This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005L0067
Commission Directive 2005/67/EC of 18 October 2005 amending, for the purposes of their adaptation, Annexes I and II to Council Directive 86/298/EEC, Annexes I and II to Council Directive 87/402/EEC and Annexes I, II and III to Directive 2003/37/EC of the European Parliament and of the Council, relating to the type-approval of agricultural or forestry tractors (Text with EEA relevance)
2005/67/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/67/KE tat- 18 ta’ Ottubru 2005 li temenda, għall-għanijiet ta’ l-adattament tagħhom, l-Annessi I u II għad-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE l-Annessi I u II għad-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE u l-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' trakters agrikoli jew forestali Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
2005/67/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/67/KE tat- 18 ta’ Ottubru 2005 li temenda, għall-għanijiet ta’ l-adattament tagħhom, l-Annessi I u II għad-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE l-Annessi I u II għad-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE u l-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' trakters agrikoli jew forestali Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 273, 19.10.2005, p. 17–20
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 34–37
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167
21.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
34 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/67/KE
tat-18 ta’ Ottubru 2005
li temenda, għall-għanijiet ta’ l-adattament tagħhom, l-Annessi I u II għad-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE l-Annessi I u II għad-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE u l-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' trakters agrikoli jew forestali
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar strutturi mwaħħla fuq wara ta' trakters agrikoli jew forestali tat-tip “narrow-tracked” bħala protezzjoni fil-każ li jinqalbu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE tas-25 ta’ Ġunju 1987 dwar strutturi mwaħħla fuq wara ta' trakters agrikoli jew forestali tat-tip “narrow-tracked” bħala protezzjoni fil-każ li jinqalbu (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' trakters agrikoli jew forestali, it-trejlers tagħhom u makkinarju rmunkat li jista' jitwaħħal jew jitneħħa skond il-ħtieġa, flimkien mas-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi tagħhom u waqt li rrevokat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1)(a) u (b) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2003/37/KE introduċiet it-twaħħil ta’ ankraġġi bħala rekwiżit ġdid għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura agrikola jew forestali kollha kemm hi skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-ankraġġi għaċ-ċinturin tas-sikurezza tal-vetturi bil-magna (4). Peress li d-Direttiva 76/115/KEE tikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ kategoriji differenti ta’ vertturi bil-magna mhux agrikoli, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat liema rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva se japplikaw għal ċerti trakters agrikoli. |
(2) |
Ir-rekwiżiti fl-Appendiċi 1 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 76/115/KEE għal sits ċentrali li jħarsu ‘l quddiem tal-kategorija tal-vettura N3 huma xierqa għat-trakters ta’ veloċità ta’ disinn massima ta’ 40 km/siegħa jew anqas. |
(3) |
Fid-29 ta’ Marzu 2005, il-Kunsill ta’ l-OECD approva id-Deċiżjoni C(2005)1, li tistabbilixxi verżjonijiet ġodda tal-kodiċi OECD għall-ittestjar ta' trakters agrikoli jew forestali. |
(4) |
Huwa xieraq li r-referenzi jiġu adattati għall-kodiċi OECD fid-Direttivi 2003/37/KE, 86/298/KEE u 87/402/KEE sabiex titqies id-Deċiżjoni C(2005)1 tal-Kunsill ta’ l-OECD. |
(5) |
Id-Direttivi 86/298/KEE, 87/402/KEE u 2003/37/KE għandhom jiġu emendati skond dan, |
(6) |
Il-miżuri previsti f' din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/37/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi I, II, u III tad-Direttiva 2003/37/KE huma emendati skond l-Anness I ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Annessi I u II tad-Direttiva 86/298/KEE huma emendati skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-Annessi I u II tad-Direttiva 87/402/KEE huma emendati skond l-Anness III ta' din id-Direttiva.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu mehmuża ma' din ir-referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b' din id-Direttiva.
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Ottubru 2005.
Għall-Kummissjoni
Gunter VERHEUGEN
Viċi-President
(1) ĠU L 186, tat-8.7.1986, p. 26. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.
(2) ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(3) ĠU L 171, tal-9.7.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/13/KE (ĠU L 55, 1.3.2005, p. 35).
(4) ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/38/KE (ĠU L 187, 26.1.1996, p. 95).
ANNESS I
L-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2003/37/KE qegħdin jiġu emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, Parti 4, partita 3.6.1. il-kliem “OECD Kodiċi 1 jew 2” jiġu sostitwiti bi “OECD Kodiċi 2”. |
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Anness I, Parti 4, partita 3.6.1. il-kliem ‘OECD Kodiċi 1 jew 2’ jiġu sostitwiti bi ‘OECD Kodiċi 2’. |
(*) Il-bullettini tat-test għandhom ikunu konformi mad-Deċiżjoni OECD C(2005)1. L-ekwivalenza tal-bulettin tat-test tista’ biss tiġi rikonoxxuta għall-ankraġġi taċ-ċintorini tas-sikurezza jekk dawn ikunu ġew ittestjati.
Ir-rapporti tat-test f'konformità mal-Kodiċi ta' wara d-Deċiżjoni C(2000) 59 kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni C(2003)252 jistgħu jiġu aċċettati matul perjodu tranżizzjonali ta’ sena waħda li tibda mid-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni C(2005)1 fuq il-websajt OECD, i.e. sal-21 ta’ April 2006.
(**) SD: għandha tkun koperta b’direttiva separata’
ANNESS II
L-Annessi I, u II għad-Direttiva 86/298/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test li ġej: “ANNESS II Rekwiżiti tekniċi Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip KE dwar strutturi mwaħħla fuq wara ta' trakters agrikoli jew forestalitat-tip ‘narrow-tracked’ bħala protezzjoni fil-każ li jinqalbu, huma dawk stabbiliti fil-punt 3 tal-kodiċi 7 tad-Deċiżjoni OECD C(2005)1 tad-29 ta’ Marzu 2005, minbarra il-punti 3.1.4 (‘Rapporti tat-test’), 3.4 (‘Modifiki żgħar’), 3.5 (‘Tikkettjar’) u 3.6 (‘Ir-rendiment ta’ l-ankraġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza’).” |
ANNESS III
L-Annessi I, u II għad-Direttiva 87/402/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-punt 1 tal-Kodiċi 6 tad-Deċiżjoni OECD C(2005)1 tad-29 ta’ Marzu 2005, minbarra il-punt 1.1, għandhom japplikaw.” |
(2) |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test li ġej: “ANNESS II Rekwiżiti tekniċi Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip KE dwar strutturi mwaħħla fuq wara ta' trakters agrikoli jew forestali tat-tip ‘narrow-tracked’ bħala protezzjoni fil-każ li jinqalbu, huma dawk stabbiliti fil-punt 3 tal-kodiċi 6 tad-Deċiżjoni OECD C(2005)1 tad-29 ta’ Marzu 2005, minbarra il-punti 3.4 (‘Rapporti tat-test’), 3.6 (‘Modifiki żgħar’), 3.5 (‘Tikkettjar’) u 3.7 (‘Ir-rendiment ta’ l-ankraġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza’).” |