EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1291

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2007 tal- 31 ta’ Ottubru 2007 li jemenda għat-88 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 287, 1.11.2007, p. 12–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1291/oj

1.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 287/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1291/2007

tal-31 ta’ Ottubru 2007

li jemenda għat-88 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fis-17 ta' Ottubru 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika s-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk ikun emendat b'dan.

(3)

L-annotazzjoni “Mohammad Shafiq Ahmadi” għandha tiġi korretta fid-dawl tad-deċizjoni tal-21 ta' Settembru 2007 tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1239/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 280, 24.10.2007, p. 11).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni “Youssef Ben Abdul Baki Ben Youcef Abdaoui (magħruf ukoll bħala (a) Abu Abdullah, (b) Abdellah, (c) Abdullah). Indirizz: (a) via Romagnosi 6, Varese, l-Italja, (b) Piazza Giovane Italia 2, Varese, l-Italja. Data tat-twelid: (a) 4.6.1966, (b) 4.9.1966. Post tat-twelid: Kairouan, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: G025057 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-23.6.1999 li skada fil-5.2.2004). Informazzjoni oħra: Kodiċi fiskali Taljan: BDA YSF 66P04 Z352Q” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Youssef Ben Abdul Baki Ben Youcef Abdaoui (magħruf ukoll bħala (a) Abu Abdullah, (b) Abdellah, (c) Abdullah). Indirizz: (a) via Romagnosi 6, Varese, l-Italja, (b) Piazza Giovane Italia 2, Varese, l-Italja. Data tat-twelid: (a) 4.6.1966, (b) 4.9.1966. Post tat-twelid: Kairouan, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: G025057 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-23.6.1999, skada fil-5.2.2004). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BDA YSF 66P04 Z352Q, (b) F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal sentejn u sitt xhur priġunerija. Fis-17 ta' Mejju 2004, il-Qorti ta' l-Appell ta' l-Italja ħassret is-sentenza u ordnat li l-kawża terġa' tinstema' mill-ġdid.

(2)

L-annotazzjoni “Mohamed Ben Mohamed Ben Khalifa Abdelhedi. Indirizz: via Catalani 1, Varese, l-Italja. Data tat-twelid: 10.8.1965. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L965734 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-6.2.1999 li skada fil-5.2.2004). Informazzjoni oħra: Kodiċi fiskali Taljan: BDL MMD 65M10 Z352S” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Mohamed Ben Mohamed Ben Khalifa Abdelhedi. Indirizz: via Catalani 1, Varese, l-Italja. Data tat-twelid: 10.8.1965. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L965734 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-6.2.1999, skada fil-5.2.2004). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BDL MMD 65M10 Z352S, (b) Fit-3.12.2004 ġie kkundannat mill-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Milan għal erba' snin u tmien xhur priġunerija. Fid-29.9.2005, il-Qorti ta' l-Appell ta' Milan naqqsitlu ż-żmien ta' priġunerija tiegħu għal tliet snin u erba' xhur. Id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Kassazzjoni fl-10.11.2006. Kien fil-ħabs jew suġġett għal miżuri alternattivi mill-24.6.2003 sas-6.5.2005. Huwa s-suġġett ta' digriet ta' espulsjoni mit-territorju Taljan.

(3)

L-annotazzjoni “Mohammad Shafiq Ahmadi. Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Samangan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban” taħt it-titolu “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

Mohammad Shafiq Ahmadi. Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Samangan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.

(4)

L-annotazzjoni “Mohamed Amine Akli (magħruf ukoll bħala (a) Akli Amine Mohamed, (b) Killech Shamir, (c) Kali Sami, (d) Elias). Post tat-twelid: Bordj el Kiffane, l-Alġerija. Data tat-twelid: 30.3.1972” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Mohamed Amine Akli (magħruf ukoll bħala (a) Akli Amine Mohamed, (b) Killech Shamir, (c) Kali Sami, (d) Elias). Indirizz: M'għandu l-ebda indirizz fiss fl-Italja. Post tat-twelid: Bordj el Kiffane, l-Alġerija. Data tat-twelid: 30.3.1972. Informazzjoni oħra: F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal 4 snin ħabs.

