward għar-referenza ta’ l-oriġini partikolari tal-prodotti li huma suġġetti għal kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni fil-pajjiżi terzi. |
(6) |
Bl-għan li jkun hemm sigurtà legali, jeħtieġ jiġi speċifikat li l-programmi proposti għas-suq intern, għandhom iħarsu b'mod partikolari l-liġijiet kollha tal-Komunità dwar il-prodotti kkonċernati u t-tqegħid fis-suq tagħhom, kif ukoll il-linji gwida msemmija. |
(7) |
Jidher xieraq li sabiex tiġi stabbilita uniformità fit-termini u l-kundizzjonijiet fl-għażla tal-korpi ta’ implimentazzjoni u fl-għażla tal-programmi, fil-pajjiżi terzi, li jiġu applikati l-istess regoli għall-azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, imsemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008. Bil-għan li jkun hemm sigurtà legali, jeħtieġ li l-messaġġi mgħoddija fil-qafas tal-programmi jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-pajjiżi terzi fil-mira. |
(8) |
Għandha tiġi speċifikata l-proċedura dwar il-preżentazzjoni tal-programmi u l-għażla tal-korp ta’ implimentazzjoni, b'tali mod li tiġi żgurata kompetizzjoni mill-aktar mifruxa u l-moviment ħieles tas-servizzi, filwaqt li għandhom jitqiesu, fil-każ li l-organizzazzjoni li tipproponi tkun korp pubbliku, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (4). |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 jistipula l-possibbiltà għall-organizzazzjonijiet li jipproponu li jwettqu huma stess ċerti partijiet mill-programmi, li jagħżlu l-korpi ta’ implimentazzjoni aktar 'il quddiem matul il-proċedura u li jżommu l-livell tal-kontributi mill-Komunità f’wieħed stabbli u li ma jaqbiżx il-50 % ta’ l-ispiża reali ta’ kull fażi tal-programm, u ta’ 60 % għall-azzjonijiet previsti mis-settur tal-frott u l-ħxejjex li jindirizza ruħu għat-tfal fi stabbilimenti skolastiċi tal-Komunità. Jeħtieġ li wieħed jaħseb għat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kif jistgħu jiġu applikati dawn id-dispożizzjonijiet. |
(10) |
Għandhom jiġu stabbiliti l-kriterji dwar l-għażla tal-programmi mill-Istati Membri, u l-kriterji dwar il-valutazzjoni tal-programmi magħżula mill-Kummissjoni, b'tali mod li jiġi żgurat il-ħarsien tar-regoli tal-Komunità u li l-azzjonijiet li jitwettqu jkunu effettivi. Wara li tifli l-programmi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi liema huma l-programmi milqugħa u tara x'finanzjament se jkun marbut magħhom. |
(11) |
Għall-programmi maħsuba għall-pajjiżi terzi, jeħtieġ, minħabba l-effiċjenza ta’ l-azzjonijiet Komunitarji, li l-Istati Membri jiżguraw koerenza u l-komplimentarità tal-programmi approvati mill-programmi nazzjonali jew reġjonali u, jeħtieġ li jiġu ddefiniti l-kriterji preferenzjali ta’ l-għażla tal-programmi sabiex jitjieb kemm jista' jkun l-impatt tagħhom. |
(12) |
Fejn ikun hemm programmi bis-sehem ta’ bosta Stati Membri, jeħtieġ li jinħasbu miżuri minn qabel sabiex dawn jiftiehmu flimkien dwar il-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-programmi. |
(13) |
Bl-għan li jkun hemm ġestjoni finanzjarja tajba, it-termini u l-kundizzjonijiet tas-sehem finanzjarju mill-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet li jipproponu għandhom jiġu speċifikati fil-programmi. |
(14) |
Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ finanzjament doppju, jeħtieġ li jiġu esklużi milli jirċievu għajnuna skond ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 dawk l-azzjonijiet ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni fis-suq intern, li jkunu qegħdin jirċievu xi għajnuna skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mogħti mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (Feader) (5). |
(15) |
It-termini u l-kundizzjonijiet differenti ta’ kif jitwettqu l-impenji meħuda għandhom jiġu stipulati fil-kuntratti li jiġu konklużi bejn il-partijiet interessati u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fi żmien raġonevoli, mibnija fuq il-mudelli ta’ kuntratti li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri. |
(16) |
Sabiex jiġi garantit li l-programm jitwettaq kif suppost, jeħtieġ li l-kuntrattur jagħti lill-awtorità nazzjonali kompetenti garanzija, li tlaħħaq il-15 % tal-kontributi mill-Komunità u mill-Istati Membri kkonċernati. Għall-istess għan, għandha tingħata garanzija f'każ li ssir talba għal ħlas bil-quddiem għal kull fażi annwali. |
(17) |
Għandhom jiġu speċifikati l-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri. |
(18) |
Jeħtieġ li jiġi speċifikat li t-twettiq tal-miżuri previsti fil-kuntratti jitqiesu bħala ħtieġa ewlenija għall-finijiet ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/1985 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi termini u kundizzjonijiet komuni dwar it-tħaddim tas-sistema ta’ garanziji għall-prodotti agrikoli (6). |
(19) |
Sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet marbutin mal-ġestjoni baġitarja, għandha tiġi prevista sanzjoni finanzjarja f'każ ta’ dewmien fil-preżentazzjoni tat-talbiet għall-ħlasijiet intermedjarji jew f'każ li jaslu tard mill-Istati Membri. |
(20) |
Bl-għan li jkun hemm ġestjoni finanzjarja tajba u sabiex jiġi evitat ir-riskju li l-ħlasijiet li jsiru jieħdu l-kontribut finanzjarju kollu li jsir mill-Komunità b'tali mod li ma jifdalx bilanċ tal-ħlasijiet, jeħtieġ li wieħed jara li l-ħlas bil-quddiem u l-ħlasijiet intermedjarji differenti ma jkunux jistgħu jaqbżu t-80 % tal-kontribuzzjonijiet tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri. Għall-istess għan, it-talba għall-ħlas li jifdal sabiex tintlaħaq is-somma sħiħa għandha tasal għand l-awtorità nazzjonali kompetenti sa ċertu żmien stipulat. |
(21) |
L-Istati Membri jeħtiġilhom jivverifikaw il-materjal kollu ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni magħmul fil-qafas tal-programmi. Għandhom jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li taħthom jintuża dan il-materjal wara t-tmiem tal-programmi. |
(22) |
Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, u sabiex wieħed jara li l-programmi jitwettqu kif suppost, jeħtieġ li jiġu speċifikati t-termini u l-kundizzjonijiet tas-segwitu garantit mill-grupp imwaqqaf għal dan l-għan permezz tar-Regolament (KE) Nru 3/2008. |
(23) |
Jidher li hu meħtieġ li l-Istati Membri jkollhom kontroll fuq it-twettiq ta’ l-azzjonijiet u li l-Kummissjoni tinżamm infurmata b'li joħroġ mill-verifiki u l-kontrolli previsti f'dan ir-Regolament. Bil-ħsieb li l-ġestjoni finanzjarja tkun fis-sod, tajjeb li jkun hemm kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri, meta l-azzjonijiet jitwettqu fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun stabbilita l-organizzazzjoni kompetenti li daħlet għall-kuntratt. |
(24) |
Sabiex jitħarsu b'mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-Komunità, għandhom jiġu adottati miżuri xierqa sabiex jiġu miġġielda l-frodi u n-negliġenzi serji. Għandhom jiddaħħlu sistemi ta’ rimborsi u sanzjonijiet għal dan il-għan. |
(25) |
Jeħtieġ jiġi stabbilit b'mod ċar li, fir-rigward tal-programmi multiannwali, għandu jiġi ppreżentat rapport intern ta’ valutazzjoni wara t-tmiem ta’ kull fażi annwali, anki meta ma tkun tressqet ebda talba għall-ħlas. |
(26) |
Ir-rata ta’ imgħax li għandu jħallas min jirċievi ħlas mhux dovut għandha tinġieb f'linja mar-rata ta’ imgħax li tapplika fuq self li ma jitħallasx sa meta suppost, kif imsemmija fl-Artikolu 86 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi l-modalitajiet dwar it-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (7). |
(27) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
L-ewwel Artikolu
Għan u Definizzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 3/2008, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mat-tfassil, l-għażla, l-implimentazzjoni, il-finanzjament u l-kontroll tal-programmi msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament imsemmi.
2. Bil-kelma “programm” għandu jiġi mfisser ġabra ta’ azzjonijiet koerenti li għandhom firxa wiesgħa biżżejjed b’tali mod li jistgħu jwasslu sabiex titkattar l-informazzjoni dwar il-prodotti kkonċernati u sabiex jiżdied il-bejgħ tagħhom.
Artikolu 2
Ħatra ta’ l-Awtoritajiet Kompetenti
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mit-twettiq ta’ dan ir-Regolament (imsejħa minn issa ’l quddiem “l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti”).
Huma għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-ismijiet u d-dettalji sħaħ ta’ l-awtoritajiet maħtura kif ukoll it-tibdil kollu li jsir fihom.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f’sura adattata.
Artikolu 3
Tul tal-Programmi
Il-programmi ma għandhomx idumu anqas minn sena u mhux aktar minn tliet snin li jibdew jgħoddu mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt, imsemmi fl-Artikolu 16(1) marbut miegħu.
Artikolu 4
Karatteristiċi tal-Messaġġi ta’ Informazzjoni u ta’ Promozzjoni għall-Programmi għas-suq intern
1. Sabiex jitħarsu l-kriterji msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 kwalunkwe messaġġ ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni mmirat sabiex jasal għand il-konsumaturi jew f'miri oħra fil-qafas tal-programmi (imsejjaħ minn issa 'l quddiem “il-messaġġ”) għandu jissejjes fuq il-kwalitajiet intrinsiċi tal-prodott ikkonċernat jew il-karatteristiċi tiegħu.
2. Kull referenza għall-oriġini tal-prodott trid tkun sekondarja għall-messaġġ ċentrali tal-kampanja. Madankollu, l-indikazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodott tista' tidher fil-qafas ta’ azzjoni informattiva jew promozzjonali, meta din ir-referenza ssir skond ir-regoli tal-Komunità, jew inkella biex jintwerew l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni bħala xhieda meħtieġa għal xi prodott.
3. Fil-messaġġi li se jitwasslu, kwalunkwe referenza għall-effetti li l-konsum tal-prodotti kkonċernati jkollu fuq is-saħħa għandha tissejjes fuq data xjentifika li għandha rikonoxximent wiesa'.
Il-messaġġi li jsemmu effetti ta’ din ix-xorta għandhom ikunu ntlaqgħu mill-awtorità nazzjonali responsabbli għas-saħħa pubblika.
L-organizzazzjoni professjonali jew interprofessjonali, imsemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 u li qiegħda tipproponi programm, għandha żżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-Istat Membru kkonċernat u tal-Kummissjoni l-lista ta’ l-istudji xjentifiċi u ta’ l-opinjonijiet ta’ l-istituzzjonijiet xjentifiċi awtorizzati li fuqhom huma msejsa l-messaġġi li qegħdin jingħataw fi ħdan il-programm fejn jissemmew l-effetti fuq is-saħħa.
Artikolu 5
Karatteristiċi tal-Messaġġi ta’ Informazzjoni u ta’ Promozzjoni għall-Programmi għas-suq intern
1. Kull messaġġ jissejjes fuq il-kwalitajiet intrinsiċi tal-prodott ikkonċernat jew il-karatteristiċi tiegħu.
Il-messaġġi għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiżi terzi fejn huma ddestinati li jaslu.
2. Kull referenza għall-oriġini tal-prodott trid tkun sekondarja għall-messaġġ ċentrali tal-kampanja. Madankollu, l-indikazzjoni ta’ l-oriġini ta’ prodott tista’ tidher fil-qafas ta’ azzjoni informattiva jew promozzjonali, meta din ir-referenza ssir skond ir-regoli tal-Komunità, jew inkella biex jintwerew l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni bħala xhieda meħtieġa għal xi prodott.
Artikolu 6
Għan ta’ l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu u l-baġits indikattivi
1. Il-lista tat-temi u l-prodotti li jistgħu jkunu suġġetti għal azzjonijiet li għandhom jitwettqu fuq is-suq intern, skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 tidher fl-Anness I, il-parti A ta’ dan ir-Regolament.
Din għandha tiġi aġġornata kull sentejn, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu.
2. Il-lista tal-prodotti li jistgħu jkunu suġġetti għal azzjonijiet li għandhom jitwettqu fil-pajjiżi terzi skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 tidher fl-Anness II, il-parti A ta’ dan ir-Regolament. Il-lista tas-swieq terzi fejn dawn l-azzjonijiet jistgħu jitwettqu tidher fl-Anness II, il-parti B.
Din għandha tiġi aġġornata kull sentejn, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru.
3. Il-baġits indikattivi annwali għas-setturi differenti jidhru fl-Anness III.
KAPITOLU II
GĦAŻLA TAL-PROGRAMMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 6 SA 8 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 3/2008
Artikolu 7
Programmi maħsuba għall-pajjiżi terzi mwettqa b’kollaborazzjoni ma’ l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali
1. Meta japplika l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008, l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija f’dan l-Artikolu għandhom iressqu, fuq talba tal-Kummissjoni, proposti għal programmi maħsuba għas-sena ta’ wara.
Il-kundizzjonijiet ta’ l-għoti u l-ħlas tal-kontribut mill-Komunità, imsemmija fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008, huma regolati permezz ta’ ftehim dwar ħlasijiet milħuq bejn il-Komunità u l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata.
2 Id-Direttiva 2004/18/KE tapplika f'każ ta’ twettiq ta’ azzjonijiet mill-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008.
Artikolu 8
Preżentazzjoni tal-programmi
1. Sabiex jitwettqu l-azzjonijiet fi ħdan il-programmi, l-Istat Membru kkonċernat għandu joħroġ sejħa għal proposti kull sena.
Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru, b'rigward għas-suq intern, u sal-31 ta’ Marzu l-aktar tard, għal dak li għandu x'jaqsam mal-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali tal-Komunità, li jirrappreżentaw is-setturi kkonċeranti (imsejħa minn issa 'l quddiem “l-organizzazzjonijiet li jipproponu”), għandhom iressqu l-programmi tagħhom lill-Istat Membru.
Il-programmi għandhom jitressqu f’format stabbilit mill-Kummissjoni u li jinsab fuq il-websajt tagħha. Dan il-format għandu jinhemeż mas-sejħiet għal proposti msemmija fl-ewwel subparagrafu.
2. Il-programmi mressqa skond il-paragrafu wieħed għandhom:
(a) |
iħarsu r-regoli tal-Komunità marbuta mal-prodotti kkonċernati u t-tqegħid fis-suq tagħhom; |
(b) |
iħarsu t-termini u kundizzjonijiet li fihom il-kriterji użati għall-esklużjoni, l-għażla u l-għoti tal-kuntratti mqassma mill-Istati Membri kkonċernati għal dan l-għan; |
(c) |
ikunu biżżejjed żviluppati sabiex il-konformità tagħhom mar-regoli applikabbli u r-rapport tagħhom spejjeż/effiċjenza jkun jista' jiġi vvalutat. |
3. Bl-għan li twettaq il-programmi tagħha, kull organizzazzjoni li tipproponi, tagħżel, wara proċedura ta’ kompetizzjoni skond il-mezzi adattati u vverifikati mill-Istat Membru, korp wieħed ta’ implimentazzjoni jew bosta. Meta din l-għażla tkun laħqet saret qabel ma jitressaq il-programm, il-korp ta’ implimentazzjoni jista' jkollu sehem fit-tfassil tiegħu.
Artikolu 9
Għażla minn qabel tal-programmi mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista proviżorja tal-programmi li jagħżlu skond il-bażi ta’ kriterji stabbiliti fit-termini u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(2), il-punt b).
2. Il-programmi maħsuba għall-pajjiżi terzi għandhom jiġu miflija mill-Istati Membri, b’mod partikolari skond il-kriterji li ġejjin:
(a) |
il-koerenza ta’ bejn l-istrateġiji proposti u l-miri stabbiliti, |
(b) |
il-kwalità ta’ l-azzjonijiet proposti, |
(c) |
l-impatt mistenni, ġaladarba dawn jitwettqu, fuq il-bidla fit-talba għall-prodotti kkonċernati, |
(d) |
il-garanziji ta’ kemm huma effikaċi u rappreżentattivi l-organizzazzjonijiet li jipproponu, |
(e) |
il-mezzi tekniċi u s-siwi garantit tal-korp ta’ implimentazzjoni li jiġi propost. |
3. Il-programmi maħsuba għas-suq intern, iħarsu, barra l-obbligi stipulati fl-Artikolu 8 u dan l-Artikolu, il-linji ta’ gwida għall-promozzjoni fuq is-suq intern, imsemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 u li jidhru fl-Anness I, il-parti B ta’ dan ir-Regolament.
4. Meta jkun maħsub programm li jinteressa bosta Stati Membri, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiftiehmu sabiex jagħżlu l-programm u jaħtru Stat Membru bħala koordinatur. B'mod partikolari huma għandhom jimpenjaw ruħhom li jikkofinanzjawh skond l-Artikolu 14(2), u li jwaqqfu kollaborazzjoni amministrattiva bejniethom sabiex ikun eħfef li jsiru l-monitoraġġ, it-twettiq u l-kontroll ta’ dak il-programm.
5. Għall-programmi maħsuba għall-pajjiżi terzi, kull Stat Membru għandu jara li l-azzjonijiet nazzjonali jew reġjonali maħsuba jkunu jaqblu ma’ dawk li qegħdin jiġu kkofinanzjati skond ir-Regolament (KE) Nru 3/2008, kif ukoll li l-programmi mressqa jikkomplementaw il-kampanji nazzjonali jew reġjonali.
Artikolu 10
Prijorità fl-għażla tal-programmi maħsuba għall-pajjiżi terzi
1. Fost il-programmi msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 imressqa minn bosta Stati Membri, tingħata preferenza lil dawk il-programmi maħsuba għall-pajjiżi terzi, lil dawk li jikkonċernaw ġabra ta’ prodotti u jisħqu, b'mod partikolari, fuq l-aspetti marbuta mal-kwalità, il-valur nutrittiv u s-sigurtà ta’ l-ikel fil-produzzjoni tal-Komunità.
2. Meta jkun hemm programmi li jinteressaw Stat Membru wieħed waħdu jew li jinvolvu prodott wieħed, tingħata preferenza lil dawk li juru l-interess tal-Komunità f’dak li għandu x’jaqsam b’mod partikolari ma’ kwalità, valur nutrittiv kif ukoll is-sigurtà u r-rappreżentattività fil-produzzjoni agrikola u alimentari Ewropea.
Artikolu 11
Għażla tal-Programmi mill-Kummissjoni
1. Kull sena, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar, għal dak li għandu x'jaqsam mas-suq intern, u sat-30 ta’ Ġunju l-aktar tard, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-lista msemmija fl-Artikolu 9(1), li jkun fiha wkoll, fejn japplika, il-lista tal-korpi ta’ implimentazzjoni magħżula minnhom, meta dawn ikunu diġà ntgħażlu skond l-Artikolu 8(3), u kif ukoll kopja tal-programmi.
Meta jkun hemm programmi bis-sehem ta’ bosta Stati Membri, din l-informazzjoni għandha tingħata bi qbil komuni bejn l-Istati Membri kkonċernati.
2. Il-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kkonċernati jekk tinnota n-nuqqas ta’ konformità totali jew parzjali ta’ programm imressaq:
(a) |
mar-regoli Komunitarji, jew |
(b) |
mal-linji gwida, għal dak li għandu x'jaqsam mas-suq intern, jew |
(c) |
mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 9(2), għal dak li għandu x'jaqsam mal-pajjiżi terzi. |
It-tagħrif imsemmi fl-ewwel daħla se jiġi kkomunikat fi żmien sittin jum kalendarju wara l-irċevuta tal-lista msemmija fl-Artikolu 9(1).
3. Skond l-Artikolu 7(2), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 3/2008, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-programmi rriveduti lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum kalendarju wara li tkun waslitilhom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Wara verifika tal-programmi rriveduti, il-Kummissjoni tiddeċiedi, sat-30 ta’ Ġunju l-aktar tard, għal dak li għandu x'jaqsam mas-suq intern u, sat-30 ta’ Novembru, l-aktar tard, għal dak li għandu x'jaqsam mal-pajjiżi terzi, liema programmi tista' tikkofinanzja skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), tar-Regolament (KE) Nru 3/2008.
4. L-organizzazzjoni/jiet proponenti għandhom jaraw li l-programm magħżul jitwettaq u jitmexxa kif għandu jkun.
Artikolu 12
Approvazzjoni mill-Istat Membru tal-korpi ta’ implimentazzjoni
1. L-għażla tal-korpi ta’ implimentazzjoni skond l-Artikolu 8(3), għandha tiġi approvata mill-Istat Membru li jgħarraf lill-Kummissjoni b’din il-ħaġa qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 16(1).
2. L-Istat Membru għandu jivverifika li l-korp ta’ implimentazzjoni magħżul għandu l-mezzi finanzjarji u tekniċi meħtieġa sabiex iwettaq bl-aktar mod effettiv l-azzjonijiet, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008. Huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-proċedura użata għal dan il-għan.
Artikolu 13
Implimentazzjoni ta’ ċerti partijiet ta’ programm mill-organizzazzjoni li tipproponi
1. Organizzazzjoni li tipproponi tista' twettaq ċerti partijiet ta’ programm kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-organizzazzjoni li tipproponi tissodisfa l-obbligi msemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008; |
(b) |
l-organizzazzjoni li tipproponi jkollha esperjenza ta’ mhux anqas minn ħames snin fit-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ l-istess xorta; |
(c) |
il-parti tal-programm imwettqa mill-organizzazzjoni li qed tagħmel il-proposta ma tirrappreżentax aktar minn 50 % tan-nefqa totali tiegħu, ħlief fil-każijiet eċċezzjonali ġustifikati u wara awtorizzazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni; |
(d) |
l-organizzazzjoni li qed tagħmel il-proposta trid tassigura ruħha li n-nefqa ta’ l-azzjonijiet li din tippjana li twettaq hi stess ma tkunx aktar mir-rati pprattikati bħalissa fis-suq. |
L-Istat Membru għandu jara li dawn il-kundizzjonijiet jintlaħqu.
2. Meta l-organizzazzjoni li tipproponi tkun korp li jaqa' taħt id-dritt pubbliku għall-finijiet ta’ l-Artikolu 1(9), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 2004/18/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet li joħorġu l-kuntratti jaraw li d-dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmija Direttiva jitħarsu.
KAPITOLU III
TERMINI U KUNDIZZJONIJIET TA’ FINANZJAMENT TAL-PROGRAMMI
Artikolu 14
Termini u Kundizzjonijiet ta’ finanzjament ġenerali
1. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jitħallas mill-Istati Membri kkonċernati.
2. F'każ fejn bosta Stati Membri jieħdu sehem għall-finanzjament ta’ programm, il-kwota mħallsa minnhom għandha tiżdied mal-kontribut finanzjarju ta’ l-organizzazzjoni li tipproponi stabbilita fuq it-territorji rispettivi tagħhom. F'dan il-każ, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità ma jaqbiżx il-limiti stipulati fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008.
3. Il-kontributi finanzjarji stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 jissemmew fil-programm mgħoddi lill-Kummissjoni.
Artikolu 15
Regoli speċifiċi għas-suq intern
1. Meta japplika l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 3/2008, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11(1), il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikoli 14 sa 23 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw.
Għall-programmi stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 3/2008, il-kuntratti huma konklużi bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-korpi ta’ implimentazzjoni magħżula.
2. L-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jkunu qed jirċievu għajnuna skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 mhumiex eliġibbli sabiex jirċievu kontribut finanzjarju mill-Komunità skond dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Konklużjoni tal-Kuntratti u Għoti ta’ Garanziji
1. Minn meta tittieħed id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 11(3), kull organizzazzjoni li tipproponi titgħarraf mill-Istat Membru dwar x'ikun sar mit-talba tagħha.
L-Istati Membri għandhom jikkonkludu kuntratti ma’ l-organizzazzjonijiet li jipproponu magħżula fi żmien disgħin jum kalendarju wara li jiġu avżati bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 11(3). Wara li tiskadi d-data ta’ l-għeluq, ebda kuntratt ieħor ma jista' jiġi konkluż mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kuntratt-mudell li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom.
Fejn japplika, l-Istati Membri jistgħu jbiddlu ċerti kundizzjonijiet tal-kuntratti-mudell sabiex ikunu konformi mar-regoli nazzjonali, sakemm dan ma jmurx kontra l-liġijiet tal-Komunità.
3. Il-kuntratt jista’ jiġi konkluż bejn iż-żewġ partijiet biss wara l-kostituzzjoni mill-organizzazzjoni li tipproponi favur l-Istat Membru skond il-kundizzjonijiet stipulati fit-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, ta’ garanzija li tkun tlaħħaq il-15 % ta’ l-ammont massimu annwali tal-finanzjament mill-Komunità u mill-Istati Membri kkonċernati, sabiex jiġi garantit it-twettiq tal-programm kif għandu jkun.
Madankollu, jekk l-organizzazzjoni li ħadet il-kuntratt hija korp li jaqa’ taħt id-dritt pubbliku jew jekk din taħdem skond it-tutela ta’ korp ta’ din ix-xorta, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista' taċċetta garanzija bil-miktub mill-awtorità ta’ tutela, li tkopri l-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu, sakemm l-istess awtorità ta’ tutela terfa’ r-responsabbiltà ta':
(a) |
l-impenn li tħares it-twettiq xieraq ta’ l-obbligi miftiehma; |
(b) |
verifika li l-ammonti li jidħlu jkunu qed jiġu użati kif suppost sabiex jitwettqu l-obbligi miftiehma. |
Il-prova bil-miktub li ngħatat il-garanzija għandha tasal għand l-Istat Membru qabel ma tiskadi d-data ta’ l-għeluq imsemmija fil-paragrafu 1.
4. Il-ħtieġa ewlenija għall-finijiet ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 hija t-twettiq tal-miżuri stipulati fil-kuntratt.
5. L-Istat Membru għandu jibgħat minnufih lill-Kummissjoni kopja tal-kuntratt u d-dokument li juri li l-garanzija ngħatat.
Huwa għandu jgħaddilha wkoll kopja tal-kuntratt magħmul bejn l-organizzazzjoni proponenti maghżula u l-korp ta’ implimentazzjoni. Dan il-kuntratt li semmejna l-aħħar jipprevedi l-obbligu li l-korp ta’ implimentazzjoni jaċċetta li jsiru fuqu l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 25.
Artikolu 17
Sistema ta’ ħlasijiet bil-quddiem
1. Fi żmien tletin jum kalendarju wara l-iffirmar tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 16(1), u, fil-każ tal-programmi multiannwali sa tletin jum wara l-bidu ta’ kull perjodu ta’ tnax-il xahar, l-organizzazzjoni li tkun ħadet il-kuntratt tista’ tressaq quddiem l-Istat Membru talba sabiex isir ħlas bil-quddiem flimkien mal-garanzija msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Wara li din d-data ta’ l-għeluq tiskadi ma tista’ ssir ebda talba għall-ħlas bil-quddiem.
Kull ħlas bil-quddiem ma għandux jaqbeż it-30 % ta’ l-ammont tal-kontribut annwali tal-Komunità kif ukoll ta’ dak ta’ l-Istati Membri kkonċernati, imsemmija rispettivament fil-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 3/2008.
2. L-għoti ta’ ħlas bil-quddiem mill-Istat Membru għandu jsir fi żmien tletin jum kalendarju wara li tintefa’ t-talba għall-ħlas bil-quddiem. Ħlief f’każ ta’ forza maġġuri, kull dewmien fil-ħlasijiet għandu jwassal għal tnaqqis mill-ammont ta’ ħlas bil-quddiem li jsir kull xahar mill-Kummissjoni lill-Istat Membru, skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (8).
