Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento 32005R0208
Commission Regulation (EC) No 208/2005 of 4 February 2005 amending Regulation (EC) No 466/2001 as regards polycyclic aromatic hydrocarbonsText with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2005 ta' l- 4 ta' Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nu 466/2001 dwar l-idrokarburi poliċikliki aromatiċi Test b’relevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2005 ta' l- 4 ta' Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nu 466/2001 dwar l-idrokarburi poliċikliki aromatiċi Test b’relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 34, 8.2.2005, p. 3—5
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 127—129
(MT)
Já não está em vigor, Data do termo de validade: 28/02/2007
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
127 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 208/2005
ta' l-4 ta' Frar 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nu 466/2001 dwar l-idrokarburi poliċikliki aromatiċi
(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li tistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità għas-sustanzi li jikkontaminaw fl-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 2(3) ta’ dan,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar l-ikel,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti sustanzi li jikkontaminaw oġġetti tal-ikel, maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, kif deskritt mid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE tal-14 ta’ Mejju 1991 dwar it-trab tal-ħalib għat-trabi u t-trab tal-ħalib għat-tfal ftit ikbar (3) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE tas-16 ta’ Frar 1996 dwar ikel ta’ bażi ċereali pproċessat u ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar (4). |
(2) |
Xi Stati Membri addottaw livelli massimi għall-idrokarburi poliċikliki aromatiċi - (PAH) f’ċertu ikel. Minħabba d-differenzi bejn l-Istati Membri u r-riskju li jirriżulta ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, jeħtieġ li jkun hemm miżuri tal-Komunità biex tiġi żgurata l-għaqda fis-suq filwaqt li jitħares il-prinċipju tal-proporzjonalità. |
(3) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ikkonkluda, fl-opinjoni tiegħu ta’ l-4 ta’ Diċembru 2002 li hemm numru ta’ PAH li huma karċinoġeni ġenotossiċi. Fi studji fil-laboratorju, instab li l-livelli li jwasslu għal tumuri sperimentali kienu ħafna ogħla minn dawk li wieħed jistenna li jsib u jikkonsma fl-ikel. Madankollu, minħabba l-effetti non-threshold ta’ sustanzi ġenotossiċi, il-livell ta’ PAH fl-ikel għandu jitnaqqas għall-iktar livell baxx li jista’ jinkiseb. |
(4) |
Skond il-Kumitat Xjentifiku ta’ l-Ikel, il-benzo(a)pyrene jista’ jintuza bħala indikatur ta’ l-inċidenza u l-effett tal-PAH karċinoġeniku fl-ikel, li jinkludi wkoll il-benz(a)anthracene, il-benzo(b)fluoranthene, il-benzo(j)fluoranthene, il-benzo(k)fluoranthene, il-benzo(g, h, i)perylene, il-chrysene, is-cyclopenta(c,d)pyrene, id-dibenz(a, h)anthracene, id-dibenzo(a, e)pyrene, id-dibenzo(a, h)pyrene, id-dibenzo(a, i)pyrene, id-dibenzo(a, l)pyrene, l-indeno(1,2,3-cd)pyrene u l-5-methylchrysene. Analiżi aktar fil-fond tal-proporzjonijiet relattivi ta’ dawn il-PAH fl-ikel ikunu meħtieġa biex jipprovdu informazzjoni għal revizjonijiet ġejjiena li jkun xieraq li l-benzo(a)pyrene jinżamm bħala indikatur. |
(5) |
Il-PAH jista’ jikkontamina l-ikel waqt il-proċessi tas-sħana u tat-tnixxif li jħallu l-prodotti ta’ kombustjoni li jiġu f'kuntatt dirett. Proċessi ta’ tnixxif bin-nar u tas-sħana diretti li jintużaw waqt il-produzzjoni taż-żejt tal-ikel, per eżempju l-aħħar għasra taż-żejt taż-żebbuġa jista’ jirriżulta fl-livelli għolja ta’ PAH. Il-karbonju attiv jista’ jintuża biex ineħħi l-benzo(a)pyrene waqt ir-raffinar taż-żjut. Mhux ċar kemm il-proċessi ta' raffinar huma effettivi fit-tneħħija tal-PAH kollha. Għandhom jintużaw dawk il-metodi ta’ produzzjoni u ipproċessar li ma jħallux il-kontaminazzjoni inizjali taż-żjut mal-PAH. |
(6) |
Sabiex nipproteġu s-saħħa pubblika huma meħtieġa l-ogħla livelli għal benzo(a)pyrene f’ċertu ikel li fih ix-xaħam u ż-żjut fejn il-proċessi ta’ l-affumikar u tat-tnixxif jistgħu jikkawżaw livelli għolja ta’ kontaminazzjoni. Livelli massimi iktar baxxi għandhom ikunu stabbiliti separatament għall-ikel tat-trabi; dan jista’ jkun żgurat bil-kontroll strett tal-manifattura u l-ippakkjar tal-ħalib tat-trab għat-trabi, it-trab ta’ l-ikel tat-tfal ftit ikbar fl-età, ikel tat-trabi u ikel ta’ bażi ċereali ipproċessat maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar. Il-livelli massimi huma meħtieġa wkoll f’ikel fejn it-tniġġis ta’ l-ambjent jista’ jikkawża livelli għolja ta’ kontaminazzjoni, l-iktar fil-ħut u l-prodotti tal-ħut, per eżempju, li jirriżulta mit-tixrid taż-żjut ikkawżat mill-vapuri. |