(5)

L-annotazzjoni “Mehrez Ben Mahmoud Ben Sassi Al-Amdouni (alias (a) Fabio Fusco, (b) Mohamed Hassan, (c) Abu Thale). Data tat-twelid: 18.12.1969. Post tat-twelid: Asima-Tunis, it-Tuneżija. Nazzjonalità: (a) Tuneżin, (b) Tal-Bożnja u l-Ħerżegovina. Numru tal-passaport: (a) G737411 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-24.10.1990 li skada fl-20.9.1997), (b) 0801888 (il-Bożnja u l-Ħerżegovina). Informazzjoni oħra: Allegatament arrestat f'Istanbul, it-Turkija u ddeportat l-Italja” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

‘Mehrez Ben Mahmoud Ben Sassi Al-Amdouni (magħruf ukoll bħala (a) Fabio Fusco, (b) Mohamed Hassan, (c) Abu Thale). Indirizz: M'għandu l-ebda indirizz fiss fl-Italja. Data tat-twelid: 18.12.1969. Post tat-twelid: Asima-Tunis, it-Tuneżija. Nazzjonalità: (a) Tuneżin, (b) Tal-Bożnja u l-Ħerżegovina. Numru tal-passaport: (a) G737411 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-24.10.1990, skada fl-20.9.1997), (b) 0801888 (il-Bożnja u l-Ħerżegovina). Informazzjoni oħra: (a) Allegatament arrestat f'Istanbul, it-Turkija u ddeportat l-Italja, (b) F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal tliet snin priġunerija, (c) Fis-17 ta' Mejju 2004, ġie kkundannat fl-Italja mill-Qorti ta' l-Appell għal sentejn u sitt xhur priġunerija.

(6)

L-annotazzjoni “Chiheb Ben Mohamed Al-Ayari (alias Hichem Abu Hchem). Indirizz: Via di Saliceto 51/9, Bologna, Italja. Data tat-twelid: 19.12.1965. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Passaport Nru L246084 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-10.6.1996, li skada fid-9.6.2001)” taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Chiheb Ben Mohamed Ben Mokhtar Al-Ayari (magħruf ukoll bħala Hichem Abu Hchem). Indirizz: Via di Saliceto 51/9, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: 19.12.1965. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L246084 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-10.6.1996, skada fid-9.6.2001). Informazzjoni oħra: F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal sentejn u xahar priġunerija.

(7)

L-annotazzjoni “Mondher Baazaoui (alias Hamza). Indirizz: Via di Saliceto 51/9, Bologna, Italja. Data tat-twelid: 18.3.1967. Post tat-twelid: Kairouan, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: K602878 (Passaport Tuneżin maħruġ fil-5.11.1993, li skada fid-9.6.2001)” taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Mondher Ben Mohsen Ben Ali Al-Baazaoui (magħruf ukoll bħala Hamza). Indirizz: Via di Saliceto 51/9, Bologna, Italja. Data tat-twelid: 18.3.1967. Post tat-twelid: Kairouan, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: K602878 (Passaport Tuneżin maħruġ fil-5.11.1993, skada fid-9.6.2001). Informazzjoni oħra: F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal sentejn u sitt xhur priġunerija.

(8)

L-annotazzjoni “Ibrahim Ben Hedhili Ben Mohamed Al-Hamami. Indirizz: Via de’ Carracci 15, Casalecchio di Reno (Bologna) l-Italja. Data tat-twelid: 20.11.1971. Post tat-twelid: Koubellat, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: Z106861 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-18.2.2004, li jiskadi fis-17.2.2009)” taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Ibrahim Ben Hedhili Ben Mohamed Al-Hamami. Indirizz: Via de’ Carracci 15, Casalecchio di Reno (Bologna) l-Italja. Data tat-twelid: 20.11.1971. Post tat-twelid: Koubellat, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: Z106861 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-18.2.2004, li jiskadi fis-17.2.2009). Informazzjoni oħra: F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal 3 snin priġunerija.