3. Il-ħlas bil-quddiem għandu jsir bil-kundizzjoni li l-organizzazzjoni li ħadet il-kuntratt tagħti lill-Istat Membru garanzija li għandha tlaħħaq il-110 % ta’ dan l-ammont ta’ ħlas bil-quddiem, skond il-kundizzjonijiet stipulati fit-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85. L-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni minnufih kopja ta’ kull talba għal ħlas bil-quddiem u dokument li juri li l-garanzija marbuta mal-ħlas ingħatat.
Madankollu, jekk l-organizzazzjoni li ħadet il-kuntratt hija korp li jaqa’ skond id-dritt pubbliku jew jekk din qiegħda skond it-tutela ta’ korp ta’ din ix-xorta, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista' taċċetta garanzija bil-miktub mill-awtorità ta’ tutela, li tkopri l-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu, sakemm l-awtorità ta’ tutela tidħol għall-inkarigu li tħallas is-somma koperta mill-garanzija f’każ li ma jiġix stabbilit min għandu jirċievi l-ħlas bil-quddiem.
Artikolu 18
Ħlasijiet Intermedjarji
1. It-talbiet għal ħlasijiet intermedjarji tal-kontribut tal-Komunità u tal-kontribut ta’ l-Istati Membri għandhom jitressqu mill-organizzazzjonijiet li jipproponu quddiem l-Istati Membri qabel tmiem ix-xahar kalendarju wara li jagħlaq il-perjodu ta’ tliet xhur li jibda jgħodd mid-data ta’ l-iffirmar tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 16(1).
Dawn it-talbiet għandhom ikopru l-ħlasijiet li jkunu saru matul il-perjodu ta’ tliet xhur ikkonċernat u flimkien magħhom għandu jkun hemm dikjarazzjoni finanzjarja mqassra, kopja ta’ l-irċevuti u tad-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni relevanti u rapport intermedjarju dwar it-twettiq tal-kuntratt matul il-perjodu ta’ tliet xhur ikkonċernat (imsejjaħ minn issa ’l quddiem “ir-rapport ta’ kull tliet xhur”). Meta ma jkun sar ebda ħlas jew ma tkun ittieħdet ebda miżura matul dan il-perjodu ta’ tliet xhur, dawn id-dokumenti għandhom jiġu mgħoddija lill-awtorità kompetenti saż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Ħlief f’każ ta’ forza maġġuri, jekk it-talba għal ħlas intermedjarju flimkien mad-dokumenti msemmija fit-tieni subparagrafu tasal tard, dan għandu jwassal għal tnaqqis ta’ 3 % għal kull xahar sħiħ li jdumu ma jaslu.
2. Il-ħlasijiet intermedjarji għandhom jingħataw skond il-kundizzjoni li l-Istat Membru jkun ivverifika d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, subparagrafu 2.
3. Il-ħlasijiet intermedjarji u l-ħlas bil-quddiem imsemmija fl-Artikolu 17 ma jistgħux jaqbżu b'kollox it-80 % tal-kontribut finanzjarju kollu ta’ kull sena mill-Komunità u mill-Istati Membri kkonċernati, imsemmija rispettivament fil-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 3/2008. Ġaladarba dan il-livell jintlaħaq, ebda talba ġdida għal ħlas ma tista' titressaq.
Artikolu 19
Ħlasijiet ta’ l-ammont li jifdal biex tintlaħaq is-somma sħiħa
1. It-talba għall-ħlas ta’ l-ammont li jifdal sabiex tintlaħaq is-somma sħiħa għandha ssir lill-Istat Membru mill-organizzazzjoni li tipproponi sa mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data tat-tlestija ta’ l-azzjonijiet annwali stipulati fil-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 16(1).
Sabiex it-talba tkun tista’ tiġi milqugħa, flimkien mat-talba għandu jkun hemm rapport (imsejjaħ minn issa ’l quddiem “ir-rapport annwali”) magħmul minn:
(a) |
ġabra fil-qosor tal-ħidmiet li twettqu u ta’ valutazzjoni tar-riżultati miksuba b’mod li jistgħu jidhru fid-data ta’ meta jsir ir-rapport, |
(b) |
dikjarazzjoni finanzjarja mqassra, li turi n-nefqiet ippjanati u dawk li diġà saru. |
Ir-rapport annwali għandu jkollu miegħu kopji ta’ l-irċevuti u dokumenti ta’ ġustifikazzjoni marbuta mal-ħlasijiet li jkunu saru.
Ħlief f’każ ta’ forza maġġuri, meta t-talba għal ħlas ta’ l-ammont li jifdal tintefa’ tard, dan għandu jwassal għal tnaqqis ta’ 3 % mill-ammont li jkun jifdal għal kull xahar li ddum ma tasal.
2. Il-ħlas ta’ l-ammont li jifdal isir bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jivverifika l-irċevuti u d-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, subparagrafu 3.
Meta l-ħtiega ewlenija msemmija fl-Artikolu 16(4) ma tkunx issodisfata b’mod sħiħ, l-ammont li jifdal għandu jitnaggas b’gies proporzjonali.
Artikolu 20
Ħlasijiet mill-Istat Membru
L-Istat Membru għandu jagħmel il-ħlasijiet stipulati fl-Artikolu 18 u fl-Artikolu 19 fi żmien sittin jum kalendarju li jibdew jgħoddu minn meta tasal it-talba għall-ħlas.
Madankollu, dan il-perjodu jista’ jiġi sospiż, f’kull waqt matul il-perjodu ta’ sittin jum wara li ssir l-ewwel reġistrazzjoni tat-talba għall-ħlas, permezz ta’ avviż li jintbagħat lill-organizzazzjoni li ħadet il-kuntratt u li għandha tingħata l-flus, fejn jingħad li t-talba tagħha ma tistax tintlaqa', sew għax is-somma mhix eliġibbli li titħallas, jew għax it-talba ma kellhiex magħha d-dokumenti meħtieġa għal kull talba li ssir, jew inkella għax l-Istat Membru jħoss li jonqsu aktar informazzjoni jew jeħtieġ jagħmel xi verifiki. L-iskadenza għandha tkompli tgħodd għal darb'oħra mid-data ta’ meta tasal l-informazzjoni mitluba jew mid-data ta’ meta jsiru l-verifiki mill-Istat Membru, li għandhom jintbagħtu jew isiru rispettivament fi żmien tletin jum li jibdew jgħoddu minn meta jsir l-avviż dwarhom.
Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, kull dewmien fil-ħlasijiet għandu jwassal għal tnaqqis fis-somma ta’ ħlasijiet bil-quddiem li jsiru kull xahar mill-Kummissjoni lill-Istati Membri, skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.
Artikolu 21
Garanziji
1. Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 17(3) għandha tintreħa bil-kundizzjoni li d-dritt għall-ammont imħallas ikun ġie stabbilit b'mod definittiv mill-Istat Membru kkonċerna.
2. Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 16(3) għandha tibqa' tgħodd sakemm jitħallas l-ammont li jifdal u tintreħa permezz ta’ ittra ta’ kwittanza li tintbagħat lill-awtorità nazzjonali kompetenti.
Il-garanzija għandha tintreħa fiż-żmien u skond il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20 darba jitħallas l-ammont li jkun fadal.
3. Kull garanzija mitlufa bi dritt u l-penalitajiet imposti għandhom jitnaqqsu min-nefqa ta’ l-ispejjeż iddikjarati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (EAGF), għall-parti li tikkorrispondi għall-finanzjament Komunitarju.
Artikolu 22
Dokumenti li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni
1. Ir-rapport annwali għandu jiġi ppreżentat wara t-tlestija ta’ kull fażi annwali, anki meta ma titressaq ebda talba għall-ħlas ta’ l-ammont li jifdal sabiex tintlaħaq is-somma sħiħa.
2. L-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, fi żmien tletin jum tal-kalendarju wara li jkun sar il-ħlas ta’ l-ammont li jifdal sabiex tintlaħaq is-somma sħiħa msemmi fl-Artikolu 19(2), id-dikjarazzjonijiet imqassra msemmija fl-Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu, il-punt a) u l-punt b).
3. L-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, darbtejn f’sena, ir-rapporti ta’ kull tliet xhur, li huma meħtieġa sabiex isiru l-ħlasijiet intermedjarji skond l-Artikolu 18.
L-ewwel u t-tieni rapporti ta’ kull tliet xhur għandhom jintbagħtu fi żmien sittin jum tal-kalendarju li jibdew jgħoddu minn meta l-Istat Membru jasal għandu t-tieni rapport ta’ kull tliet xhur, u t-tielet u r-raba' rapporti ta’ kull tliet xhur għandhom jintbagħtu mad-dikjarazzjonijiet imqassra msemmija skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Ir-rapport annwali dwar is-sena li tkun għadha kif għaddiet jista' jinkludi r-rapport ta’ kull tliet xhur li jkun sar fuq ir-raba' perjodu.
4. Fi żmien tletin jum kalendarju wara li jsir il-ħlas ta’ l-ammont li jkun jifdal sabiex tintlaħaq is-somma sħiħa, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni dikjarazzjoni finanzjarja ta’ l-ispejjeż li jkunu saru fil-qafas tal-kuntratt, li għandha titressaq f'format stabbilit mill-Kummissjoni u mgħoddi lill-Istati Membri. Flimkien ma’ din id-dikjarazzjoni għandu jkun hemm opinjoni bir-raġuni mill-Istat Membru dwar dak li għandu x'jaqsam mal-ħidmiet li twettqu matul il-fażi li tkun għadha kemm spiċċat.
Id-dikjarazzjoni għandha barra minn hekk turi li, wara li jkunu saru l-verifiki skond l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 19(2), l-ispejjeż kollha għandhom jitqiesu bħala eliġibbli skond it-termini tal-kuntratt.
KAPITOLU IV
MONITORAĠĠ U KONTROLLI
Artikolu 23
Użu tal-materjal
1. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-materjal ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni maħluq jew użat fil-qafas tal-programmi li qegħdin jirċievu finanzjament skond dan ir-Regolament, huma konformi mar-regoli tal-Komunità.
Huma għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni kull materjal li jkun ġie approvat.
2. Il-materjal maħluq jew użat fil-qafas ta’ xi programm imsemmi fil-paragrafu 1, li jinkludi materjal grafiku, viżiv u awdjoviżiv, u kif ukoll il-websajts, jista' jiġi użat wara li jkun spiċċa l-programm, sakemm ikun hemm l-awtorizzazzjoni bil-miktub bil-quddiem min-naħa tal-Kummissjoni, l-organizzazzjonijiet li jipproponu kkonċernati u l-Istati Membri li jkollhom sehem fil-finanzjament tal-programm, filwaqt li jitqiesu l-jeddijiet tal-kuntratturi li joħorġu mil-liġi nazzjonali li taħtha jkun jaqa’ l-kuntratt.
Artikolu 24
Il-monitoraġġ tal-programmi
1. Il-grupp ta’ monitoraġġ stipulat fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 għandu jiltaqa' regolarment sabiex jara kif inhu miexi t-twettiq tal-programmi differenti li jkunu qegħdin jirċievu finanzjament skond dan ir-Regolament.
Għal dan il-għan, il-grupp ta’ monitoraġġ għandu jintgħarraf, għal kull programm, dwar l-iskeda ta’ azzjonijiet li huma maħsuba, ir-rapporti ta’ kull tliet xhur u dawk annwali u kif ukoll dwar x'ikun ħareġ mill-kontrolli mwettqa skond l-Artikolu 18, l-Artikolu 19 u l-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament.
Il-grupp għandu jiġi ppresedut minn rappreżentant ta’ l-Istat Membru kkonċernat. Meta jkun hemm programmi bis-sehem ta’ bosta Stati Membri, il-grupp għandu jiġi ppresedut minn rappeżentant maħtur mill-Istati Membri kkonċernati.
2. L-uffiċjali u aġenti oħra tal-Kummissjoni jistgħu jkollhom sehem fl-attivitajiet li jsiru fil-qafas ta’ xi programm li qiegħed jirċievi finanzjament skond dan ir-Regolament.
Artikolu 25
Kontrolli magħmula mill-Istati Membri
1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jara liema huma l-aktar mezzi xierqa li jista’ juża sabiex isiru l-kontrolli tal-programmi u ta’ l-azzjonijiet li qegħdin jirċievu finanzjament skond dan ir-Regolament u għandu jgħarraf dwar dan lill-Kummissjoni.
Il-kontrolli għandhom isiru kull sena, fuq ta’ l-anqas 20 % tal-programmi li jkunu tlestew matul is-sena ta’ qabel u b'mod li jkopru mhux anqas minn żewġ programmi u ta’ l-anqas 20 % tal-baġit kollu li ħadu dawn il-programmi mlestija matul is-sena ta’ qabel. Il-kampjun għall-għażla tal-programmi għandu jissejjes fuq analiżi tar-riskju.
L-Istat Membru għandu jgħaddi lill-Kummissjoni rapport għal kull programm li sarulu l-kontrolli, fejn jiġi deskritt x’ħareġ mill-kontrolli u kif ukoll x’anomaliji jkunu nstabu. Dan ir-rapport għandu jintbagħat minnufih wara li jkun ġie ffinalizzat.
2. L-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari permezz ta’ kontrolli tekniċi u accountants ta’ l-organizzazzjoni li ħadet il-kuntratt, sabiex jara li:
(a) |
l-eżattezza ta’ l-informazzjoni u dokumenti ta’ ġustifikazzjoni pprovduti, |
(b) |
jitwettqu l-obbligi kollha stipulati fil-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 16(1). |
Mingħajr ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1848/2006 (9), l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kull irregolarità li tkun instabet waqt il-kontrolli mwettqa.
3. Meta jkun hemm programmi bis-sehem ta’ bosta Stati Membri, dawn għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkoordinaw bejniethom il-kontrolli li għandhom isiru u għandhom jgħarrfu dwar dan lill-Kummissjoni.
4. Il-Kummissjoni tista’, f’kull waqt, tieħu sehem fil-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1, 2 u 3. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, ta’ l-anqas tletin jum qabel ma jkunu se jsiru l-kontrolli, skeda proviżorja tal-kontrolli li għandhom isiru mill-Istat Membru.
Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kontrolli oħra li fil-fehma tagħha jkunu meħtieġa.
Artikolu 26
L-irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti
1. Meta jsir ħlas mhux dovut, min jirċievi dan il-ħlas għandu jrodd lura s-somma flimkien ma’ l-imgħax fuqha li jiġi kkalkulat fuq iż-żmien li għadda bejn meta sar il-ħlas u meta min irċieva l-ħlas qiegħed iroddu lura.
Ir-rati ta’ l-imgħax użati għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 86(2), il-punt b), tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.
2. L-ammonti rkuprati flimkien ma’ l-imgħaxijiet fuqhom għandhom jitħallsu lill-korpi jew aġenziji ta’ ħlas ta’ l-Istati Membri, u l-Istati Membri għandhom inaqqsuhom min-nefqa ffinanzjata mill-EAGF, b'mod proporzjonat li jimxi skond il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Kommunità.
Artikolu 27
Sanzjonijiet
1. Meta jkun hemm frodi jew każ ta’ negliġenza serja, l-organizzazzjoni li tipproponi għandha tħallas lura d-doppju tad-differenza ta’ bejn is-somma li tkun tħallset fil-bidu u l-ammont dovut tabilħaqq.
2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2988/95 (10), it-tnaqqis stipulati f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr ħsara għas-sanzjonijiet li jistgħu japplikaw skond dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Kommunità jew tal-liġijiet nazzjonali.
KAPITOLU V
REVOKA, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U AĦĦARIJA
Artikolu 28
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1346/2005 huma rrevokati.
Minkejja dan, id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament jibqgħu japplikaw għall-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li l-finanzjament tagħhom kien ġie deċiż mill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Kull referenzi għar-regolamenti rrevokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw flimkien mat-tabelli ta’ korrelazzjoni li jidhru fl-Anness IV.
Artikolu 29
Id-Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 179, 11.7.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1022/2006 (ĠU L 184, 6.7.2006, p. 3).
(3) ĠU L 212, 17.8.2005, p. 16.
(4) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 213/2008 (ĠU L 74, 15.3.2008, p. 1).
(5) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 146/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 1).
(6) ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).
(8) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.
(9) ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56.
(10) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
ANNESS I
IS-SUQ INTERN
A. – LISTA TAT-TEMI U L-PRODOTTI
— |
Frott u ħxejjex friski, |
— |
frott u ħxejjex ipproċessati, |
— |
fibra tal-kittien, |
— |
pjanti ħajjin u prodotti ta’ ortikultura ta’ tiżjin, |
— |
żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda, |
— |
żjut taż-żrieragħ, |
— |
ħalib u prodotti tal-ħalib, |
— |
laħmijiet friski, kesħin jew iffriżati, prodotti skond skema ta’ kwalità Komunitarja jew nazzjonali, |
— |
tikkettar ta’ bajd għall-bnedmin, |
— |
għasel u prodotti ta’ l-apikultura, |
— |
inbejjed ta’ kwalità prodotti f'reġjun speċifikat (i.k.p.r.s.), inbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika, |
— |
simbolu grafiku tar-reġjuni ultraperiferiċi kif indikat fil-leġiżlazzjoni agrikola, |
— |
denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP), indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) jew speċjalità tradizzjonali garantita (STG) konformi mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (1) u (KE) Nru 510/2006 (2) u prodotti reġistrati fil-qafas ta’ dawn l-iskemi, |
— |
biedja organika skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (3) u prodotti reġistrati skond dan ir-Regolament. |
— |
tjur. |
B. – LINJI GWIDA
Dawn il-linjigwida għandhom l-għan li jagħmlu suġġerimenti dwar liema messaġġi, gruppi fil-mira u mezzi għandhom ikunu fil-qalba tal-programmi ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni tal-kategoriji differenti ta’ prodotti.
Mingħajr ħsara għall-prijoritajiet murija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008, jeħtieġ li l-proposti tal-programmi għandhom, b'mod ġenerali, jitħejjew filwaqt li jitqiesu l-prinċipji li ġejjin.
— |
meta l-programmi jipproponuhom diversi Stati Membri, huma għandu jkollhom strateġiji, azzjonijiet u messaġġi koordinati; |
— |
preferibbilment il-programmi għandhom ikunu multiannwali u li għandu jkollhom ambitu kbir biżżejjed li jħalli impatt sinifikattiv fuq is-swieq fil-mira. Jekk jinħass il-bżonn, jistgħu jiġu implimentati fis-swieq ta’ diversi Stati Membri; |
— |
il-messaġġi tal-programmi għandhom jagħtu tagħrif oġġettiv dwar il-karatteristiċi essenzjali u/jew dwar il-valur nutrittiv tal-prodotti fil-qafas ta’ dieta bilanċjata, dwar il-metodu ta’ produzzjoni jew dwar il-vantaġġi ekoloġiċi tagħhom; |
— |
il-programmi għandu jkollhom messaġġi ċentrali li jkunu ta’ interess għall-konsumaturi, għall-professjonisti u għas-settur tal-kummerċ ta’ diversi Stati Membri. |
FROTT U ĦXEJJEX FRISKI
1. Stampa ġenerali tas-sitwazzjoni
Filwaqt li l-produzzjoni Komunitarja tal-frott u l-ħxejjex qiegħda tiżdied, il-konsum ta’ dawn il-prodotti, b'mod ġenerali, qed jibqa' stabbli.
Nosservaw nuqqas ta’ interess min-naħa tal-konsumaturi, aktar qawwi fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari fost it-tfal u adolexxenti fi stabbilimenti skolastiċi. Din l-imġiba hi ta’ ħsara għal dieta bilanċjata.
2. Għanijiet
L-iskop huwa li ntejbu d-dehra tal-prodotti bħala “ friski” u “naturali” u li nbaxxu l-età medja tal-konsumaturi, billi nħeġġu l-konsum prinċipalment fost iż-żgħar. Dan l-aħħar għan jista’ jinkiseb billi jitħeġġeġ dan il-konsum fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari fost it-tfal u l-adolexxenti fi stabbilimenti skolastiċi.
3. Gruppi fil-mira
— |
Familji, |
— |
tfal fi stabbilimenti skolastiċi, |
— |
kejterers kbar, |
— |
tobba u nutrizzjonisti. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Promozzjoni ta’ approċċ bħal dak ta’ “ħamsa kuljum” (rakkomandazzjoni biex jittieklu ta’ l-inqas ħames porzjonijiet ta’ frott u ħxejjex kuljum) Jeħtieġ li dan l-approċċ jiġi privileġjat fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni tal-frott u l-ħxejjex maħsuba speċifikament għat-tfal u l-adolexxenti fl-istabbilimenti skolastiċi. |
— |
prodotti naturali u friski, |
— |
kwalità (sigurtà, valur nutrizzjonali u organolettiku, sistemi ta’ produzzjoni, ħarsien ta’ l-ambjent, rabta ma’ l-origini tal-prodott), |
— |
pjaċir, |
— |
dieta bilanċjata, |
— |
varjetà u natura staġonali tal-provvista ta’ prodotti friski, tagħrif dwar it-togħmiet u l-użu tagħhom, |
— |
traċċabbiltà, |
— |
aċċessibilità u faċilità ta’ tħejjija: għadd ġmielhom ta’ frott u ħxejjex ma jinħtiġilhom ebda tisjir. |
5. Strumenti prinċipali
— |
Strumenti elettroniċi (websajts li jippreżentaw il-prodotti disponibbli b'xi logħob onlajn għaż-żgħar), |
— |
linja telefonika għall-informazzjoni, |
— |
relazzjonijiet pubbliċi mal-mezzi tax-xandir, reklamar (fuq gazzetti speċjalizzati, dawk għan-nisa, rivisti u perjodiċi għaż-żgħazagħ, eċċ.), |
— |
kuntatti mat-tobba u man-nutrizzjonisti, |
— |
azzjonijiet pedagoġiċi ma’ tfal u adolexxenti fi stabbilimenti skolastiċi b'mobilizzazzjoni ta’ għalliema u nies responsabbli għall-kantinijiet ta’ l-iskejjel, |
— |
Azzjonijiet ta’ tagħrif fil-ħwienet immirata lejn il-konsumaturi, |
— |
strumenti oħra (fuljetti u katalogi b'tagħrif dwar il-prodotti u riċetti, logħob għat-tfal eċċ.), |
— |
mezzi tax-xandir viżiv (ċinema, stazzjonijiet tat-televiżjoni speċjalizzati), |
— |
reklami qosra fuq ir-radju, |
— |
parteċipazzjoni f'fieri, |
6. Tul tal-Programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar, preferibbilment programmi multiannwali b'għanijiet stabbiliti għal kull fażi.
FROTT U ĦXEJJEX MIBDULA
1. Stampa Ġenerali tas-sitwazzjoni
Is-settur qed ikollu jiffaċċja kompetizzjoni dejjem akbar minn diversi pajjiżi terzi.
Billi d-domanda kull ma tmur qed tiżdied, b'mod partikolari minħabba l-faċilità li bih jiġu kkonsmati dawn il-prodotti, huwa importanti li l-industrija Komunitarja tkun tista’ tieħu vantaġġ minn dan. Għalhekk hija ġustifikata l-għajnuna għall-kampanji ta’ informazzjoni u promozzjoni.
2. Għanijiet
Tiġi mmodernizzata d-dehra tal-prodott bi stampa aktar żagħżugħa, u jingħata t-tagħrif meħtieġ biex jitħeġġeġ il-konsum.
3. Gruppi fil-mira
— |
Familji, |
— |
stabbilimenti ta’ l-ikel għall-massa u kantinijiet ta’ l-iskejjel, |
— |
tobba u nutrizzjonisti. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Kwalità (sigurtà, valur nutrizzjonali u organolettiku, metodi ta’ tħejjija), |
— |
faċli biex jintuża, |
— |
pjaċir, |
— |
varjetà fil-provvista tal-prodotti u jkunu jistgħu jiġu akwistati s-sena kollha, |
— |
dieta bilanċjata, |
— |
traċċabiltà. |
5. Strumenti prinċipali
— |
strumenti elettroniċi (websajts), |
— |
linja telefonika għall-informazzjoni, |
— |
relazzjonijiet pubbliċi mal-mezzi tax-xandir u reklamar (fuq gazzetti speċjalizzati, dawk għan-nisa, tat-tisjir, ecc.), |
— |
dimostrazzjonijiet fil-ħwienet, |
— |
kuntatti mat-tobba u man-nutrizzjonisti, |
— |
strumenti oħra (fuljetti u katalogi dwar prodotti u riċetti), |
— |
xandir viżiv, |
— |
parteċipazzjoni f'fieri. |
6. Tul tal-programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar, preferibbilment għall-programmi multiannwali b'għanijiet stabbiliti għal kull fażi.
FIBRA TAL-KITTIEN
1. Stampa ġenerali tas-sitwazzjoni
Minħabba l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fis-settur tat-tessuti u f'dak tal-ħwejjeġ, il-kittien tal-Komunità kellu jħabbat wiċċu ma’ kompetizzjoni qawwija mill-kittien ta’ oriġini oħra bi prezzijiet attraenti ħafna. Barra dan għandu kompetizzjoni minn fibri tat-tessuti oħra. Barra minn hekk, il-konsum tal-fibra tal-kittien għandu tendenza jistaġna.
2. Għanijiet
— |
li jiġu żviluppati d-dehra u r-reputazzjoni tal-kittien tal-Komunità u ssir enfażi fuq il-kwalitajiet partikolari tiegħu, |
— |
li jiżdied il-konsum ta’ dan il-prodott, |
— |
li l-konsumaturi jiġu mgħarrfa dwar il-karatteristiċi tal-prodotti ġodda li tpoġġew fis-suq. |
3. Gruppi fil-mira
— |
Professjonisti prinċipali fis-settur (stilisti, produtturi, disinjaturi, edituri), |
— |
Distributuri, |
— |
stabbilimenti tat-tagħlim tas-snajja' fis-settur tessili, f'tal-moda u f'dak tat-tiżjin (għalliema u studenti), |
— |
dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika, |
— |
il-konsumaturi. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Il-kwalità marbuta mal-kundizzjonijiet fil-produzzjoni tal-materja prima, mal-varjetajiet adatti u mal-ħiliet esperti tad-diversi nies li jaħdmu f'dan il-qasam; |
— |
il-firxa kbira li toffri l-Komunità kemm f'dak li huma prodotti (lbies, tiżjin, ħwejjeġ għad-dar) kif ukoll f'dak li hu kreattività u innovazzjoni. |
5. Strumenti prinċipali
— |
Strumenti elettroniċi (websajts), |
— |
fieri u wirjiet professjonali, |
— |
Azzjonijiet ta’ tagħrif mas-sostenituri ta’ dan il-qasam (stilisti, ħajjata, distributuri u edituri), |
— |
tagħrif fil-ħwienet, |
— |
relazzjonijiet ma’ l-istampa tal-ġurnali speċjalizzati, |
— |
azzjonijiet ta’ informazzjoni edukattiva fl-iskejjel ta’ l-inġiniera tat-tessuti, dawk tal-moda, eċċ. |
6. Tul tal-programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar, preferibbilment għall-programmi multiannwali filwaqt li jiġu stabbiliti għanijiet għal kull fażi
PJANTI ĦAJJIN U PRODOTTI TA’ L-ORTIKULTURA GĦAT-TIŻJIN
1. Analiżi globali tas-sitwazzjoni
Is-settur irid jiffaċċja l-kompetizzjoni li kibret bejn il-prodotti tal-Komunità u dawk tal-pajjiżi terzi f'dak li għandu x'jaqsam mal-provvista.
Studji li vvalutaw il-kampanji ta’ promozzjoni li saru bejn l-1997 u l-2000 jindikaw li biex jitħaffef il-bejgħ tal-prodotti Komunitarji fil-Komunità, jeħtieġ li l-katina kollha, mill-produttur sad-distributur titjieb u ssir aktar razzjonalizzata, u li l-konsumaturi għandhom jiġu mgħarrfa aħjar dwar il-kwalitajiet partikolari u l-varjetajiet tal-prodotti Komunitarji.
