Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0850

    Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Novembru 2006 li testendi għall-Istati Membri li m'humiex parteċipanti l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/849/KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni ta’ l-euro mill-iffalsifikar (il-programm Pericles )

    ĠU L 330, 28.11.2006, p. 30–30 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 214–214 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32014R0331

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/850/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    214


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta’ l-20 ta’ Novembru 2006

    li testendi għall-Istati Membri li m'humiex parteċipanti l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/849/KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni ta’ l-euro mill-iffalsifikar (il-programm “Pericles”)

    (2006/850/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Meta adotta d-Deċiżjoni 2006/849/KE (1) l-Kunsill indika li din għandha tapplika fl-Istati Membri parteċipanti kif definit fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro (2).

    (2)

    Madankollu, l-iskambju ta’ l-informazzjoni u l-persunal kif ukoll il-miżuri ta’ assistenza u taħriġ implimentati taħt il-programm Pericles għandhom ikunu uniformi madwar il-Komunità kollha u għalhekk għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex ikun garantit l-istess livell ta’ protezzjoni għall-euro fl-Istati Membri fejn l-euro mhuwiex il-munita uffiċjali,

    IDDEĊIEDA KIF GEJ:

    Artikolu 1

    L-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/849/KE għandha tiġi estiża għall-Istati Membri li m'humiex Stati Membri parteċipanti kif definit fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/1998.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. KORKEAOJA


    (1)  Ara paġna 28 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (2)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.


    Top