Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0013

Direttiva tal-kummissjoni (KE) Nru 2005/13/KE tal- 21 ta' Frar 2005 li temenda d-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, u temenda Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 55, 1.3.2005, p. 35–54 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 172–191 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/13/oj

6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

172


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2005/13/KE

tal-21 ta' Frar 2005

li temenda d-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, u temenda Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2000 fuq l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikli 6 u 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jinġibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati tekniċi u li tħassar id-Direttiva 74/150/KEE (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 19 (1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq, kif emendat mid-Direttiva 2004/26/KE tistabbilixxi aktar kundizzjonijiet stretti dwar l-emissjoni tal-magni installati fil-makkinarju mobbli mhux għat-triq (3), u tintroduċi tliet stadji ġodda għal-limiti ta’ l-emissjonijiet.

(2)

Id-Direttiva 2000/25/KE, waħda mid-Direttivi separati fil-qafas tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip taħt id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-aprossimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi agrikoli jew forestali bir-roti (4), għandha tiġi allinjata mad-Direttiva 97/68/KE kif emendata mid-Direttiva 2004/26/KE, partikolarment rigward l-introduzzjoni ta’ l-iskema ta’ flessibilta mniżżla f’din ta’ l-aħħar.

(3)

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2000/25/KE għandhom jiġu adattati, l-aktar biex jikkunsidraw l-introduzzjoni tal-limiti ġodda ta' l-emissjonijiet ta' l-idrokarboni u l-ossidi tan-nitroġenu fid-Direttiva 97/68/KE kif emendata mid-Direttiva 2004/26/KE. Bidliet oħra għandhom jiġu mdaħħla f'dawk l-annessi biex jiżguraw il-konsistenza bejn id-disposizzjonijiet dwar dokumenti ta' informazzjoni tad-Direttivi 2000/25/KE, 97/68/KE u 2003/37/KE. Barra minn hekk, l-Anness III tad-Direttiva 2000/25/KE irid jiġi addattat biex jiżdiedu l-approvazzjonijiet tat-tip alternattiv li ser ikunu rikonoxxuti għall-istadji ġodda III A, III B u IV.

(4)

L-Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE għandu jiġi adattat biex jiżgura l-konsistenza bejn id-disposizzjonijiet dwar dokumenti ta' informazzjoni tad-Direttivi 2000/25/KE, 97/68/KE u 2003/37/KE. B’mod partikolari, diskrepanzi fit-terminoloġija għandhom jiġu eliminati biex il-leġislazzjoni tkun aktar ċara.

(5)

Id-Direttivi 2000/25/KE u 2003/37/KE għalhekk għandhom jiġu emendati.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/37/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2000/25/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Għandu jiżdied l-inċiż li ġej fl-Artikolu 1:

“—

Magna ta’ sostituzzjoni' tfisser magna ġdida li tissostitwixxi magna f’makkinarju u li ġiet ipprovduta għal dan il-għan biss,”

(2)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 3:

“3.   Il-magni ta’ sostituzzjoni għandhom jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu li l-magna li ser tiġi sostitwita kellha tilħaq meta oriġinarjament ħarġet fuq is-suq.

Tikketta bil-kliem ‘MAGNA TA’ SOSTITUZZJONI’ għandha titwaħħal mal-magna jew tiddaħħal fil-manwal ta’ l-użu.”

(3)

Għandu jidħol l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Skema ta’ Flessibilta

B’ deroga mill-Artikoli 3(1) u (2), l-Istati Membri għandhom jiddisponu li fuq talba tal- manifattur ta’ tratturi, u suġġett għall-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità ta' approvazzjoni, il-manifattur ta’ magni jista’, waqt il-perijodu bejn iż-żewġ stadji wara xulxin tal-valuri ta’ limitu, iqiegħed fis-suq numru limitat ta’ magni jew tratturi b’ magni li jikkonformaw ma’ l-istadju ta’ qabel ta’ l-emissjoni tal-valuri ta’ limitu, skond il-proċedura fl-Anness IV.”

(4)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, dawn il-punti (c), (d) u (e) huma miżjuda:

“(c)

fl-istadju III A

wara l-31 ta’ Diċembru 2005, għall-magni tal-kategoriji H, I u K (marġni ta' potenza kif definit fl-Artikolu 9(3a) tad-Direttiva 97/68/KE),

wara l-31 ta’ Diċembru 2006, għall-magni tal-kategorija J (marġni ta' potenza kif definit fl-Artikolu 9(3a) tad-Direttiva 97/68/KE),

(d)

fl-istadju III B

wara l-31 ta’ Diċembru 2009, għall-magni tal-kategorija L (marġni ta' potenza kif definit fl-Artikolu 9(3ċ) tad-Direttiva 97/68/KE),

wara l-31 ta’ Diċembru 2010, għall-magni tal-kategoriji M u N (marġni ta' potenza kif definit fl-Artikolu 9(3ċ) tad-Direttiva 97/68/KE),

wara l-31 ta’ Diċembru 2011, għall-magni tal-kategorija P (marġni ta' potenza kif definit fl-Artikolu 9(3ċ) tad-Direttiva 97/68/KE),