2. Għanijiet
— |
Li jiżdied il-konsum ta’ fjuri u pjanti ta’ oriġini Komunitarja, |
— |
li titħeġġeġ il-prattika ekoloġika u li jingħata għarfien akbar dwar metodi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, |
— |
li tissaħħaħ is-sħubija bejn il-professjonisti ta’ diversi Stati Membri, ħaġa li tippermetti b'mod partikolari l-qsim ta’ l-għerf aktar avvanzat fis-settur u li jiġu infurmati aħjar il-parteċipanti kollha fil-katina tal-produzzjoni. |
3. Gruppi fil-mira
— |
Produtturi, mixtliet, distributuri u operaturi oħra fis-settur, |
— |
studenti u tfal ta’ età li jmorru l-iskola, |
— |
min iwassal opinjoni: ġurnalisti, għalliema, |
— |
konsumaturi. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Tagħrif dwar il-kwalità u l-varjetà tal-prodotti Komunitarji, |
— |
metodi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, |
— |
tekniki mmirati lejn prodotti aktar sostenibbli, |
— |
għażla mill-aqwa ta’ pjanti u fjuri, |
— |
rwol tal-pjanti u l-fjuri fil-kuntest tal-benesseri u l-kwalità tal-ħajja. |
5. Strumenti prinċipali
— |
Kuntatti mal-mezzi tax-xandir, |
— |
wirjiet u fieri: stands bil-prodotti ta’ bosta Stati Membri, |
— |
azzjonijiet ta’ taħriġ iddestinati għall-professjonisti, il-konsumaturi u l-istudenti, |
— |
azzjonijiet ta’ skambju ta’ l-għerf relatat mat-titjib fiż-żmien li prodotti jistgħu, jżommu |
— |
Azzjonijiet ta’ tagħrif għall-konsumatur permezz ta’ l-istampa u permezz ta’ inizjattivi bħalma huma l-pubblikazzjoni ta’ katalogu, kalendarji marbutin mal-ġardinaġġ u, possibbilment, permezz tal-kampanji “il-Pjanta tax-xahar”, |
— |
użu akbar tal-mezzi elettroniċi (internet, CD-ROM, eċċ.). |
6. Tul tal-programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar, tingħata prijorità lill-programmi li jistabbilixxu għal kull fażi, strateġija u għanijiet ġustifikati kif xieraq.
ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA U ŻEBBUĠ TAL-MEJDA
1. Analiżi globali tas-sitwazzjoni
Il-provvista taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda qiegħda tikber, iżda mnejn isir il-bejgħ fis-swieq interni u internazzjonali għandhom rwol importanti x'jaqdu għaż-żamma tal-bilanċ fis-suq Komunitarju. Is-sitwazzjoni fil-livell tad-domanda hija differenti ħafna skond jekk tikkonċernax swieq tradizzjonalment konsumaturi jew swieq li fihom il-preżenza taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda hija relativament reċenti.
Fl-Istati Membri “tradizzjonalment konsumaturi” (Spanja, l-Italja, il-Ġreċja u l-Portugall), il-prodotti konċernati ġeneralment huma magħrufin tajjeb u l-konsum tagħhom jilħaq livelli għoljin. Dawn huma swieq maturi fejn mhux probabbli li d-domanda globali tikber iżda li, meta wieħed iqis is-sehem li għandhom illum fil-konsum taż-żejt taż-żebbuġa, jibqgħu interessanti ħafna għas-settur.
Fl-Istati Membri “konsumaturi ġodda”, il-konsum għal kull abitant żdied iżda baqa' dejjem relattivament baxx (fil-Komunità kif kienet komposta fit-30 ta’ April 2004) anki marġinali (fil-maġġoranza ta’ l-Istati Membri li daħlu fl-1 ta’ Mejju 2004). Bosta konsumaturi mhumiex konxji mill-kwalitajiet tajba u l-użi differenti possibbli taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda. Dan is-suq għalhekk joffri aktar skop għal żvilupp fid-domanda.
2. Għanijiet
— |
Bħala prijorità, li jiżdied il-konsum ta’ dawn il-prodotti fl-Istati Membri “konsumaturi ġodda” billi titjieb il-penetrazzjoni tagħhom fis-swieq, u jikber il-konsum tagħhom billi jiġi diversifikat l-użu tagħhom u jingħata t-tagħrif meħtieġ. |
— |
li jissaħħaħ u jiżviluppa l-konsum fl-Istati Membri “tradizzjonalment konsumaturi”, billi jitjieb it-tagħrif tal-konsumaturi dwar aspetti anqas magħrufin u billi tiġi żviluppata l-fedeltà tal-popolazzjoni żagħżugħa lejn dawn il-prodotti. |
3. Gruppi fil-mira
— |
Il-persuni responsabbli għax-xiri: f'każ ta’ Stati Membri “tradizzjonalment konsumaturi”, prinċipalment dawk li għandhom bejn 20 u 40 sena, |
— |
dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika (gastronomi, koki, tar-restoranti, ġurnalisti), il-ġurnali popolari u speċjalizzati (gastronomiċi, għan-nisa varji), |
— |
l-istampa medika u paramedika., |
— |
distributuri ( “konsumaturi ġodda” fl-Istati Membri). |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Il-kwalitajiet gastronomiċi u l-karatteristiċi organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġa verġni (aroma, kulur, togħma) ivarjaw skond il-varjetajiet, il-ħamrija, il-ħsad, id-DOP/id-IĠP, eċċ. Din id-diversità toffri firxa wiesgħa ta’ sensazzjonijiet u possibbiltajiet gastronomiċi; |
— |
jeżistu kategoriji differenti ta’ żejt taż-żebbuġa.; |
— |
il-kwalitajiet nutrittivi taż-żejt taż-żebbuġa jagħmluh element fundamentali ta’ dieta bilanċjata u tajba għas-saħħa: jirnexxielu jgħaqqad flimkien il-pjaċiri kulinari ma’ l-eżiġenzi ta’ dieta bilanċjata u tajba għas-saħħa; |
— |
tagħrif dwar ir-regoli li jikkonċernaw il-kontroll u ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità, kif ukoll dwar it-tikkettjar taż-żjut taż-żebbuġa; |
— |
tagħrif dwar iż-żjut taż-żebbuġa kollu u/jew iż-żebbuġ tal-mejda rreġistrati bħala DOP/IĠP fil-Komunità; |
— |
iż-żebbuġ tal-mejda huwa prodott naturali u tajjeb għas-saħħa, addattat kemm għall-ħtieġa ta’ konsum faċli kif ukoll għat-tħejjija ta’ platti elaborati; |
— |
karatteristiċi tal-varjetajiet taż-żebbuġ tal-mejda; |
partikolarment iżjed fl-Istati Membri “konsumaturi ġodda ”:
— |
iż-żejt taż-żebbuġa, u b'mod partikolari, iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni, huwa prodott naturali, ġej minn tradizzjoni u għerf espert antiki, u huwa addattat għal kċina moderna b'enfażi fuq it-togħmiet; dan faċilment jassoċja ruħu mal-kċina Mediterranja kif ukoll ma’ kull kċina kontemporanja; |
— |
pariri għall-użu; |
partikolarment iżjed fl-Istati Membri “tradizzjonalment konsumaturi ”:
— |
il-vantaġġi li hemm meta jinxtara żejt taż-żebbuġa fil-flixken (b'tikketta li jkun fiha t-tagħrif utli għall-konsumatur); |
— |
modernizzazzjoni tad-dehra ta’ prodott bi tradizzjoni twila u b'dimensjoni kulturali importanti; |
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 4(3), it-tagħrif rigward il-kwalitajiet nutrittivi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda jrid jissejjes fuq data xjentifika ġeneralment aċċettata u konformi mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
5. Strumenti prinċipali
— |
L-internet u mezzi oħra elettroniċi (CD-ROM, DVD, eċċ.), |
— |
promozzjoni fil-ħwienet (tidwiq, riċetti, tixrid ta’ informazzjoni), |
— |
relazzjonijiet ma’ l-istampa u relazzjonijiet pubbliċi (avvenimenti, parteċipazzjoni f'fieri, eċċ.), |
— |
riklami (jew editorjali tar-riklami) fl-istampa (ġenerali, kulinari, tan-nisa u tal-istil tal-ħajja), |
— |
azzjonijiet konġunti mal-professjoni medika u paramedika (relazzjonijiet pubbliċi f'ċirkoli mediċi), |
— |
mezzi awdjoviżiv ta’ komunikazzjoni (televiżjoni u radju), |
— |
parteċipazzjoni f'fieri. |
6. Tul ta’ żmien u firxa tal-programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar, preferibbilment programmi multiannwali, bil-preżentazzjoni ta’ strateġija u għanijiet ġustifikati kif xieraq għal kull fażi.
Tingħata prijorità lil dawk il-programmi li l-implimentazzjoni tagħhom tinvolvi mill-inqas żewġ Stati Membri “konsumaturi ġodda”.
ŻJUT TAŻ-ŻRIERAGĦ
F'dan is-settur, tingħata prijorità għall-programmi li jikkonċernaw iż-żejt tal-kolza jew għall-programmi li jippreżentaw il-karatteristiċi taż-żjut taż-żrieragħ differenti.
A. ŻEJT TAL-KOLZA
1. Analiżi globali tas-sitwazzjoni
Wara r-riforma tal-politika agrikola komuni, il-produzzjoni taż-żejt tal-kolza ma ħadet l-ebda għajnuna partikolari u kellha, minn dakinhar, tikkonċentra fuq il-ħtiġiet tas-suq. Il-promozzjoni taż-żejt tal-kolza li toffri possibbiltajiet akbar għall-produzzjoni u alternattiva għall-produzzjoni taċ-ċereali kkaratterizzata minn produzzjoni żejda strutturata, sa tikkontribwixxi biex jibbilanċja s-suq bil-prodotti mill-uċuħ tar-raba' li tinħarat u l-konsum taż-żjut veġetali differenti fil-Komunità. Bħalissa l-Komunità tesporta bi qligħ nett iż-żejt tal-kolza.
Matul l-aħħar għexieren ta’ snin, ġew żviluppati xi tipi ta’ kolza li jippreżentaw karatteristiċi nutrittivi apprezzabbli. Dan wassal għal titjib fil-kwalità. Ġew żviluppati prodotti ġodda bħalma huma ż-żjut tal-kolza magħsura kiesħa, b'togħma partikolari ta’ ġellewż.
Il-valur nutrittiv taż-żejt tal-kolza kien it-tema ta’ riċerki dinjija li r-riżultati tagħhom jikkonfermaw il-karatteristiċi dijetetiċi u fiżjoloġiċi tajbin għas-saħħa tal-prodott. It-tobba, in-nutrizzjonisti u l-konsumaturi għandhom jiġu mgħarrfa dwar ir-riżultati tar-riċerki l-aktar reċenti.
2. Għanijiet
— |
Li jingħata tagħrif dwar il-karatteristiċi taż-żejt tal-kolza u l-iżvilupp reċenti tiegħu. |
— |
li jiżdied il-konsum billi jiġu mgħarrfa l-konsumaturi, kif ukoll il-professjonijiet mediċi u paramediċi dwar l-użu u l-valur nutrittiv taż-żejt tal-kolza. |
3. Gruppi fil-mira
— |
Familji, b'mod partikolari l-persuni inkarigati mix-xiri, |
— |
dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika (ġurnalisti, koki, tobba u nutrizzjonisti), |
— |
distributuri, |
— |
l-istampa medika u paramedika, |
— |
industrija agroalimentari. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Iż-żejt tal-kolza, bil-kwalitajiet nutrittivi tiegħu, huwa element importanti f'dieta bilanċjata u tajba għas-saħħa, |
— |
it-taħlita ta’ aċidi grassi li fih iż-żejt tal-kolzaija interessanti, |
— |
pariri għall-użu, |
— |
tagħrif dwar l-iżvilupp tal-prodott u tal-varjetajiet tiegħu, |
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 4.A(3), l-informazzjoni rigward il-kwalitajiet nutrittivi taż-żejt tal-kolza trid isserraħ fuq data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali u tirrispetta l-ħtiġijiet stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE.
5. Strumenti prinċipali
— |
promozzjoni fil-ħwienet (tidwiq, riċetti, tixrid ta’ informazzjoni), |
— |
riklami (jew editorjali tar-riklami) fl-istampa (ġenerali, kulinari, tan-nisa u tal-istil tal-ħajja), |
— |
azzjonijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi (avvenimenti, partiċipazzjoni f'fieri ta’ l-ikel), |
— |
azzjonijiet konġunti mal-profesjoni medika u paramedika, |
— |
azzjonijiet bi sħubija mar-restoranti, l-istabbilimenti ta’ l-ikel u mal-koki, |
— |
Internet. |
6. Tul tal-programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar.
B. ŻEJT TAL-ĠIRASOL
Tingħata prijorità għall-programmi favur iż-żejt tal-ġirasol biss jekk u meta l-kundizzjonijiet tas-suq jiġġustifikawha.
1. Analiżi globali tas-sitwazzjoni
Fil-Komunità, aktar minn żewġ miljun ettaru jinżergħu bil-ġirasol u l-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ġirasol taqbeż it-3.5 tunnellati fis-sena. Iż-żejt tal-ġirasol ikkonsmat fil-Komunità jiġi prodott prinċipalment minn żrieragħ ikkoltivati fuq it-territorju tagħha. Madankollu t-tnaqqis fit-tħin se jnaqqas il-produzzjoni Komunitarja taż-żejt tal-ġirasol matul il-kampanja 2004/2005. Peress li l-prezzijiet dinjija qegħdin 'il fuq u hemm possibbiltà li jkun hemm skarsezza ta’ provvisti, ma ngħatatx prijorità għal programmi li jiffukaw esklużivament fuq iż-żejt tal-ġirasol. Madankollu dawn il-programmi jistgħu jitressqu fil-qafas ta’ programmi għal diversi żjut minn żrieragħ ta’ oriġini Komunitarja.