(9)

L-annotazzjoni “Imad Ben Bechir Ben Hamda Al-Jammali. Indirizz: via Dubini 3, Gallarate, Varese, l-Italja. Data tat-twelid: 25.1.1968. Post tat-twelid: Menzel Temime, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: K693812 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-23.4.1999 li skada fit-22.4.2004). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: JMM MDI 68A25 Z352D. Attwalment il-ħabs fit-Tuneżija.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Imad Ben Bechir Ben Hamda Al-Jammali. Indirizz: via Dubini 3, Gallarate, (Varese), l-Italja. Data tat-twelid: 25.1.1968. Post tat-twelid: Menzel Temime, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: K693812 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-23.4.1999, skada fit-22.4.2004). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: JMM MDI 68A25 Z352D, (b) Attwalment il-ħabs f'Tunis, it-Tuneżija, (c) L-awtoritajiet Ġudizzjarji Taljani ħarġu mandat ta' arrest kontrih, liema mandat kien għadu ma ġiex eżegwit f'Settembru 2007.

(10)

L-annotazzjoni “Faouzi Ben Mohamed Ben Ahmed Al-Jendoubi (alias (a) Said, (b) Samir). Indirizz: (a) Via Agucchi 250, Bologna, l-Italja, (b) Via di Saliceto 51/9, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: 30.1.1966. Post tat-twelid: Beja, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: K459698 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-6.3.1999, li skada fil-5.3.2004)” taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Faouzi Ben Mohamed Ben Ahmed Al-Jendoubi (magħruf ukoll bħala (a) Said, (b) Samir). Indirizz: (a) Via Agucchi 250, Bologna, l-Italja, (b) Via di Saliceto 51/9, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: 30.1.1966. Post tat-twelid: Beja, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: K459698 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-6.3.1999, skada fil-5.3.2004). Informazzjoni oħra: F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal sentejn priġunerija.

(11)

L-annotazzjoni “Habib Ben Ahmed Al-Loubiri. Indirizz: via Brughiera 5, Castronno, Varese, l-Italja. Data tat-twelid: 17.11.1961. Post tat-twelid: Menzel Temime, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: M788439 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-20.10.2001 li jiskadi fid-19.10.2006). Informazzjoni oħra: Kodiċi fiskali Taljan: LBR HBB 61S17 Z352F” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Habib Ben Ahmed Al-Loubiri. Indirizz: via Brughiera 5, Castronno, (Varese), l-Italja. Data tat-twelid: 17.11.1961. Post tat-twelid: Menzel Temime, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: M788439 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-20.10.2001, skada fid-19.10.2006). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: LBR HBB 61S17 Z352F, (b) Fit-3.12.2004 ġie kkundannat mill-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Milan għal sitt snin u sitt xhur priġunerija. Fid-29.9.2005, il-Qorti ta' l-Appell ta' Milan naqqsitlu ż-żmien ta' priġunerija għal 4 snin u xahar. Kien fil-ħabs mill-24.6.2003 sas-17.11.2006. Ġie espuls mit-territorju Taljan lejn Tunis (it-Tuneżija) fit-30.8.2006.

(12)

L-annotazzjoni “Chabaane Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Trabelsi. Indirizz: via Cuasso 2, Porto Ceresio, Varese, l-Italja. Data tat-twelid: 1.5.1966. Post tat-twelid: Rainneen, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L945660 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-4.12.1998 li skada fit-3.12.2001). Informazzjoni oħra: Kodiċi fiskali Taljan: TRB CBN 66E01 Z352O” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Chabaane Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Trabelsi. Indirizz: via Cuasso 2, Porto Ceresio, (Varese), l-Italja. Data tat-twelid: 1.5.1966. Post tat-twelid: Rainneen, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L945660 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-4.12.1998 li skada fit-3.12.2001). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: TRB CBN 66E01 Z352O, (b) Illiberat fit-3.12.2004 mill-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Milan. F'Settembru 2007, il-proċedura ta' l-appell kienet għadha pendenti quddiem il-Qorti ta' l-Appell ta' Milan.

(13)

L-annotazzjoni “Najib Ben Mohamed Ben Salem Al-Waz. Indirizz: Vicolo dei Prati 2/2, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: 12.4.1960. Post tat-twelid: Hekaima Al-Mehdiya, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: K815205 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-17.9.1994, li skada fis-16.9.1999)” taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Najib Ben Mohamed Ben Salem Al-Waz (magħruf ukoll bħala Ouaz Najib). Indirizz: Vicolo dei Prati 2/2, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: 12.4.1960. Post tat-twelid: Hekaima Al-Mehdiya, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: K815205 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-17.9.1994, skada fis-16.9.1999). Informazzjoni oħra: F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal sitt xhur priġunerija.

