Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0083

    Direttiva tal-Kummissjoni 2008/83/KE tat- 13 ta' Awwissu 2008 li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li twaqqaf il-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 219, 14.8.2008, p. 55–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/83/oj

    14.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 219/55


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/83/KE

    tat-13 ta' Awwissu 2008

    li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li twaqqaf il-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE (2) kienet adottata biex tiżgura li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom ikunu konformi mal-linjigwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward ta’ karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu miksub mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet, sakemm dawn il-linjigwida jkunu ġew stabbiliti. Għal varjetajiet oħra, id-Direttiva tistipula li għandhom japplikaw il-linjigwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (International Union for Protection of new Varieties of Plants – UPOV).

    (2)

    Minn dak iż-żmien, is-CPVO u l-UPOV ħarġu aktar linjigwida għal għadd ta’ speċijiet oħra, u emendaw dawk eżistenti.

    (3)

    Id-Direttiva 2003/91/KE għandha, għaldaqstant, tkun emendata skond dan.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija ,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Għall-eżamijiet li jkunu nbdew qabel l-1 ta’ Novembru 2008, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttiva 2003/91/KE fil-verżjoni li kienet applikabbli qabel l-emendi li jkunu sarulha b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Dawn iridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni, b’mod immedjat, it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Novembru 2008.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn riferenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif riferenza bħal din għandha ssir.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Awwissu 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 393).

    (2)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva (KE) 2007/49/KE (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 33).


    ANNESS

    ANNESS I

    Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-CPVO

    Isem xjentifiku

    L-isem komuni

    Protokoll tas-CPVO

    Allium cepa L. (il-grupp Cepa)

    Basla u Echalion

    TP 46/1 tal-14.6.2005

    Allium cepa L. (il-grupp Aggregatum)

    Shallot

    TP 46/1 tal-14.6.2005

    Allium porrum L.

    Kurrat

    TP 85/1 tal-15.11.2001

    Allium sativum L.

    Tewm

    TP 162/1 tal-25.3.2004

    Apium graveolens L.

    Karfus

    TP 82/1 tat-13.3.2008

    Apium graveolens L.

    Krafes

    TP 74/1 tat-13.3.2008

    Asparagus officinalis L.

    Asparagu

    TP 130/1 tas-27.3.2002

    Brassica oleracea L.

    Pastard

    TP 45/1 tal-15.11.2001

    Brassica oleracea L.

    Brokkli li qed inibbet jew Kalabris

    TP 151/2 tal-21.3.2007

    Brassica oleracea L.

    Brussels Sprouts

    TP 54/2 tal-1.12.2005

    Brassica oleracea L.

    Ġdur

    TP 65/1 tal-25.3.2004

    Brassica oleracea L.

    Kaboċċa mfelfla (Savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

    TP 48/2 tal-1.12.2005

    Brassica rapa L.

    Kaboċċa Ċiniża

    TP 105/1 tat-13.3.2008

    Capsicum annuum L.

    Bżar aħmar jew Bżar

    TP 76/2 tal-21.3.2007

    Cichorium endivia L.

    Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa lixxa

    TP 118/2 tal-1.12.2005

    Cichorium intybus L.

    Ċikwejra industrijali

    TP 172/2 tal-1.12.2005

    Cichorium intybus L.

    Ċikwejra witloof

    TP 173/1 tal-25.3.2004

    Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. Et Nakai

    Dulliegħ

    TP 142/1 tal-21.3.2007

    Cucumis melo L.

    Bettieħ

    TP 104/2 tal-21.3.2007

    Cucumis sativus L.

    Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat

    TP 61/2 tat-13.3.2008

    Cucurbita pepo L.

    Qargħa bagħli jew Zukkini

    TP 119/1 tal-25.3.2004

    Cynara cardunculus L.

    Qaqoċċ

    TP 184/1 tal-25.3.2004

    Daucus carota L.

    Karrotti u Karrotti għall-għalf

    TP 49/3 tat-13.3.2008

    Foeniculum vulgare Mill.

    Bużbież

    TP 183/1 tal-25.3.2004

    Lactuca sativa L.

    Ħass

    TP 13/3 tal-21.3.2007

    Lycopersicon esculentum Mill.

    Tadam

    TP 44/3 tal-21.3.2007

    Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

    Tursin

    TP 136/1 tal-21.3.2007

    Phaseolus coccineus L.

    Fażola ta’ Spanja

    TP 9/1 tal-21.3.2007

    Phaseolus vulgaris L.

    Fażola żgħira u Fażola tixxeblek

    TP 12/2 tal-1.12.2005

    Pisum sativum L. (partim)

    Piżella mkemmxa, Piżella tonda u Piżella ħelwa (sugar pea)

    TP 7/1 tas-6.11.2003

    Raphanus sativus L.

    Ravanell

    TP 64/1 tas-27.3.2002

    Solanum melongena L.

    Brunġiel

    TP 117/1 tat-13.3.2008

    Spinacia oleracea L.

    Spinaċi

    TP 55/2 tat-13.3.2008

    Valerianella locusta (L.) Laterr.

    Valerjanella

    TP 75/2 tal-21.3.2007

    Vicia faba L. (partim)

    Ful kbir

    TP Broadbean/1 tal-25.3.2004

    Zea mays L. (partim)

    Sweet corn u Pop corn

    TP 2/2 tal-15.11.2001

    It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fil-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

    ANNESS II

    Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tal-UPOV

    Isem xjentifiku

    L-isem komuni

    Il-linjagwida tal-UPOV

    Allium fistulosum L.

    Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

    TG/161/3 tal-1.4.1998

    Allium schoenoprasum L.

    Kurrat salvaġġ

    TG/198/1 tad-9.4.2003

    Beta vulgaris L.

    Spinach beet jew il-weraq tal-pitravi

    TG/106/4 tal-31.3.2004

    Beta vulgaris L.

    Pitravi inkluża l-pitrava Cheltenham

    TG/60/7 tad-9.4.2008

    Brassica oleracea L.

    Kaboċċa mberfla

    TG/90/6 tal-31.3.2004

    Brassica rapa L.

    Nevew

    TG/37/10 tal-4.4.2001

    Cichorium intybus L.

    Ċikwejra b’weraq kbir jew ċikwejra Taljana

    TG/154/3 tat-18.10.1996

    Cucurbita maxima Duchesne

    Qargħa aħmar

    TG/155/4 tat-28.3.2007

    Raphanus sativus L.

    Ravanell iswed

    TG/63/6 tal-24.3.1999

    Rheum rhabarbarum L.

    Rabarbru

    TG/62/6 tal-24.3.1999

    Scorzonera hispanica L.

    Scorzonera jew Salsafja sewda

    TG/116/3 tal-21.10.1988

    It-test ta’ dawn il-linjigwida jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).


    Top