Iż-żejt tal-ġirasol huwa partikularment interessanti għal ċerti użi, speċjalment għall-qali. Daqstantieħor huwa sinjur fl-aċidi grassi mhux saturati u fil-vitamini E. L-għan tal-kampanji huwa li l-konsumaturi, il-negozjanti u d-distributuri jiksbu tagħrif dwar l-użi differenti, it-tipi u l-karatteristiċi taż-żejt tal-ġirasol, kif ukoll dwar il-liġi Komunitarja rigward il-kwalità tiegħu. Importanti li l-kampanji jinħolqu bl-iskop li jingħata tagħrif oġġettiv.
2. Għanijiet
Li l-konsumaturi u l-professjonisti tas-settur jiġu mgħarrfa dwar:
— |
l-użi differenti taż-żejt tal-ġirasol, il-karatteristiċi u l-valur nutrittiv tiegħu, |
— |
ir-regolamenti u n-normi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità, u r-regoli dwar it-tikkettar. |
3. Gruppi fil-mira
— |
Familji, b'mod partikolari l-persuni inkarigati mix-xiri, |
— |
dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika (ġurnalisti, koki, tobba u nutrizzjonisti), |
— |
distributuri, |
— |
industrija agroalimentari. |
4. Messaġġi prinċipali
Il-messaġġi prinċipali tal-programmi għandhom jagħtu tagħrif dwar:
— |
il-vantaġġi ta’ l-użu xieraq taż-żejt tal-ġirasol, il-kontenut għoli tal-vitamini E taż-żejt miksub miż-żrieragħ tal-ġirasol meta mqabbel ma’ żjut veġetali oħra, il-fatt li ż-żejt tal-ġirasol huwa magħruf għat-togħma ħafifa tiegħu u għall-kwalitajiet tiegħu bħala żejt għall-qali, |
— |
ir-regolamenti u n-normi dwar il-kwalità taż-żejt tal-ġirasol, |
— |
it-taħlita li fih ta’ aċidi grassi u l-valur nutrittiv taż-żejt tal-ġirasol, |
— |
ir-riżultati tar-riċerka xjentifika u ta’ l-iżvilupp tekniku f'dak li għandu x'jaqsam maż-żejt tal-ġirasol u ta’ żjut veġetali oħra, |
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 4.A(3), l-informazzjoni rigward il-kwalitajiet nutrittivi taż-żejt tal-ġirasol trid isserraħ fuq data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali u tirrispetta l-ħtiġijiet stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE.
5. Strumenti prinċipali
— |
Tqassim ta’ materjal informattiv fil-ħwienet (ħwienet u stabbilimenti), |
— |
riklami (jew editorjali tar-riklami) fl-istampa ġenerali, kulinari, tan-nisa u tal-istil tal-ħajja, |
— |
azzjonijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi (avvenimenti, partiċipazzjoni f'fieri ta’ l-ikel), |
— |
internet. |
6. Tul tal-programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar.
ĦALIB U PRODOTTI TAL-ĦALIB
1. Analiżi globali tas-sitwazzjoni
Il-konsum ta’ ħalib likwidu naqas b'mod partikolari fil-pajjiżi konsumaturi l-kbar, prinċipalment minħabba l-kompetizzjoni mis-soft drinks fost iż-żgħażagħ. Il-konsum ta’ bosta sostituti tal-ħalib qiegħed bil-mod il-mod jieħu post dak tal-ħalib. Min-naħa l-oħra wieħed josserva li hemm progress globali fil-konsum tal-prodotti tal-ħalib murija f'termini ta’ kwantità ta’ ħalib.
2. Għanijiet
— |
Li jiżdied il-konsum ta’ ħalib likwidu fis-swieq li juri potenzjal għal tkabbir u li jinżamm il-livell ta’ konsum fis-swieq mifqugħin. |
— |
li jiżdied il-konsum b'mod ġenerali tal-prodotti tal-ħalib, |
— |
li ż-żgħażagħ, l-adulti tal-futur, jiġu mħajra jikkonsmaw aktar ħalib u prodotti tal-ħalib. |
3. Gruppi fil-mira
B'mod ġenerali, il-konsumaturi u b'mod partikolari:
— |
it-tfal u l-adolexxenti, b'mod partikolari l-bniet ta’ bejn it-tmienja u t-tlettax-il sena, |
— |
in-nisa ta’ etajiet differenti, |
— |
l-anzjani. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib huma prodotti tajbin għas-saħħa u naturali, addattati għall-ħajja moderna u tieħu gost teħodhom; |
— |
il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għandhom valur nutrittiv partikolari u jagħmlu tajjeb speċjalment għal ċerti gruppi ta’ etajiet; |
— |
il-kontenut tal-messaġġi għandu jkun pożittiv u jqis in-natura speċifika tal-konsum fis-swieq differenti; |
— |
teżisti firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-ħalib addattati għall-konsumaturi u s-sitwazzjonijiet ta’ konsum differenti; |
— |
hemm ħalib u prodotti tal-ħalib b'kontenut baxx ta’ materji grassi, aħjar għal ċerti konsumaturi; |
— |
għandha tiġi żgurata l-kontinwità tal-messaġġi ewlenin tul il-programm kollu, sabiex il-konsumaturi jikkonvinċu ruħhom dwar il-vantaġġi li jistgħu jiksbu mill-konsum regolari ta’ dawn il-prodotti; |
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 4A(3) it-tagħrif rigward il-kwalitajiet nutrittivi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib irid iserraħ fuq data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali u jirrispetta l-ħtiġiet stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE.
5. Strumenti prinċipali
— |
Strumenti elettroniċi, |
— |
linja telefonika għall-informazzjoni, |
— |
kuntatti mal-mezzi tax-xandir u reklami (ġurnali speċjalizzati, għan-nisa, għaż-żgħażagħ, eċċ.), |
— |
kuntatti mat-tobba u man-nutrizzjonisti, |
— |
kuntatti ma’ l-istaff ta’ l-għalliema u l-iskejjel, |
— |
strumenti oħra (fuljetti u katalogi, logħob għat-tfal, eċċ.), |
— |
dimostrazzjonijiet fil-ħwienet, |
— |
xandir viżiv (ċinema, stazzjonijiet speċjalizzati tat-televiżjoni), |
— |
reklami qosra fuq ir-radju, |
— |
sehem fil-wirjiet u fil-fieri. |
6. Tul ta’ żmien u firxa tal-programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar, preferibbilment għall-programmi multiannwali b'għanijiet stabbiliti għal kull fażi.
LAĦMIJIET FRISKI, KESĦIN JEW IFFRIŻATI, PRODOTT SKOND SKEMA TA’ KWALITÀ KOMUNITARJA JEW NAZZJONALI
1. Analiżi globali tas-sitwazzjoni
Il-problemi sanitarji li laqtu għadd kbir ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali enfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti tal-laħam ta’ oriġni Komunitarja.
Biex isir dan hemm il-bżonn li tingħata informazzjoni oġġettiva dwar is-sistemi ta’ kwalità Komunitarji u nazzjonali u dwar il-verifiki li huma meħtieġa barra l-leġiżlazzjoni ġenerali rigward il-verifiki u s-sigurtà ta’ l-ikel. Dawn ir-regoli u verifiki huma garanzija oħra għax jipprovdu dettalji speċifiċi dwar il-prodotti u strutturi oħra ta’ kontroll.
2. Għanijiet
— |
Il-kampanji ta’ informazzjoni huma limitati għall-prodotti maħduma fil-qafas tas-sistemi ta’ kwalità Ewropej (DOP/IĠP/STG u biedja organika) u skond skemi ta’ kwalità rikonoxxuti mill-Istati Membri u li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 24b tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 10(4) ta’ dan ir-Regolament il-kampanji ta’ informazzjoni ffinanzjati skond dan ir-Regolament ma jistgħux jibbenefikaw minn finanzjament mogħti bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999. |
— |
l-għan tagħhom huwa li jiggarantixxu tagħrif oġġettiv u sħiħ dwar ir-regoli li jikkonċernaw skemi ta’ kwalità Komunitarji u nazzjonali għas-sigurtà tal-prodotti tal-laħam. Għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi, lil dawk l-aktar li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika u lid-distributuri dwar id-dettalji speċifiċi tal-prodotti u dwar il-verifiki reali li jimplikaw dawn is-sistemi ta’ kwalità. |
3. Gruppi fil-mira
— |
Konsumaturi u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, |
— |
persuni responsabbli għax-xiri fil-familji, |
— |
istituzzjonijiet (restoranti, sptarijiet, skejjel, eċċ.), |
— |
distributuri u assoċjazzjonijiet tad-distributuri, |
— |
ġurnalisti u dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
L-iskemi ta’ kwalità jiggarantixxu metodu speċifiku ta’ produzzjoni u kontrolli li huma aktar stretti minn dawk meħtieġa mil-ligi, |
— |
il-prodotti tal-laħam ta’ kwalità għandhom karatteristiċi speċifiċi jew huma ta’ kwalità superjuri għan-normi kummerċjali tas-soltu, |
— |
l-iskemi ta’ kwalità Komunitarji u nazzjonali huma trasparenti u jassiguraw it-traċċabilità perfetta tal-prodotti, |
— |
it-tikkettar tal-laħmijiet jippermetti lill-konsumatur jidentifika l-prodotti ta’ kwalità, l-oriġini tagħhom u l-karatteristiċi tagħhom. |
5. Strumenti prinċipali
— |
Internet, |
— |
Azzjonijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi mal-mezzi tax-xandir u reklami (ġurnali xjentifiċi u speċjalizzati, għan-nisa, gazzetti, rivisti tat-tisjir), |
— |
kuntatti ma’ l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, |
— |
mezzi ta’ komunikazzjoni awdjoviżivi, |
— |
dokumentazzjoni bil-miktub (fuljetti, katalogi, eċċ.), |
— |
tagħrif fil-ħwienet, |
6. Tul ta’ żmien u firxa tal-programmi
Il-programmmi għandu jkollhom ta’ l-inqas kopertura nazzjonali jew jinvolvu bosta Stati Membri.
Bejn tnax u sitta u tletin xahar, bi preferenza għall-programmi multiannwali li jistabbilixxu objettivi ġustifikati għal kull fażi.
TIKKETTAR TA’ BAJD DESTINAT GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM
1. Analiżi globali tas-sitwazzjoni
Skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 (5), għandu jiġi stampat kowd fuq il-qoxra tal-bajd iddestinat għall-konsum mill-bniedem li jagħti informazzjoni dwar il-produttur u s-sistema wżata għat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu. Dan il-kowd huwa magħmul minn numru li jidentifika l-metodu ta’ trobbija (0 = trobbija organika, 1 = fil-miftuħ, 2 = ma’ l-art, 3 = fil-gaġeġ), il-kowd ISO ta’ l-Istat Membru fejn jinsab iċ-ċentru tal-produzzjoni, kif ukoll numru mogħti liċ-ċentru tal-produzzjoni mill-awtorità kompetenti.
2. Għanijiet
— |
Il-konsumatur jiġi infurmat dwar in-normi ġodda relatati ma’ l-immarkar tal-bajd u tingħata spjegazzjoni sħiħa dwar x'ifisser il-kowd stampat fuq il-bajd; |
— |
jingħata tagħrif dwar is-sistemi ta’ produzzjoni tal-bajd permezz ta’ kodiċi stampat fuqhom; |
— |
jingħata tagħrif dwar is-sistemi li jeżistu ta’ traċċibilità. |
3. Gruppi fil-mira
— |
Konsumaturi u distributuri, |
— |
dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Li n-nies isiru jafu bil-kowd il-ġdid stampat fuq il-bajd bħala implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE (6), filwaqt li jitfissru u jiġu spjegati l-karatteristiċi tal-kategoriji differenti ta’ bajd li għalihom jirreferi l-kowd; |
— |
il-messaġġi ma jridux jesprimu xi preferenza għal metodu ta’ produzzjoni wieħed flok ieħor u ma jridu jinkludu ebda dikjarazzjoni relatata mal-valur nutrittiv tal-bajd jew ma’ l-effett tal-konsum tiegħu fuq is-saħħa. Hija pprojbita kull diskriminazzjoni bejn il-bajd li jkun ġej minn Stati Membri differenti. |
5. Strumenti prinċipali
— |
Strumenti elettroniċi (il-websajts, eċċ.) |
— |
materjal stampat fuq karta (katalogi, fuljetti eċċ.), |
— |
tagħrif fil-ħwienet, |
— |
reklami f'ġurnali u f'rivisti ta’ l-ikel, perjodiċi għan-nisa, eċċ., |
— |
relazzjonijiet mal-mezzi tax-xandir. |
6. Tul ta’ żmien tal-programm
Minn tnax sa erbgħa u għoxrin xahar.
GĦASEL U PRODOTTI TA’ L-APIKULTURA
1. Analiżi globali tas-sitwazzjoni
Is-settur Komunitarju ta’ l-għasel u l-prodotti ta’ l-apikultura ta’ kwalità, li ftit li xejn jirċievi għajnuniet Komunitarji, irid iħabbat wiċċu ma’ kompetizzjoni dinjija li dejjem qed tikber. Is-sitwazzjoni saret aktar diffiċli minħabba spejjeż għoljin tal-produzzjoni.
Is-settur ilu mill-2001 sottomess għad-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE (7), li tipprovdi biex ikun hemm tikketta li tistabbilixxi rabta bejn il-kwalità u l-oriġini tal-prodott. Il-programmi megħjuna jridu jiffukaw fuq l-għasel u prodotti ta’ l-apikultura tal-Komunità li jagħtu tagħrif supplimentari relatat ma’ l-oriġini reġjonali, territorjali u topografika jew fuq garanziji ta’ kwalità maħruġin sew mill-Komunità (DOP, IĠP, TSG jew “tnissil mill-biedja organika”) kif ukoll minn Stat Membru.
