EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0716

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Marzu 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika ta’ l-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 99–99 (MT)
ĠU L 294, 25.10.2006, p. 51–51 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/716/oj

Related international agreement

32006D0716

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Marzu 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika ta’ l-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

Official Journal L 294 , 25/10/2006 P. 0051 - 0051
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0099 - 0099


20060327

Deċiżjoni tal-Kunsill

tas- 27 ta’ Marzu 2006

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika ta’ l-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

(2006/716/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80 (2), flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2), l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil- 5 ta’Ġunju ta’ l-2003 biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika ta’ l-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru, hawn aktar 'il quddiem imsemmi "il-Ftehim", b'mod konformi mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3) Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat b'mod provviżorju, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika ta' l-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru qiegħed hawn jiġi approvat f' isem il-Komunità, soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħżel il-persuna(i) bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f'isem il-Komunità soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussel, 27 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Gorbach

--------------------------------------------------

Top