Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1126

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2007 tat- 28 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel fir-rigward ta' tossini Fusarium fil-qamħirrun u l-prodotti tal-qamħirrun (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 255, 29.9.2007, p. 14–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1126/oj

    29.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 255/14


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1126/2007

    tat-28 ta’ Settembru 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel fir-rigward ta' tossini Fusarium fil-qamħirrun u l-prodotti tal-qamħirrun

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) jistabbilixxi l-livelli massimi ta' tossini Fusarium f’ċerti oġġetti ta’ l-ikel.

    (2)

    Il-livelli massimi għandhom jiġu ffissati f'livell strett li jkun jista’ jintlaħaq b’mod raġonevoli permezz ta’ prattiċi agrikoli u ta’ manufattura tajbin u billi jitqies ir-riskju relatat mal-konsum ta’ l-ikel.

    (3)

    Il-kundizzjonijiet klimatiċi matul it-tkabbir, partikolarment waqt it-twarrid għandhom influwenza maġġuri fuq il-kontenut tat-tossina Fusarium. Madankollu, prattiċi agrikoli tajbin, fejn il-fatturi ta’ riskju jitnaqqsu sal-minimu, jistgħu jipprevjenu sa ċertu punt il-kontaminazzjoni mill-fungi Fusarium. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/583/KE tas-17 ta’ Awwissu 2006 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tossini Fusarium fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali (3) inklużi l-qamħirrun u l-prodotti tal-qamħirrun fiha prinċipji ġenerali għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-kontaminazzjoni mit-tossina Fusarium (zearalenone, fumonisins u trichothecenes) fiċ-ċereali li għandhom jiġu implimentati mill-iżvilupp tal-kodiċi nazzjonali ta’ prattika bbażati fuq dawn il-prinċipji.

    (4)

    Il-livelli massimi ġew stabbiliti fl-2005 għat-tossini Fusarium fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali, inkluż il-qamħirrun u l-prodotti tal-qamħirrun. Għall-qamħirrun, mhux il-fatturi kollha involuti fil-formazzjoni tat-tossini Fusarium, b’mod partikolari z-zearalenone u l-fumosins B1 u B2 huma magħrufin preċiżament. Madankollu, il-livelli massimi fil-qamħirrun u l-prodotti tal-qamħirrun kienu previsti li japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2007 għad-deoxynivalenol ad zearalenone u mill-1 ta’ Ottubru 2007 għall-fumonisins B1 u B2, f'każ li l-ebda livelli massimi bbażati fuq tagħrif ġdid dwar l-okkorrenza u l-formazzjoni ma ġew stabbiliti qabel dak iż-żmien. Dan il-perjodu ta’ żmien ippermetta lill-operaturi fil-kummerċ ta’ l-ikel fil-katina taċ-ċereali li jwettqu investigazzjonijiet dwar is-sorsi tal-formazzjoni tal-mikotossini u dwar l-identifikazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni li għandhom jittieħdu għall-prevenzjoni tal-preżenza tagħhom sakemm ikun raġonevolment possibbli.

    (5)

    Meta jitqies tagħrif ġdid mill-2005, jidher li hemm bżonn li jiġu emendati l-livelli massimi fil-qamħirrun u l-prodotti tal-qamħirrun kif ukoll id-data ta' applikazzjoni ta' dawn il-livelli.

    (6)

    Reċentement ġie pprovdut tagħrif li juri li għall-ħsad ta' l-2005 u l-2006 ġew osservati livelli ogħla fil-qamħirrun minn dawk fil-ħsad ta' l-2003 u l-2004 ta' prinċipalment zearalenone u fumonisins u, għalkemm mhux daqshekk, deoxynivalenol, marbut mal-kundizzjonijiet klimatiċi. Il-livelli ta' zearalenone u fumonisins imbassra għalhekk, skond ċerti kundizzjonijiet klimatiċi, ma jistgħux jintlaħqu għall-qamħirrun, anke meta jiġu applikati l-miżuri ta' prevenzjoni sal-punt possibbli. Għalhekk il-livelli massimi hemm bżonn li jiġu emendati sabiex jiġi evitat tfixkil għas-suq filwaqt li jinżamm livell għoli ta' ħarsien għas-saħħa pubblika billi jiġi żgurat li l-espożizzjoni umana tibqa' b'mod sinifikanti taħt il-livell ta' gwida bbażat fuq is-saħħa.

    (7)

    Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u bla xkiel ta' dawn il-livelli massimi, huwa xieraq ukoll li japplikaw għall-qamħirrun u l-prodotti tal-qamħirrun kollha maħsuda fi staġun u għalhekk id-data ta' l-applikazzjoni għandha tirrifletti l-bidu ta' l-istaġun tat-tqegħid fis-suq tas-sena ta' ħsad li jmiss. Peress li l-ħsad tal-qamħirrun fl-Ewropa normalment jibda f'nofs Settembru u jibqa' għaddej sa tmiem Ottubru, ikun xieraq li d-data ta' l-applikazzjoni tkun l-1 ta’ Ottubru 2007.

