This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0647
Regulation (EC) No 647/2005 of the European Parliament and of the Council of 13 April 2005 amending Council Regulations (EEC) No 1408/71 on the application of social security schemes to employed persons, to self-employed persons and to members of their families moving within the Community and (EEC) No 574/72 laying down the procedure for implementing Regulation (EEC) No 1408/71
Ir-Regolament (KE) Nru. 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u (KEE) Nru. 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71
Ir-Regolament (KE) Nru. 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u (KEE) Nru. 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71
ĠU L 117, 4.5.2005, p. 1–12
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
In force
4.5.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
IR-REGOLAMENT (KE) NRU. 647/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' April 2005
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u (KEE) Nru. 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Għandhom isiru ċerti emendi għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 (3) u (KEE) Nru 574/72 (4), sabiex jittieħed kont ta' żviluppi reċenti fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti u jiġu riflessi l-bidliet fil-liġi dwar is-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri. |
(2) |
Sabiex jittieħed kont ta' l-iżviluppi reċenti fil-każistika, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet ta' sentenzi, partikolarment fil-każijiet ta' Johann Franz Duchon v Pensionsversicherungsantalt der Angestellten (5)u Office national de l'emploi v Calogero Spataro. (6) |
(3) |
Is-sentenzi fil-każijiet Friedrich Jauch v Pensionsversicherungsanstalt der Arbeiter u Ghislain Leclere, Alina Deaconescu u Caisse nationale des prestations familiales, (7)dwar il-klassifikazzjoni ta' benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji jeħtieġu, għal raġunijiet ta' sigurtà legali, li ż-żewġ kriterji kumulattivi li jridu jitqiesu jiġu speċifikati sabiex tali benefiċċji jistgħu jidhru fl-Anness IIa tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71. Abbażi ta' dan, hemm każ għal reviżjoni ta' l-Anness, filwaqt li jittieħed kont ta' l-emendi leġiżlattivi fl-Istati Membri li jaffettwaw dan it-tip ta' benefiċċji, li minħabba n-natura mħallta tagħhom huma suġġetti għal koordinazzjoni speċifika. Barra minn dan, hu importanti li jkunu speċifikati d-dispożizzjonijiet tranżitorji relatati mal-benefiċċju li kien is-suġġett tas-sentenza fil-każ Jauch sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-benefiċjarji. |
(4) |
Abbażi tal-każistika dwar ir-relazzjonijiet bejn ir-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 u d-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar is-sigurtà soċjali, hu meħtieġ li ssir reviżjoni ta' l-Anness III ta' dak ir-Regolament. Il-partiti fil-parti A ta' l-Anness III huma ġġustifikati biss f'żewġ każijiet: meta huma aktar favorevoli għall-ħaddiema migranti (8)jew fir-rigward ta' sitwazzjonijiet speċifiċi u eċċezzjonali, normalment konnessi ma' ċirkostanzi storiċi. Barra minn dan, mhux xieraq li jiġu aċċettati partiti fil-Parti B ħlief meta sitwazzjonijiet eċċezzjonali u oġġettivi jkunu jiġġustifikaw deroga mill-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament u mill-Artikoli 12, 39 u 42 tat-Trattat (9). |
(5) |
Sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, għandu jkun hemm ċerti dispożizzjonijiet min-naħa waħda dwar il-funzjonarji u persuni trattati bħala tali u, min-naħa l-oħra dwar membri tal-persunal li jivvjaġġa, inkluż bl-ajru, ta' impriża li topera servizzi ta' trasport internazzjonali għal passiġġieri jew merkanzija bil-ferrovija, fuq l-art, bl-ajru jew f'passaġġi fuq l-ilma interni, u sabiex jiġu speċifikati l-metodi li jiddeterminaw l-ammont medju li jrid jitqies fil-kuntest ta' l-Artikolu 23 ta' dak ir-Regolament. |
(6) |