(14)

L-annotazzjoni “Kamal Ben Mohamed Ben Ahmed Darraji. Indirizz: via Belotti 16, Busto Arsizio (Varese), l-Italja. Data tat-twelid: 22.7.1967. Post tat-twelid: Menzel Bouzelfa, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L029899 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-14.8.1995 li skada fit-13.8.2000). Informazzjoni oħra: Kodiċi fiskali Taljan: (a) DDR KML 67L22 Z352Q, (b) DRR KLB 67L22 Z352S” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Kamal Ben Mohamed Ben Ahmed Darraji. Indirizz: via Belotti 16, Busto Arsizio (Varese), l-Italja. Data tat-twelid: 22.7.1967. Post tat-twelid: Menzel Bouzelfa, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L029899 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-14.8.1995, skada fit-13.8.2000). Informazzjoni oħra: Kodiċi fiskali Taljan: (a) DDR KML 67L22 Z352Q, (b) DRR KLB 67L22 Z352S, (c) Fit-3.12.2004 ġie kkundannat mill-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Milan għal ħames snin u għaxar xhur priġunerija. Fid-29.9.2005, il-Qorti ta' l-Appell ta' Milan naqqsitlu ż-żmien ta' priġunerija tiegħu għal tliet snin u seba' xhur. Kien fil-ħabs jew suġġett għal miżuri alternattivi mill-24.6.2003 sas-17.11.2006. Huwa s-suġġett ta' digriet ta' espulsjoni mit-territorju Taljan.

(15)

L-annotazzjoni Lionel Dumont (magħruf bħala (a) Jacques Brougere, (b) Abu Hamza (c) Di Karlo Antonio (d) Merlin Oliver Christian Rene (e) Arfauni Imad Ben Yousset Hamza (f) Imam Ben Yussuf Arfaj, (g) Abou Hamza, (h) Arfauni Imad, (i) Bilal, (j) Hamza, (k) Koumkal, (l) Kumkal, (m) Merlin, (n) Tinet, (o) Brugere, (p) Dimon). Indirizz: l-ebda indirizz fiss fl-Italja. Data tat-twelid: (a) 21.1.1971, (b) 29.1.1975, (c) 1971, (d) 21.1.1962, (e) 24.8.1972. Post tat-twelid: Roubaix, Franza. Informazzjoni oħra: Mandat ta' arrest internazzjonali maħruġ għalih mill-Interpol. Arrestat fil-Ġermanja fit-13.12.2003, estradit lejn Franza fit-18.5.2004. Ilu arrestat minn Ottubru 2004’ taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Lionel Dumont (magħruf ukoll bħala (a) Jacques Brougere, (b) Abu Hamza (c) Di Karlo Antonio (d) Merlin Oliver Christian Rene (e) Arfauni Imad Ben Yousset Hamza (f) Imam Ben Yussuf Arfaj, (g) Abou Hamza, (h) Arfauni Imad, (i) Bilal, (j) Hamza, (k) Koumkal, (l) Kumkal, (m) Merlin, (n) Tinet, (o) Brugere, (p) Dimon). Indirizz: l-ebda indirizz fiss fl-Italja. Data tat-twelid: (a) 21.1.1971, (b) 29.1.1975, (c) 1971, (d) 21.1.1962, (e) 24.8.1972. Post tat-twelid: Roubaix, Franza. Informazzjoni oħra: (a) Mandat ta' arrest internazzjonali maħruġ għalih mill-Interpol. Arrestat fil-Ġermanja fit-13.12.2003, estradit lejn Franza fit-18.5.2004. Ilu arrestat minn Ottubru 2004, (b) F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal 5 snin priġunerija. Fis-17 ta' Mejju 2004, il-Qorti ta' l-Appell ta' Bologna ordnat proċess separat ġdid minħabba li f'Mejju 2004 kien diġà f'kustodja fi Franza.