2. Għanijiet
— |
Il-konsumaturi jiġu mgħarrfa dwar id-diversità, il-kwalitajiet organolettiċi u l-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-prodotti ta’ l-apikultura tal-Komunità. |
— |
il-konsumaturi jiġu mgħarrfa dwar il-kwalitajiet ta’ l-għasel Komunitarju li mhux filtrat u lanqas pastorizzat. |
— |
il-konsumaturi jiġu megħjuna biex jifhmu t-tikkettar ta’ l-għasel Komunitarju u l-produtturi jiġu mħajra jtejbu t-tikketti tagħhom billi jagħmluhom aktar ċari. |
— |
il-konsum ta’ l-għasel jiġi orjentat lejn prodotti ta’ kwalità billi tinġibed l-attenzjoni fuq it-traċċabilità tagħhom. |
3. Gruppi fil-mira
— |
Il-konsumaturi, b'mod partikolari dawk bejn l-20 u l-40 sena fl-età, |
— |
l-anzjani u t-tfal, |
— |
dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Tagħrif dwar il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sigurtà, l-iġjene waqt il-produzzjoni, iċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità u t-tikkettar, |
— |
l-għasel huwa prodott naturali msejjes fuq it-tradizzjoni u fuq għerf espert stabbilit, li joffri ħafna possibbiltajiet għall-użu fit-tisjir modern, |
— |
firxa kbira ta’ għasel b'oriġini ġeografiċi u botaniċi differenti u ta’ diversi staġuni, |
— |
pariri dwar l-użu u l-valur nutrittiv, |
— |
trid tiġi żgurata l-fertilizzazzjoni bil-polline għaż-żamma tal-bijodiversità. |
5. Strumenti prinċipali
— |
Reklami fl-istampa ġenerali u speċjalizzata (rivisti gastronomiċi u dwar l-istil tal-ħajja), |
— |
internet, ċinema u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni awdjoviżivi (televiżjoni, radju), |
— |
ħwienet, |
— |
sehem fil-wirjiet u fil-fieri, |
— |
azzjonijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi mmirati għall-pubbliku ġenerali, organizzazzjoni ta’ avvenimenti li jipprevedu azzjonijiet f'restoranti u fl-impriżi tal-kejtering, |
— |
tagħrif fl-iskejjel (istruzzjonijiet immirati għall-istaff ta’ għalliema, għall-istudenti fl-iskejjel għal-lukandi u l-caterers ). |
6. Tul ta’ żmien u firxa tal-programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar, preferibbilment programmi li jippreżentaw strateġija u għanijiet ġustifikati kif jixraq għal kull fażi.
INBEJJED TA’ KWALITÀ PRODOTTI F'REĠJUN DETERMINAT, INBEJJED TAL-MEJDA B'INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA
1. Analiżi globali tas-sitwazzjoni
Is-settur huwa karatterizzat bi produzzjoni għolja kontra konsum statiku, jekk mhux għan-niżla għal ċerti kategoriji, filwaqt li qed tiżdied l-offerta minn pajjiżi terzi.
2. Għanijiet
— |
Li jiżdied il-konsum ta’ l-inbejjed ta’ oriġini Komunitarja, |
— |
il-konsumaturi jiġu mgħarrfa dwar il-varjetà, il-kwalità u l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni ta’ l-inbejjed Ewropej, kif ukoll dwar ir-riżultati ta’ l-istudji xjentifiċi. |
3. Gruppi fil-mira
— |
Distributuri, |
— |
konsumaturi, minbarra ż-żgħażagħ u l-adolexxenti msemmija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2001/458/KE (8), |
— |
dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika: ġurnalisti, esperti fil-gastronomija, |
— |
stabbilimenti ta’ tagħlim fis-settur tal-lukandi u tal-kejtering. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Leġiżlazzjoni Komunitarja mgħammra b'regoli stretti dwar il-produzzjoni, għarfien dwar il-kwalità, it-tikkettar u l-kummerċjalizzazzjoni, li jiggarantixxu lill-konsumatur il-kwalità u t-traċċabilità tal-prodott offrut, |
— |
il-gost li tista’ ssir għażla fost varjetà enormi ta’ nbejjed Ewropej ta’ oriġini differenti, |
— |
tagħrif dwar il-koltivazzjoni ta’ l-għeneb fil-Komunità u r-rabta mal-kundizzjonijiet, il-kulturi u t-togħmiet reġjonali u lokali. |
5. Strumenti prinċipali
— |
Azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ relazzjonijiet pubbliċi, |
— |
taħriġ għad-distributuri u l-fornituri ta’ l-ikel, |
— |
kuntatti ma’ l-istampa speċjalizzata, |
— |
strumenti oħra (websajts, fuljetti u katalogi) biex tiġi ggwidata l-għażla tal-konsumatur u jiżdiedu l-okkażjonijiet għall-konsum (avvenimenti familjari, festi eċċ.), |
— |
wirjiet u fieri: stands bil-prodotti ta’ bosta Stati Membri. |
6. Tul tal-programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar, preferibbilment għall-programmi multiannwali filwaqt li jiġu stabbiliti għanijiet għal kull fażi
PRODOTTI MĦARSA B'DENOMINAZZJONI TA’ L-ORIĠINI PROTETTA (PDO), INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA (PGI), JEW SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA (TSG)
1. Stampa ġenerali tas-sitwazzjoni
Is-sistema Komunitarja ta’ ħarsien dwar id-denominazzjoni tal-prodotti msemmija fir-Regolamenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006 hija prijorità rigward l-implimentazzjoni tal-parti “ kwalità ” tal-politika agrikola komuni. Din hija r-raġuni għaliex jeħtieġ li jsiru sforzi biex jingħata tagħrif lill-parteċipanti potenzjali kollha fil-katina tal-produzzjoni, it-tħejjija, il-kummerċ u l-konsum dwar id-denominazzjonijiet u l-prodotti li jġibu fuqhom denominazzjonijiet protetti.
2. Għanijiet
Il-kampanji ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni ma għandhomx jillimitaw ruħhom għal isem wieħed jew għal għadd żgħir ta’ ismijiet ta’ prodotti iżda għandhom jiffokaw fuq gruppi ta’ ismijiet jew fuq ċerti kategoriji ta’ prodotti, jew aħjar fuq prodotti ta’ reġjun wieħed jew ta’ ħafna reġjuni, jew ta’ Stat Membru wieħed jew ta’ ħafna Stati Membri.
Dawn il-kampanji għandu jkollhom bħala għan:
— |
li jagħtu informazzjoni sħiħa dwar il-kontenut, dwar il-ħidma u dwar il-karattru Komunitarju ta’ l-iskemi u, b'mod partikolari, dwar l-effetti tagħhom fuq il-valur kummerċjali tal-prodotti li d-denominazzjoni tagħhom tkun protetta, li jgawdu mill-ħarsien li jagħtu dawn l-iskemi minn mindu jiġu rreġistrati; |
— |
li jkabbru l-għarfien tal-logos Komunitarji għall-prodotti PDO/PGI u l-TSG fost il-konsumaturi, id-distributuri u l-professjonisti fis-settur ta’ l-ikel; |
— |
li jħeġġu gruppi ta’ produtturi u ta’ dawk li jipproċessaw l-inbejjed tar-reġjuni kkonċernati li għadhom mhux qed jieħdu sehem f'dawn l-iskemi biex jirreġistraw id-denominazzjoni tal-prodotti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa biex tinkiseb ir-reġistrazzjoni; |
— |
li jħeġġu l-gruppi ta’ produtturi u ta’ dawk li jipproċessaw l-inbejjed li għadhom mhux qed jieħdu sehem fl-iskemi biex jaħdmu fuq prodotti ta’ denominazzjonijiet reġistrati filwaqt li jirrispettaw id-dettalji speċifiċi approvati, kif ukoll il-ħtiġijiet fil-qafas tal-kontroll stabbiliti għad-denominazzjonijiet protetti differenti, |
— |
li jagħtu spinta lit-talba għall-prodotti kkonċernati filwaqt li jgħarrfu lill-konsumaturi u lid-distributuri dwar l-eżistenza, is-sinifikat u l-benefiċċji ta’ l-iskemi u jagħtuhom spjegazzjonijiet dwar il-logos, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tad-desinjazzjonijiet, dwar il-kontrolli, kif ukoll dwar is-sistema ta’ traċċabilità. |
3. Gruppi fil-mira
— |
Produtturi u dawk li jipproċessaw l-inbejjed, |
— |
distributuri (id-distribuzzjoni ġenerali, grossisti, kummerċ bl-imnut, kejteres, kantins u restoranti), |
— |
konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, |
— |
min iwassal opinjoni. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Il-prodotti li d-denominazzjoni tagħhom hija mħarsa għandhom karatteristiċi speċifiċi skond l-oriġini ġeografika tagħhom. Fil-każ ta’ prodotti li jġibu fuqhom il-PDO, il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott iridu jkunu essenzjalment u esklussivament marbuta ma’ l-ambjent ġeografiku partikolari (bil-karatteristiċi naturali u umani inerenti ma’ dan). Fil-każ tal-PGI, huma prodotti li l-kwalità u l-fama speċifika tagħhom hija marbuta ma’ l-oriġini ġeografika; għalhekk trid tiġi stabbilita r-rabta ġeografika ta’ l-inqas matul waħda mill-fażijiet tal-produzzjoni, ta’ l-ipproċessar jew tat-tħejjija. |
— |
il-prodotti li jgawdu minn TSG għandhom karatteristiċi marbuta ma’ metodu tradizzjonali partikolari jew ma’ l-użu ta’ materja prima tradizzjonali; |
— |
il-logos Komunitarji utilizzati għall-PDO, il-PGI, u t-TSG huma simboli li jiftiehmu fil-Komunità kollha bħala denominazzjonijiet ta’ prodotti li jkunu konformi ma’ ċerti kundizzjonijiet produttivi speċifiċi marbuta ma’ l-oriġini ġeografika tagħhom jew mat-tradizzjoni u li jkunu soġġetti għal kontrolli u verifiki; |
— |
aspetti kwalitattivi oħra (sikurezza, valur nutrittiv, togħma, traċċabilità) tal-prodotti kkonċernati; |
— |
il-preżentazzjoni ta’ xi prodotti li jgawdu bid-denominazzjoni ta’ PDO, PGI, TSG bħala eżempji ta’ possibbiltà ta’ żvilupp kummerċjali għall-prodotti reġistrati skond l-iskemi ta’ protezzjoni; |
— |
dawn l-iskemi ta’ protezzjoni jgħinu l-wirt kulturali Komunitarju, id-diversità tal-produzzjoni agrikola, kif ukoll iż-żamma tal-kampanja f'qagħda tajba. |
5. Strumenti prinċipali
— |
Strumenti (websajt), |
— |
relazzjonijiet pubbliċi mal-mezzi tax-xandir (stampa speċjalizzata, għan-nisa, tat-tisjir), |
— |
kuntatti ma’ l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, |
— |
tagħrif u wirjiet fil-ħwienet, |
— |
mezzi ta’ komunikazzjoni awdjoviżivi (riklami televiżivi mmirati, eċċ.) |
— |
dokumentazzjoni bil-miktub (fuljetti, katalogi, eċċ.), |
— |
sehem fil-fieri u fil-wirjiet, |
— |
tagħrif u azzjonijiet jew seminars ta’ taħriġ dwar il-funzjonament ta’ l-iskemi tal-Komunità għall-PDOs, il-PGIs u t-TSGs. |
6. Tul tal-programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar. Tingħata prijorità għall-programmi miltiannwali li l-għanijiet u l-istrateġija ta’ kull fażi tagħhom jiġu spjegati tajjeb.
TAGĦRIF DWAR IS-SIMBOLU GRAFIKU TAR-REĠJUNI ULTRAPERIFERIĊI
1. Analiżi globali tas-sitwazzjoni
Dawn il-linji gwida jikkonċernaw ir-reġjuni ultraperiferiċi kif definiti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat. L-istudju ta’ valutazzjoni esterna wera li l-kampanja Komunitarja ta’ informazzjoni dwar is-simbolu grafiku (“logo”) tar-reġjuni ultraperiferiċi, li twettaq fl-1998/1999, qajjem tabilħaqq interess fost l-operaturi differenti tas-settur.
Għalhekk, għadd ta’ produtturi u dawk li jipproċessaw l-inbejjed għamlu talba għall-approvazzjoni tal-prodotti tagħhom ta’ kwalità, bl-iskop li jużaw dan il-logo.
Meta wieħed jikkunsidra t-tul ta’ żmien limitat ta’ din l-ewwel kampanja, għandna nsaħħu l-fama ta’ dan il-logo fost gruppi differenti fil-mira, billi nissoktaw bl-attività ta’ tagħrif dwar is-sinifikat u l-benefiċċji tal-logo.
2. Għanijiet
— |
Li jingħata tagħrif dwar l-eżistenza, is-sinifikat u l-vantaġġi tal-logo, |
— |
li l-produtturi u dawk li jipproċessaw l-inbejjed fir-reġjuni kkonċernati jitħeġġu biex jużaw il-logo, |
— |
li jitjieb l-għarfien dwar il-logo fost id-distributuri u l-konsumaturi. |
3. Gruppi fil-mira
— |
Produtturi lokali u dawk li jipproċessaw l-inbejjed lokali, |
— |
distributuri u konsumaturi, |
— |
min iwassal opinjoni. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Prodott tipiku u naturali, |
— |
prodott li ġej minn reġjun tal-Komunità, |
— |
kwalità (sikurezza, valur nutrittiv u organolettiku, metodu ta’ produzzjoni, rabta ma’ l-oriġini), |
— |
natura eżotika |
— |
varjetà ta’ l-offerta, ukoll dik ta’ barra mill-istaġun, |
— |
traċċabbiltà. |
5. Strumenti prinċipali
— |
Strumenti elettroniċi (il-websajts, eċċ.), |
— |
linja telefonika għall-informazzjoni, |
— |
relazzjonijiet pubbliċi mal-mezzi tax-xandir (stampa speċjalizzata, għan-nisa, tat-tisjir), |
— |
wirjiet fil-punti tal-bejgħ, wirjiet organizzati, fieri eċċ., |
— |
kuntatti mat-tobba u man-nutrizzjonisti, |
— |
mezzi oħra (fuljetti, katalgi, riċetti, eċċ.), |
— |
mezzi ta’ komunikazzjoni awdjoviżivi, |
— |
riklami fl-istampa speċjalizzata u f'dik lokali. |
6. Tul tal-programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar.
PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-BIEDJA ORGANIKA
1. Stampa ġenerali tas-sitwazzjoni
Il-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika huma ta’ suċċess kbir fost il-popolazzjonijiet urbani, iżda l-parti li dawn il-prodotti għandhom mis-suq għadha limitata ħafna.