    (8)

    Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

    (9)

    Barra minn hekk, għandhom isiru numru ta' bidliet tekniċi wkoll.

    (10)

    Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-livell massimu ma jkunx japplika għall-qamħirrun mhux ipproċessat maħsub biex jiġi pproċessat bi tħin niedi (produzzjoni tal-lamtu). Fil-fatt, data xjentifika wriet li irrispettivament mil-livelli ta' tossini Fusarium preżenti f'qamħirrun mhux ipproċessat, it-tossini Fusarium ma nstabux jew instabu biss f'livelli baxxi ħafna f'lamtu prodott mill-qamħirrun. Madankollu, sabiex titħares is-saħħa pubblika u ta' l-annimali, l-operaturi tan-negozju fis-settur tat-tħin niedi għandhom jissorveljaw intensament il-prodotti sekondarji mill-proċess tat-tħin niedi destinati għall-għalf ta' l-annimali biex jiċċekkjaw il-konformità mal-valuri ta' gwida msemmija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/576/KE tas-17 ta’ Awwissu 2006 dwar il-preżenza tad-Deoxynivalenol, zearalenone, Ochratoxin A, T-2 u HT-2 u l-fumonisins fil-prodotti maħsuba għall-għalf ta' l-annimali (4).

    (11)

    Ir-riżultati tal-proċess tat-tħin niexef fil-frazzjonijiet tat-tħin b'daqs differenti tal-partiċelli mill-istess lott ta' qamħirrun mhux ipproċessat. Data xjentifika turi li l-frazzjonijiet tat-tħin b'daqs tal-partiċelli iżgħar fihom livell ogħla ta' tossini Fusarium minn tal-frazzjonijiet tat-tħin b'daqs tal-partiċelli ikbar. Il-frazzjonijiet tat-tħin tal-qamħirrun huma kklassifikati skond id-daqs tal-partiċelli f'intestaturi differenti fin-Nomenklatura Magħquda abbażi ta' rata ta' passaġġ minn ġo għarbiel bi ftuħ ta' 500 mikron. Livelli massimi differenti għal frazzjonijiet ta' tħin iżgħar u ikbar minn 500 mikron għandu jiġi stabbilit biex jirrifletti l-livell ta' kontaminazzjoni tal-frazzjonijiet differenti.

    (12)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 hu emendat kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 11, punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

    “(b)

    L-1 ta’ Ottubru 2007 fir-rigward tal-livelli massimi għad-deoxynivalenol u z-zearalenone stipulati fil-punti 2.4.3, 2.4.8, 2.4.9, 2.5.2, 2.5.4, 2.5.6, 2.5.8, 2.5.9 u 2.5.10 ta’ l-Anness;”

    2.

    It-Taqsima 2 ta' l-Anness hija emendata kif ġej:

    (a)

    Id-daħliet għad-Deoxynivalenol (2.4), Zearalenone (2.5) u Fumonisins (2.6) jinbidlu bid-daħliet fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (b)

    It-test tan-nota tal-qiegħ 20 tinbidel bi “Il-livell massimu għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2007.”

    (ċ)

    In-nota tal-qiegħ 21 titħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

    (3)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 35.

    (4)  ĠU L 229, 23.8.2006, p. 7.


    ANNESS

    “2.4

    Deoxynivalenol (17)

     

    2.4.1

    Ċereali mhux ipproċessati (18) (19) li mhux qamħ durum, ħafur jew qamħirrun

    1 250

    2.4.2

    Qamħ durum u ħafur mhux ipproċessati (18) (19)

    1 750

    2.4.3

    Qamħirrun mhux ipproċessat (18), ħlief qamħirrun mhux ipproċessat maħsub li jiġi pproċessat permezz ta' tħin niedi (*)

    1 750  (20)

    2.4.4

    Ċereali maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem, dqiq, granza u nebbieta taċ-ċereali, bħala prodott finali mibjugħ għall-konsum dirett mill-bniedem ħlief oġġetti ta’ l-ikel elenkati fi 2.4.7, 2.4.8 u 2.4.9

    750

    2.4.5

    Għaġin (niexef) (22)

    750

    2.4.6

    Ħobż (inkluż ikel żgħir tal-forn), pasti, gallettini, ikliet żgħar ta’ ċereali u ċereali għall-kolazzjon

    500

    2.4.7

    Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u tfal żgħar (3) (7)

    200

    2.4.8

    Frazzjonijiet tat-tħin tal-qamħirrun b'daqs tal-partiċelli > 500 mikron li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 1103 13 jew 1103 20 40 u prodotti oħra tat-tħin tal-qamħirrun b'daqs tal-partiċella > 500 mikron mhux użat għall-konsum dirett mill-bniedem li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1904 10 10