(7) |
Il-benzo(a)pyrene nstab f’ċertu ikel bħall-frott niexef u supplimenti ta’ l-ikel, iżda d-data disponibbli ma tasalx għall-konklużjoni dwar liema livelli jistgħu jintlaħqu b'mod raġonevoli. Jeħtieġ li jkun hemm aktar investigazzjoni biex tikkjarifika liema livelli jistgħu jinkisbu b’mod raġoneveli f’dan l-ikel. Fl-istess ħin, għandhom japplikaw il-livelli massimi għall-benzo(a)pyrene f’ingredienti relevanti, bħal dawk ix-xaħmijiet u iż-żjut li huma wżati fis-supplimenti ta’ l-ikel. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nu 466/2001 għandu jkun emendat skond dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u tas-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nu 466/2001 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ April 2005.
Dan ir-regolament m’għandux japplika għal prodotti mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ April 2005 skond id-dispożizzjonijiet applikabbli. Ir-responsabbiltà tal-prova ta’ meta l-prodotti tqiegħdu fis-suq għandu jintrefa’ mill-operatur tan-negozju alimentari.
Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar l-4 ta' Frar 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nu 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 77, 16.3.2001, pġ. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nu 684/2004 (ĠU L 106, 15.4.2004, p. 6).
(3) ĠU L 175, 4.7.1991, pġ. 35. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/14/KE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 37).
(4) ĠU L 49, 28.2.1996, pġ. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/13/KE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 33).
ANNESS
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 466/2001 is-Sezzjoni 7 li ġejja hija miżjuda:
“Sezzjoni 7: Idrokarburi aromatiċi poliċikliki (PAH)
Prodott |
Livell massimu (μg/kg piż umdu) |
Kriterji ta’ prestazzjoni għall-kampjun |
Kriterji ta’ prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi |
||
7.1. Benzo pyrene (1) |
|||||
|
2,0 |
Id-Direttiva 2004/10/KE (*) |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
||
|
1,0 |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
||
|
|||||
|
|||||
|
|||||
|
5,0 |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
||
|
5,0 |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
||
|
2,0 |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
||
|
5,0 |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
||
|
10,0 |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
Id-Direttiva 2004/10/KE |
(*) Ara paġna 15 ta’ dan il-ġurnal Uffiċjali.
(1) Il-Benzo(a)pyrene, li għalih huma ndikati l-livelli massimi, jintuża bħala indikatur għall-inċidenza u l-effett tal-PAH karċinoġeniċi. dawn il-miżuri għalhekk jipprovdu armonizzazzjoni sħiħa fuq il-PAH fl-ikel elenkat fost l-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-livelli massimi għal PAH fil-kategoriji ta’ l-ikel elenkati sa l-1 ta’ April 2007, waqt li tqis il-progress fl-għarfien xjentifiku u teknoloġiku dwar l-inċidenza tal- benzo(a)pyrene u PAH karċinoġeniċi oħra fl-ikel.
(2) Il-butir tal-kakaw huwa eskluż minn din il-kategorija filwaqt li jsiru nvestigazzjonijiet dwar il-preżenza tal- benzo(a)pyrene fil-butir tal-kakaw. Din id-deroga se tkun riveduta sa l-1 ta’ April 2007.
(3) Ikel tat-trabi u ikel għat-trabi u għat-tfal pproċessati u fuq bażi ta’ ċereali kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/5/EC. Il-livelli massimi jirreferu għall-istat tal-prodott meta jinbiegħ.
(4) It-trab tal-ħalib tat-trabi u it-trab tal-ħalib ta’ tfal ftit ikbar kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 91/321/KEE. Il-livelli massimi jirreferu għall-istat tal-prodott meta jinbiegħ.
(5) Ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi kif definit fl-Artikolu 1 (2) tad-Direttiva 1999/21/EC. Il-livelli massimi jirreferu għall-istat tal-prodott meta jinbiegħ.
(6) Ħut u prodotti tal-ħut kif definit fil-kategorija (b), (c), u (f) tal-lista ta’ Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.
(7) Ħut kif definit fil-kategorija (a) tal-lista ta’ Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.”