Il-konsumaturi u partijiet interessati oħra jafu tajjeb il-karatteristiċi tal-metodu tal-produzzjoni organika, iżda l-għarfien tagħhom dwar dan is-suġġett qatt mhuwiex biżżejjed.
Fil-pjan ta’ azzjoni Ewropea tal-komunità għall-ikel u l-biedja organika (9), l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni jitqiesu bħala fattur ewlieni għall-iżvilupp tat-talba għall-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika.
2. Għanijiet
Jeħtieġ li l-kampanji ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni ma jiffukawx biss fuq prodott wieħed jew fuq xi prodotti speċifiċi, iżda bil-maqlub, fuq grupp ta’ prodotti jew fuq metodu ta’ produzzjoni organika li jkunu qed jintużaw f'reġjun wieħed jew f'bosta reġjuni ta’ Stat Membru wieħed jew ta’ bosta Stati Membri.
Dawn il-kampanji għandu jkollhom bħala għan:
— |
li jħeġġu l-konsum tal-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika; |
— |
li jkabbru fost il-konsumaturi l-għarfien dwar it-tikettar, inkluż dak dwar il-logo tal-Komunità, li jintuża għall-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika; |
— |
li jagħtu tagħrif sħiħ u li jqajmu l-kuxjenza pubblika dwar il-vantaġġi tal-biedja organika, b'mod partikolari fil-kuntest tal-ħarsien ta’ l-ambjent, il-benessri ta’ l-annimali, il-manteniment taż-żona naturali u l-iżvilupp tar-reġjuni rurali; |
— |
li jagħtu tagħrif sħiħ dwar il-kontenut u l-ħidma ta’ l-iskema komunitarja li għandha x'taqsam mal-metodu ta’ produzzjoni organika; |
— |
li jħeġġu lill-produtturi u lil dawk li jipproċessaw il-prodotti, kif ukoll lill-gruppi ta’ dawn il-produtturi u proċessaturi jew ta’ bejjiegħa bl-imnut li ma jħaddnux il-biedja organika, biex jaqilbu għal dan il-metodu ta’ produzzjoni, li jħeġġu lill-bejjiegħa bl-imnut, lill-gruppi ta’ dawn l-istess bejjiegħa u lill-kejterers biex ibigħu prodotti li joriġinaw mill-biedja organika. |
3. Gruppi fil-mira
— |
Il-konsumaturi ġenerali, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u s-sottogruppi ta’ konsumaturi partikolari, |
— |
min iwassal l-opinjoni, |
— |
id-distributuri (il-ħwienet il-kbar, il-kummerċ bl-ingrossa, il-kummerċ speċjalizzat bl-imnut, caterers, kantinijiet, restoranti), |
— |
il-persunal ta’ għalliema u l-iskejjel. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Il-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika huma prodotti naturali, addattati għall-metodi tal-ħajja moderna, u li l-konsum tagħhom huwa pjaċevoli. Il-metodu ta’ produzzjoni tagħhom jirrispetta l-ambjent b'mod partikolari u l-benesseri ta’ l-annimali. Il-biedja organika hija appoġġ għad-diversità tal-produzzjoni agrikola u għaż-żamma tal-kampanja naturali f'qagħda tajba; |
— |
il-prodotti huma suġġetti għal regoli ta’ produzzjoni u għal kontrolli stretti, inkluża traċċabilità perfetta sabiex jiżguraw li jkunu ġejjin minn irziezet suġġetti għas-sistema ta’ kontroll; |
— |
l-użu ta’ l-aġġettivi “organiċi” u “ekoloġiċi”, kif ukoll l-ekwivalenti tagħhom f'lingwi oħra, fil-kuntest tal-prodotti ta’ l-ikel huwa protett bil-liġi. Il-logo tal-Komunità, simbolu wżat għall-prodotti organiċi, jinftiehem fil-Komunità kollha u jindika li l-prodotti jkunu konformi mal-kriterji stretti Komunitarji għall-produzzjoni u li dawn ġew ikkontrollati b'mod rigoruż; l-informazzjoni dwar il-logo Komunitarju tista’ tingħata ma’ l-informazzjoni dwar il-logos introdotti fl-Istati Membri; |
— |
tista’ ssir enfażi fuq l-aspetti l-oħra kwalitattivi (sikurezza, valur nutrittiv, togħma) tal-prodotti kkonċernati. |
5. Strumenti prinċipali
— |
Strumenti elettroniċi (websajt), |
— |
linja telefonika għall-informazzjoni, |
— |
relazzjonijiet pubbliċi mal-mezzi tax-xandir (stampa speċjalizzata, għan-nisa, tat-tisjir, ta’ l-industrija ta’ l-ikel), |
— |
kuntatti ma’ l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, |
— |
tagħrif fil-ħwienet, |
— |
azzjonijiet fl-iskejjel, |
— |
mezzi awdjoviżivi ta’ komunikazzjoni (b'mod partikolari reklami mmirati li jsiru fuq it-televiżjoni), |
— |
dokumentazzjoni bil-miktub (fuljetti, katalogi, eċċ.), |
— |
sehem fil-fieri u fil-wirjiet, |
— |
tagħrif u azzjonijiet jew seminars ta’ taħriġ dwar it-tħaddim ta’ skemi applikabbli għall-prodotti organiċi u għall-produzzjoni organika. |
6. Tul tal-programmi
Minn tnax sa sitta u tletin xahar. Tingħata prijorità għall-programmi miltiannwali li l-għanijiet u l-istrateġija ta’ kull fażi tagħhom jiġu spjegati tajjeb.
LAĦAM TAT-TJUR
1. Analiżi globali tas-sitwazzjoni
Il-kriżi fil-fiduċja tal-konsumaturi rigward il-laħam tat-tjur marbuta mar-rapport tal-mezzi tax-xandir dwar l-influwenza tat-tjur issarfet f'tnaqqis sostanzjali tal-konsum. Għalhekk jeħtieġ li tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fil-laħam tat-tjur li joriġina mill-Komunità.
Biex isir dan hemm bżonn li tingħata informazzjoni oġġettiva dwar is-sistemi ta’ produzzjoni Komunitarji (normi ta’ tqegħid fis-suq) u l-kontrolli li jinħtieġu barra l-leġiżlazzjoni ġenerali rigward il-kontrolli u s-sigurtà ta’ l-ikel.
2. Għanijiet
— |
Il-kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni huma limitati għall-prodotti magħmula fl-UE; |
— |
l-għan tagħhom hu li:
|
3. Gruppi fil-mira
— |
Konsumaturi u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, |
— |
persuni responsabbli għax-xiri fil-familji, |
— |
istituzzjonijiet (restoranti, sptarijiet, skejjel, eċċ.), |
— |
distributuri u assoċjazzjonijiet tad-distributuri, |
— |
ġurnalisti u dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika. |
4. Messaġġi prinċipali
— |
Il-laħam tat-tjur mqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ l-UE hu suġġett għal regolamentazzjoni Komunitarja li tkopri l-katina tal-produzzjoni kollha, il-qtil u l-konsum; |
— |
miżuri effettivi dwar is-sigurtà huma eżistenti, inklużi l-verifiki; |
— |
pariri ġenerali ta’ iġjene rigward it-trattament tal-prodotti alimentari li ġejjin mill-annimali. |
5. Strumenti prinċipali
— |
L-Internet. |
— |
azzjonijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi mal-mezzi tax-xandir u reklami (ġurnali xjentifiċi u speċjalizzati, għan-nisa, gazzetti, rivisti tat-tisjir), |
— |
kuntatti ma’ l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, |
— |
mezzi ta’ komunikazzjoni awdjoviżivi, |
— |
dokumentazzjoni bil-miktub (fuljetti, katalogi, eċċ.), |
— |
tagħrif fil-ħwienet. |
6. Tul ta’ żmien u firxa tal-programmi
Il-programmmi għandu jkollhom ta’ l-inqas kopertura nazzjonali jew jinvolvu bosta Stati Membri.
Bejn tnax u erbgħa u għoxrin xahar, bi preferenza għall-programmi multiannwali li jistabbilixxu objettivi ġustifikati għal kull fażi.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(3) ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1.
(4) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.
(6) ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44.
(7) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.
(8) ĠU L 161, 16.6.2001, p. 38.
(9) COM(2004) 415 finali.
ANNESS II
PAJJIŻI TERZI
A. LISTA TAL-PRODOTTI LI JISTGĦU JSIRULHOM AZZJONIJIET TA’ PROMOZZJONI
— |
Laħam taċ-ċanga u tal-majjal frisk, kiesaħ jew tal-friża; preparazzjonijiet ta’ l-ikel magħmula minn dawn il-prodotti, |
— |
laħam tat-tjur ta’ kwalità, |
— |
prodotti tal-ħalib, |
— |
żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda, |
— |
inbejjed tal-mejda b’indikazzjoni ġeografika. Inbejjed ta’ kwalità prodotti f'reġjun speċifikat (q.w.p.s.r.), |
— |
xarbiet fil-kategorija ta’ spirti b'indikazzjoni ġeografika jew dik tradizzjonali riservata, |
— |
frott u ħaxix frisk jew ipproċessat, |
— |
prodotti pproċessati magħmula miċ-ċereali u mir-ross, |
— |
fibra tal-kittien, |
— |
pjanti ħajjin u prodotti ta’ ortikultura ta’ tiżjin, |
— |
prodotti li jgawdu minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP), minn denominazzjoni ġeografika protetta (DĠP) jew minn xi speċjalità tradizzjonali garantita skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, |
— |
prodotti tal-biedja organika skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91. |
B. LISTA TAS-SWIEQ TERZI FEJN JISTGĦU JITWETTQU L-AZZJONIJIET TA' PROMOZZJONI
A. Pajjiż
— |
L-Afrika t’Isfel |
— |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
— |
L-Awstralja |
— |
Il-Bożnja u Ħerżegovina |
— |
Iċ-Ċina |
— |
Il-Korea ta’ Isfel |
— |
Il-Kroazja |
— |
L-Indja |
— |
Il-Ġappun |
— |
Il-Kosovo |
— |
Il-Montenegro |
— |
In-Norveġja |
— |
New Zealand |
— |
Ir-Russja |
— |
Is-Serbja |
— |
L-Iżvizzera |
— |
It-Turkija |
— |
L-Ukraina. |
B. Żoni ġeografiċi
— |
L-Afrika ta’ Fuq |
— |
L-Amerika ta’ Fuq |
— |
L-Amerika Latina |
— |
Ix-Xlokk ta’ l-Asja |
— |
Il-Lvant Qrib u Nofsani. |
ANNESS III
Baġits annwali indikattivi tas-setturi differenti stipulati fl-Artikolu 6
1. |
Frott u ħxejjex friski: 10 miljun EUR |
2. |
Frott u ħxejjex ipproċessati: 2 miljun EUR |
3. |
Fibra tal-kittien: miljun EUR |
4. |
Pjanti ħajjin u prodotti ta’ ortikultura tat-tiżjin: 3 miljun EUR |
5. |
Żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda: 7 miljun EUR (li minnhom mill-inqas 3 miljun EUR għall-pajjiżi terzi) |
6. |
Żjut taż-żrieragħ: 2 miljun EUR |
7. |
Ħalib u prodotti tal-ħalib: 4 miljun EUR |
8. |
Laħmijiet friski, kesħin jew iffriżati, prodotti skond skema ta’ kwalità Komunitarja jew nazzjonali: 4 miljun EUR |
9. |
Immarkar tal-bajd: 2 miljun EUR |
10. |
Għasel u prodotti ta’ l-apikultura: miljun EUR |
11. |
Inbejjed ta’ kwalità prodotti f'reġjun determinat, inbid tal-mejda li jkollhom l-indikazzjoni ġeografika: 3 miljun EUR |
12. |
Prodotti mħarsa b'denominazzjoni ta’ l-oriġini protetta (PDO), indikazzjoni ġeografika protetta (PGI), jew speċjalità tradizzjonali garantita (TSG): 3 miljun EUR |
13. |
Tagħrif dwar is-simbolu grafiku tar-reġjuni ultraperiferiċi: miljun EUR |
14. |
Prodotti li joriġinaw mill-biedja organika: 3 miljun EUR |
15. |
Laħam tat-Tjur: p.m. |
ANNESS IV
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2005 (is-Suq Intern) |
Ir-Regolament (KE) Nru 501/2008 (R. uniku Kummissjoni) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2005 (pajjiżi terzi) |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
— |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6(1) |
— |
— |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 5 |
Artikolu 7(2)(b) |
Artikolu 6(3), parzjalment |
— |
— |
Artikolu 7 |
Artikoli 6 u 10(3) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(1),(2)(a) u (ċ), u (3) |
Artikolu 8 |
Artikolu 7(1),(2) it-tieni subparagrafu, u l-paragrafu 3 |
Artikolu 7(2), ħlief il-punti (a) u (ċ), u l-paragrafu 4 |
Artikolu 9 |
Artikolu 7(2) ħlief l-ewwel subparagrafu u l-paragrafu (4) u (5) |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 11 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 12 |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 9(2) u (3) |
Artikolu 13 |
Artikolu 10(2) u (3) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10(1) sa (3) |
Artikolu 14 |
Artikolu 11 |
Artikoli 6 u 10(4) |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 16 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 17 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 18 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 19 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 20 |
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
Artikolu 21 |
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
Artikolu 22 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 23 |
Artikolu 19 |
Artikolu 19 |
Artikolu 24 |
Artikolu 20 |
Artikolu 20 |
Artikolu 25 |
Artikolu 21 |
Artikolu 21 |
Artikolu 26 |
Artikolu 22 |
Artikolu 22 |
Artikolu 27 |
Artikolu 23 |
Artikolu 23 |
Artikolu 28 |
Artikolu 24 |
Artikolu 25 |
Artikolu 29 |
Artikolu 26 |