(16)

L-annotazzjoni “Mohamed El Mahfoudi. Indirizz: via Puglia 22, Gallarate (Varese, l-Italja). Data tat-twelid: 24 ta' Settembru 1964. Post tat-twelid: Agadir (il-Marokk). Kodiċi fiskali Taljan: LMH MMD 64P24 Z330F” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Mohamed El Mahfoudi. Indirizz: via Puglia 22, Gallarate (Varese), l-Italja. Data tat-twelid: 24.9.1964. Post tat-twelid: Agadir, il-Marokk. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: LMH MMD 64P24 Z330F, (b) Fit-3.12.2004 ġie kkundannat mill-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Milan sena u erba' xhur priġunerija, sentenza sospiża wara “proċess sommarju”. F'Settembru 2007, il-proċedura ta' l-appell kienet għadha pendenti quddiem il-Qorti ta' l-Appell ta' Milan. Kien il-Marokk sa minn Settembru 2007.

(17)

L-annotazzjoni “Moussa Ben Omar Ben Ali Essaadi (alias (a) Dah Dah, (b) Abdelrahmman, (c) Bechir). Indirizz: Via Milano 108, Brescia, Italja. Data tat-twelid: 4.12.1964. Post tat-twelid: Tabarka, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L335915 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-8.11.1993, li skada fis-7.11.2001)” taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Moussa Ben Omar Ben Ali Essaadi (magħruf ukoll bħala (a) Dah Dah, (b) Abdelrahmman, (c) Bechir). Indirizz: Via Milano 108, Brescia, l-Italja. Data tat-twelid: 4.12.1964. Post tat-twelid: Tabarka, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L335915 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-8.11.1993, skada fis-7.11.2001). Informazzjoni oħra: F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal sentejn ħabs.

(18)

L-annotazzjoni “Rachid Fettar (alias (a) Amine del Belgio, (b) Djaffar), Via degli Apuli 5, Milan, Italja. Post tat-twelid: Boulogin (Alġerija). Data tat-twelid: 16 ta' April 1969” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Rachid Fettar (magħrud ukoll bħala (a) Amine del Belgio, (b) Djaffar). Indirizz: Via degli Apuli 5, Milan, l-Italja. Data tat-twelid: 16.4.1969. Post tat-twelid: Boulogin, l-Alġerija. Informazzjoni oħra: F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal sentejn u sitt xhur priġunerija.

(19)

L-annotazzjoni “Khalil Ben Ahmed Ben Mohamed Jarraya (alias (a) Khalil Yarraya, (b) Ben Narvan Abdel Aziz, (c) Amro, (d) Omar, (e) Amrou, (f) Amr). Indirizz: (a) Via Bellaria 10, Bologna, l-Italja, (b) Via Lazio 3, Bologna, l-Italja, (c) Dr Fetah Becirbegovic St. 1, Sarajevo, il-Bożnja u l-Ħerżegovina. Data tat-twelid: 8.2.1969. Post tat-twelid: Sfax (Tuneżija). Nazzjonalità: (a) Tuneżin, (b) Tal-Bożnja u l-Ħerżegovina. Informazzjoni oħra: Hu kien ukoll identifikat bħala Abdel Aziz Ben Narvan, imwieled f'Sereka (ex-Jugoslavja) 15.8.1970” taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Khalil Ben Ahmed Ben Mohamed Jarraya (magħruf ukoll bħala (a) Khalil Yarraya, (b) Ben Narvan Abdel Aziz, (c) Amro, (d) Omar, (e) Amrou, (f) Amr). Indirizz: (a) Via Bellaria 10, Bologna, l-Italja, (b) Via Lazio 3, Bologna, l-Italja, (c) Dr Fetah Becirbegovic St. 1, Sarajevo, il-Bożnja u l-Ħerżegovina. Numru tal-passaport: K989895 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-26.7.1995, skada fil-25.7.2000). Data tat-twelid: 8.2.1969. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: (a) Tuneżin, (b) Tal-Bożnja u l-Ħerżegovina. Informazzjoni oħra: (a) Hu kien ukoll identifikat bħala Abdel Aziz Ben Narvan, imwieled f'Sereka (ex-Jugoslavja) fil-15.8.1970, (b) F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal 5 snin u sitt xhur priġunerija. Fl-10 ta' Mejju 2004, ġie kkundannat mill-Qorti ta' l-Appell fl-Italja għal erba' snin u sitt xhur priġunerija.