Ir-reviżjoni ta' l-Anness IIa għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandha twassal għat-tneħħija ta' xi partiti eżistenti u, meħud kont ta' emendi leġiżlattivi f' xi Stati Membri, għall-inklużjoni ta' ċerti partiti ġodda. Fil-każ ta' l-aħħar, tkun imbagħad ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri biex jikkunsidraw il-bżonn għal arranġamenti transitorji jew soluzzjonijiet bilaterali sabiex jindirizzaw is-sitwazzjoni ta' persuni li d-drittijiet miksuba tagħhom jistgħu bħala konsegwenza jiġu milquta, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-regolament (KEE) Nru 1408/71 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 4(2a) għandu jiġi mibdul bis-segwenti: “2a. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji provduti f'liġi li, minħabba l-ambitu personali tagħha, l-għanijiet tagħha u/jew il-kundizzjonijiet għal dritt taħtha, għandha l-karatteristiċi kemm tal-liġi dwar is-sigurtà soċjali msemmija fil- paragrafu 1 kif ukoll ta' assistenza soċjali. ‘Benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji’ tfisser dawk li:
u
|
3. |
L-Artikolu 7(2)(ċ) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:
|
4. |
L-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul bis-segwenti: “Artikolu 9a Estensjoni tal-perijodu ta' referenza Jekk il-liġi ta' Stat Membru tirrikonoxxi d-dritt għal benefiċċju bil-kundizzjoni li jintlaħaq perijodu minimu ta' assikurazzjoni matul żmien determinat qabel ma sseħħ il-kontinġenza li kontriha tkun l-assikurazzjoni (perijodu ta' riferenza) u tistabbilixxi li l-perijodi li matulhom tħallsu l-benefiċċji skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru jew perjodi ddedikati għat-trobbija tat-tfal fit-territorju ta' dak l-Istat Membru għandu jestendi dan il-perijodu ta' riferenza, il-perijodi li matulhom tħallsu pensjonijiet ta' l-anzjanità jew invalidità jew tħallsu benefiċċji ta' mard, qgħad, inċidenti industrijali jew mard assoċjat max-xogħol skond il-liġi ta' Stat Membru ieħor u perjodi ddedikati għat-trobbija tat-tfal fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom ukoll jestendu dan il-perijodu ta' riferenza.”. |
5. |
L-Artikolu 10a(1) għandu jiġi mibdul bis-segwenti: “1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 u tat-Titolu III m'għandhomx japplikaw għall-benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji msemmija fl-Artikolu 4(2a). Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom jirċievu dawn il-benefiċċji esklużivament fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn jirrisjedu u skond il-liġi ta' dak l-Istat, sakemm dawn il-benefiċċji jkunu msemmija fl-Anness IIa. Il-benefiċċji għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza u bi spejjeż tagħha.”. |
6. |
Fl-Artikolu 23, għandu jiddaħħal il-paragrafu segwenti: “2a. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll meta l-liġi applikata mill-istituzzjoni kompetenti tipprovdi għal perijodu ta' riferenza speċifiku u dan il-perijodu jikkoinċidi, fejn xieraq, mal-perjodi sħaħ jew parzjali kompletati mill-persuna kkonċernata skond il-liġi ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħra.”. |
7. |
L-Artikolu 35 (2) għandu jiġi mħassar. |
8. |
L-Artikolu 69 (4) għandu jiġi mħassar. |
9. |
Għandom jiġu mdaħħla l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 95f Dispożizzjonijiet transitorji dwar l-Anness II, sezzjoni I, taħt l-intestaturi ‘D. ĠERMANJA’ u ‘R. AWSTRIJA’ 1. Anness II, sezzjoni I, taħt l-intestaturi ‘D. ĠERMANJA’ u ‘R. AWSTRIJA’, kif emendati bir-Regolament (KE) Nru. 467/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2005 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurta' socjali għal persuni impjegati, għal-persuni li jaħdmu għal-rashom u għall-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità u (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 (*), m'għandu jistabbilixxi ebda dritt għall-perijodu qabel l-1 ta' Jannar 2005. 2. Kwalunkwe perijodu ta' assikurazzjoni u, fejn xieraq, kwalunkwe perijodu ta' impjieg, impjieg awtonomu jew residenza taħt il-liġi ta' Stat Membru qabel l-1 ta' Jannar 2005 għandu jiġi kkunsidrat fid-determinazzjoni tad-drittijiet miksuba skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. 