    750  (20)

    2.4.9

    Frazzjonijiet tat-tħin tal-qamħirrun b'daqs tal-partiċelli ≤ 500 mikron li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 1102 20 u prodotti oħra tat-tħin tal-qamħirrun b'daqs tal-partiċella ≤ 500 mikron mhux użat għall-konsum dirett mill-bniedem li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1904 10 10

    1 250  (20)

    2.5

    Zearalenone (17)

     

    2.5.1

    Ċereali mhux ipproċessati (18) (19) ħlief qamħirrun

    100

    2.5.2

    Qamħirrun mhux ipproċessat (18) ħlief qamħirrun mhux ipproċessat maħsub li jiġi pproċessat permezz ta' tħin niedi (*)

    350  (20)

    2.5.3

    Ċereali maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem, dqiq, granza u nebbieta taċ-ċereali, bħala prodott finali mibjugħ għall-konsum dirett mill-bniedem ħlief oġġetti ta’ l-ikel elenkati fi 2.5.6, 2.5.7, 2.5.8, 2.5.9 u 2.5.10

    75

    2.5.4

    Żejt tal-qamħirrun raffinat

    400  (20)

    2.5.5

    Ħobż (inkluż ikel żgħir tal-forn), pasti, gallettini, ikliet żgħar taċ-ċereali u ċereali għall-kolazzjon, ħlief ikliet żgħar tal-qamħirrun u ċereali għall-kolazzjon b'bażi ta' qamħirrun

    50

    2.5.6

    Qamħirrun maħsub għal konsum dirett mill-bniedem, Ikliet żgħar b'bażi ta' qamħirrun u ċereali għall-kolazzjon ibbażati fuq il-qamħirrun

    100  (20)

    2.5.7

    Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali (ħlief ikel ipproċessat b'bażi ta' qamħirrun) u ikel tat-trabi għat-trabi u tfal żgħar (3) (7)

    20

    2.5.8

    Ikel ipproċessat b'bażi ta' qamħirrun għat-trabi u t-tfal żgħar (3) (7)

    20  (20)

    2.5.9

    Frazzjonijiet tat-tħin tal-qamħirrun b'daqs tal-partiċelli > 500 mikron li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 1103 13 jew 1103 20 40 u prodotti oħra tat-tħin tal-qamħirrun b'daqs tal-partiċella > 500 mikron mhux użat għall-konsum dirett mill-bniedem li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1904 10 10

    200  (20)

    2.5.10

    Frazzjonijiet tat-tħin tal-qamħirrun b'daqs tal-partiċelli ≤ 500 mikron li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 1102 20 u prodotti oħra tat-tħin tal-qamħirrun b'daqs tal-partiċella ≤ 500 mikron mhux użat għall-konsum dirett mill-bniedem li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1904 10 10

    300  (20)

    2.6

    Fumonisins

    Somma ta' B1 u B2

    2.6.1

    Qamħirrun mhux ipproċessat 18, ħlief qamħirrun mhux ipproċessat maħsub li jiġi pproċessat permezz ta' tħin niedi (*)

    4 000  (23)

    2.6.2

    Qamħirrun maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem, ikel b'bażi ta' qamħirrun għall-konsum dirett mill-bniedem, ħlief oġġetti ta' l-ikel elenkati fi 2.6.3 u 2.6.4

    1 000  (23)

    2.6.3

    Ċereali b'bażi ta' qamħirrun u ikliet żgħar b'bażi ta' qamħirrun

    800  (23)

    2.6.4

    Ikel ipproċessat b’bażi ta’ qamħirrun u ikel tat-trabi għat-trabi u tfal żgħar (3) (7)

    200  (23)

    2.6.5

    Frazzjonijiet tat-tħin tal-qamħirrun b'daqs tal-partiċelli > 500 mikron li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 1103 13 jew 1103 20 40 u prodotti oħra tat-tħin tal-qamħirrun b'daqs tal-partiċella > 500 mikron mhux użat għall-konsum dirett mill-bniedem li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1904 10 10

    1 400  (23)

    2.6.6

    Frazzjonijiet tat-tħin tal-qamħirrun b'daqs tal-partiċelli ≤ 500 mikron li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 1102 20 u prodotti oħra tat-tħin tal-qamħirrun b'daqs tal-partiċella ≤ 500 mikron mhux użat għall-konsum dirett mill-bniedem li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1904 10 10

    2 000  (23)


    (*)  L-eżenzjoni tapplika biss għall-qamħirrun li huwa evidenti eż. permezz ta' ttikkettjar, destinazzjoni, li jkun maħsub biss għall-użu fi proċess ta' tħin niedi (produzzjoni tal-lamtu).”


    Top