(20)

L-annotazzjoni “Mounir Ben Habib Ben Al-Taher Jarraya (alias Yarraya). Indirizz: (a) Via Mirasole 11, Bologna, Italja, (b) Via Ariosto 8, Casalecchio di Reno (Bologna), Italja. Data tat-twelid: 25.10.1963. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L065947 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-28.10.1995, li skada fis-27.10.2000)” taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Mounir Ben Habib Ben Al-Taher Jarraya (magħruf ukoll bħala Yarraya). Indirizz: (a) Via Mirasole 11, Bologna, l-Italja, (b) Via Ariosto 8, Casalecchio di Reno (Bologna), l-Italja. Data tat-twelid: 25.10.1963. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L065947 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-28.10.1995, skada fis-27.10.2000). Informazzjoni oħra: F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal sentejn u sitt xhur priġunerija. Fl-10 ta' Mejju 2004, ġie kkundannat mill-Qorti ta' l-Appell fl-Italja għal tliet snin u sitt xhur priġunerija.

(21)

L-annotazzjoni “Fethi Ben Al-Rabei Ben Absha Mnasri (alias (a) Fethi Alic, (b) Amor, (c) Omar Abu). Indirizz: (a) Via Toscana 46, Bologna, l-Italja, (b) Via di Saliceto 51/9, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: 6.3.1969. Post tat-twelid: Baja, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L497470 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-3.6.1997, li skada fit-2.6.2002)” taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Fethi Ben Al-Rabei Ben Absha Mnasri (magħruf ukoll bħala (a) Fethi Alic, (b) Amor, (c) Omar Abu). Indirizz: (a) Via Toscana 46, Bologna, l-Italja, (b) Via di Saliceto 51/9, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: 6.3.1969. Post tat-twelid: Baja, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Numru tal-passaport: L497470 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-3.6.1997, skada fit-2.6.2002). Informazzjoni oħra: F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal tmien xhur priġunerija.

(22)

L-annotazzjoni “Ahmed Hosni Rarrbo (alias Abdallah, Abdullah). Post tat-twelid: Boulogin (Alġerija). Data tat-twelid: 12 ta' Settembru 1974” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Ahmed Hosni Rarrbo (magħruf ukoll bħala (a) Rarrbo Abdallah, (b) Rarrbo Abdullah). Indirizz: M'għandu l-ebda indirizz fiss fl-Italja. Data tat-twelid: 12.9.1974. Post tat-twelid: Bologhine, l-Alġerija. Informazzjoni oħra: F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal sentejn u erba' xhur priġunerija. Fis-17 ta' Mejju 2004, ġie kkundannat mill-Qorti ta' l-Appell fl-Italja għal tmien xhur priġunerija.

(23)

L-annotazzjoni “Nedal Mahmoud Saleh (alias (a) Nedal Mahmoud N. Saleh, (b) Salah Nedal, (c) Hitem). Indirizz: (a) Via Milano 105, Casal di Principe (Caserta), l-Italja, (b) Via di Saliceto 51/9, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: (a) 1.3.1970, (b) 26.3.1972. Post tat-twelid: Taiz, il-Jemen. Nazzjonalità: tal-Jemen. Informazzjoni oħra: arrestat fl-Italja fid-19.8.2003” taħt it-titolu “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

Nedal Mahmoud Saleh (magħruf ukoll bħala (a) Nedal Mahmoud N. Saleh, (b) Salah Nedal, (c) Hitem). Indirizz: (a) Via Milano 105, Casal di Principe (Caserta), l-Italja, (b) Via di Saliceto 51/9, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: (a) 1.3.1970, (b) 26.3.1972. Post tat-twelid: Taiz, il-Jemen. Nazzjonalità: tal-Jemen. Informazzjoni oħra: F'Jannar 2003 ġie kkundannat fl-Italja għal sentejn priġunerija. Fis-17 ta' Mejju 2004, il-Qorti ta' l-Appell ta' Bologna kkonfermat is-sentenza (in absentia).


Top