3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, skond dan ir-Regolament dritt għandu jinkiseb anki meta jkun jirrelata għal kontinġenza li tkun seħħet qabel l-1 ta' Jannar 2005. 4. Kwalunkwe benefiċċju li ma jkunx ingħata jew li jkun ġie sospiż minħabba n-nazzjonalità jew r-residenza tal-persuna ikkonċernata għandu, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, jingħata jew jitkompla mill-1 ta' Jannar 2005, kemm-il darba d-drittijiet li għalihom kienu qabel ingħataw il-benefiċċji ma jkunux wasslu għal pagament ta' somma globali. 5. Id-drittijiet ta' persuna li lilha tkun ingħatat pensjoni jew annwalita' qabel l-1 ta' Jannar 2005 tista', wara applikazzjoni mill-persuni ikkonċernati, tiġi riveduta, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dan għandu japplika wkoll għal benefiċċji oħrajn skond l-Artikolu 78. 6. Jekk applikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 jew 5 tkun preżentata fi żmien sentejn mill-1 ta' Jannar 2005, id-drittijiet miksuba taħt dan ir-Regolament għandhom ikollhom effett minn dik id-data, u d-dispożizzjonijiet tal-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru dwar it-tneħħija jew limitazzjoni tad-drittijiet ma jistgħux jiġu nvokati kontra l-persuni kkonċernati. 7. Jekk l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 jew 5 tiġi preżentata wara li jkun skada l-perijodu ta' sentejn wara l-1 ta' Jannar 2005, id-drittijiet li ma jkunux intilfu jew ġew preskritti għandhom ikollhom effett mid-data li fiha l-applikazzjoni ġiet preżentata, ħlief fejn japplikaw dispożizzjonijiet tal-liġi aktar favorevoli ta' kwalunkwe Stat Membru. Artikolu 95g Dispożizzjonijiet transitorji dwar it-tħassir tal-partita fl-Anness IIa dwar l-Allowance Awstrijaka għall-kura (Pflegegeld). Fil-każ ta' applikazzjonijiet għal sussidji għall-kura taħt il-liġi federali Awstrijaka (Bundespflegegeldgesetz) preżentati mhux aktar tard mit-8 ta' Marzu 2001 abbażi ta' l-Artikolu 10a(3) ta' dan ir-Regolament, għandha tibqa' tapplika din id-dispożizzjoni sakemm il-benefiċjarju tas-sussidju għall-kura jibqa' jirrisjedi fl-Awstrija wara t-8 ta' Marzu 2001. |
10. |
Annessi II, IIa, III, IV u VI għandhom jiġu emendati skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 4 (11) għandu jiġi mħassar. |
2. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu segwenti: “Artikolu 10ċ Formalitajiet stabbiliti fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(2)(d) tar-Regolament għall-funzjonarji u persuni trattati bħala tali. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(2)(d), l-istituzzjoni indikata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun tapplika għandha toħroġ ċertifikat li jgħid li l-funzjonarju jew il-persuna trattata bħala tali hi suġġetta għall-leġiżlazzjoni tiegħu.”. |
3. |
L-Artikolu 12a għandu jiġi emendat kif ġej:
|
4. |
L-Artikolu 32a għandu jiġi mħassar. |
5. |
L-Annessi għandhom jiġu emendati skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak li fih ikun pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(9), sa fejn għandu x' jaqsam l-Artikolu 95f tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, l-Anness I punti (1)(a) u (1)(b) u l-Anness II punti (2) u (4) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, fit-13 ta' April 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. P. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) ĠU C 80, tat-30.3.2004, p. 118.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2004 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2004 (ĠU C 38 E, tal-15.2.2005, p. 21) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Regolament aġġornat bir-Regolament (KE) Nru 118/97 (ĠU L 28, tat-30.1.1997, p. 1), emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, tas-6.4.2004, p. 1) u mħassar b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 166, tat-30.4.2004).
(4) ĠU L 74, tas-27.3.1972, p. 1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 631/2004.
(5) Sentenza tat-18 ta' April 2002 fil-każ C-290/00 [ECR] 2002 I-3567.
(6) Sentenza tat-13 ta' Ġunju 1996 fil-każ C-170/95 [ECR] 1996 I-2921.
(7) Sentenzi tat-8 ta' Marzu 2001 fil-każ C-215/99 [ECR] 2001 I-1901 u 31 ta' Mejju 2001 fil-każ C-43/99 [ECR] 2001 I-4265.
(8) Il-prinċipju tat-trattament l-aktar favorevoli ġie mfakkar mill-ECJ fis-sentenzi tagħha tas-7 ta' Frar 1991 każ C-227/89 [ECR] 1991 I-323; tad-9 ta' Novembru 1995, każ C-475/93 [ECR] 1995 I-3813; tad-9 ta' Novembru 2000, każ C-75/99 [ECR] 2000 I-9399; u tal-5 ta' Frar 2002, każ C-277/99 [ECR] 2002 I-1261.
(9) Sentenza tat-30 ta' April 1996 fil-każ C-214/94 [ECR] 1996 I-2253; Sentenza tat-30 ta' April 1996 fil-każ C-308/93 [ECR] 1996 I-2097; Sentenza tat-15 ta' Jannar 2002 fil-każ C-55/00 [ECR] 2002 I-413.
ANNESS I
L-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 qegħdin hawn jiġu emendati kif ġej:
1. |
L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness IIa għandu jiġi mibdul bit-test li ġej, li jinkludi, il-partiti kif stabbiliti fl-Att ta' Adeżjoni għall-Unjoni Ewropea ta' l-2003: “ANNESS IIa Benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji Artikolu 10a A. BELĠJU
B. REPUBBLIKA ĊEKA Allowance soċjali (Att dwar is-Sostenn Soċjali mill-Istat Nru. 117/1995 Sb.). Ċ. DANIMARKA Spejjeż ta' akkomodazzjoni għall-pensjonanti (Liġi dwar l-assistenza għall-akkomodazzjoni individwali, ikkonsolidata bil-Liġi Nru. 204 tad-29 ta' Marzu 1995). D. ĠERMANJA Dħul bażiku minimu għall-anzjani u għal persuni li b'kapaċità ta' gwadann imnaqqsa taħt il-Kapitolu 4 tal-Ktieb XII tal-Kodiċi Soċjali. E. ESTONJA
F. GREĊJA Benefiċċji speċjali għall-anzjani (Liġi 1296/82). G. SPANJA
H. FRANZA
I. IRLANDA
J. ITALJA
K. ĊIPRU
L. LATVJA
M. LITWANJA
N. LUSSEMBURGU Dħul għal persuni serjament diżabbli (Artikolu 1(2), Liġi tat-12 ta' Settembru 2003), bl-eċċezzjoni ta' persuni rikonoxxuti bħala ħaddiema diżabbli u impjegati fis-suq prinċipali tax-xogħol jew f'ambjent protett. O. UNGERIJA
P. MALTA
Q. OLANDA
R. AWSTRIJA Suppliment kumpensattiv (Att Federali tad-9 ta' Settembru 1955 dwar Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali - ASVG, Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar Assigurazzjoni Soċjali għal Persuni fin-Negozju u l-Kummerċ - GSVG u Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar Assigurazzjoni Soċjali għall-Bdiewa - BSVG). S. POLONJA Pensjoni soċjali (Liġi ta-29 ta' Novembru 1990 dwar l-assistenza soċjali). T. PORTUGALL
U. SLOVENJA
V. SLOVAKKJA Aġġustament tal-pensjonijiet bħala sors uniku ta' dħul (Att Nru. 100/1988 Zb.). W. FINLANDJA
X. ŻVEZJA
Y. RENJU UNIT
|
3. |
L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:
|
4. |
Fl-Anness IV, is-sezzjoni B għandha tiġi emendata kif ġej:
|
5. |
L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:
|
ANNESS II
L-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru. 574/72 għandhom jiġu emendati kif ġej:
1. |
Fl-Anness 2, taħt it-titolu “X. SVEZJA”, il-punt 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
2. |
Fl-Anness 4, taħt it-titolu “D. ĠERMANJA”, għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:
|
3. |
Fl-Anness 10, taħt it-titolu “C. DANIMARKA”, il-punt 1 l-ewwel inċiż għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
4. |
Fl-Anness 10, taħt it-titolu “R. AWSTRIJA”, il-punt 1 għandu jiġi mibdul b' li ġej:
|
5. |
L-Anness 11 għandu jiġi mħassar. |