(e)

fl-istadju IV

wara l-31 ta’ Diċembru 2012, għall-magni tal-kategorija Q (marġni ta' potenza kif definit fl-Artikolu 9(3d) tad-Direttiva 97/68/KE),

wara t-30 ta’ Settembru 2013, għall-magni tal-kategorija R (marġni ta' potenza kif definit fl-Artikolu 9(3d) tad-Direttiva 97/68/KE),”

(b)

Fil-paragrafu 3, dawn l-inċiżi li ġejjin huma miżjuda:

“—

wara l-31 ta’ Diċembru 2005 għall-magni tal-kategorija H,

wara l-31 ta’ Diċembru 2006 għall-magni tal-kategorija I,

wara l-31 ta’ Diċembru 2006 għall-magni tal-kategorija K,

wara l-31 ta’ Diċembru 2007 għall-magni tal-kategorija J,

wara l-31 ta’ Diċembru 2010 għall-magni tal-kategorija L,

wara l-31 ta’ Diċembru 2011 għall-magni tal-kategorija M,

wara l-31 ta’ Diċembru 2011 għall-magni tal-kategorija N,

wara l-31 ta’ Diċembru 2012 għall-magni tal-kategorija P,

wara l-31 ta’ Diċembru 2013 għall-magni tal-kategorija Q,

wara l-30 ta’ Settembru 2014 għall-magni tal-kategorija R.”

(c)

Il-paragrafu 5 hu mibdul kif ġej:

“5.   Għall-magni tal-kategoriji A sa G, l-Istati Membri jistgħu jipposponu d-dati mniżżla fil-paragrafu 3 għal sentejn rigward magni b’data ta’ produzzjoni qabel id-data msemmija. Jistgħu jagħtu eżenzjonijiet oħra bil-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 97/68/KE”

(d)

Il-paragrafi ġodda 6, 7 u 8 huma miżjuda kif ġej:

“6.   Għal magni tal-kategoriji H sa R d-dati msemmija f’paragrafu 3 huma diferiti għal sentejn għal dawk il-magni li saru qabel id-data msemijja.

7.   Għat-tipi ta’ magni jew kategoriji ta’ magni li jilħqu l-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-iskeda f’sezzjoni 4.1.2.4, 4.1.2.5 u 4.1.2.6 ta' l-Anness I għad-Direttiva 97/68/KE qabel id-dati mniżżla f' paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jħallu t-twaħħil ta’ tikketti u mmarkar speċjali u li juru li l-apparat jilħaq il-kundizzjonijiet tal-valuri ta’ limitu qabel id-dati msemmija.

8.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2003/37/KE, il-Kummissjoni għandha tallinja l-valuri ta’ limitu u d-dati ta' l-istadji IIIB u IV tal-valuri ta’ limitu u d-dati deċiżi wara l-proċedura ta' reviżjoni pprovduta għaliha fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2004/26/KE, għall-bżonnijiet tat-tratturi agrikoli u forestali u, b' mod partikolari, tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2”

.

(5)

L-Annessi I, II u III huma emendati skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

(6)

Anness IV ġdid hu miżjud fl-Anness II għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Anness I għad-Direttiva 2003/37/KE huwa emendat skond Anness III ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri ser jadottaw u jippubblikaw sa l-aktar tard il-31 ta’ Diċembru 2005, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test tad-dispożizzjonijiet u skeda ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2006.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri ser jiddeterminaw kif din ir-referenza għandha ssir.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidhol fis-seħħ għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta' Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni tal-2003.

(2)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

(3)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/26/KE (ĠU L 146, 30.4.2004, p. 1).

(4)  ĠU L 84, 28.3.1974, p. 10. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).


ANNESS I

L-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2000/25/KE huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I hu emendat kif ġej:

(a)

Appendiċi 1 huwa sostitwit b' dan li ġej:

“Appendiċi 1

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(b)

F’Appendiċi 2, sezzjoni 2.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.4.   Riżultati tat-test

Mkejjla skond it-talbiet tad-Direttiva 97/68/KE

CO

(g/kWh)

HC

(g/kWh)

NOx

(g/kWh)

HC + NOx

(g/kWh)

Partikuli

(g/kWh)”

 

 

 

 

 

2.

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

Sezzjonijiet 2.1.17 u 2.1.18 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.1.17.

Sistema ta’ Intake: intake depression massima permessa tar-rated engine speed u b’ tagħbija ta’ 100 %: … kPa

2.1.18.

Sistema ta’ l-egżost: back pressure ta’ l-egżost massima permessa tar-rated engine speed u b’ tagħbija ta’ 100 %: … kPa.”

(ii)

Dan li ġej huwa miżjud:

“2.6.   Porting configuration

2.6.1.

Pożizzjoni, daqs u numru.”

(b)

F’Appendiċi 2, sezzjoni 2.2.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.2.4.   Riżultati tat-test

Mkejjla skond it-talbiet tad-Direttiva 97/68/KE

CO

(g/kWh)

HC

(g/kWh)

NOx

(g/kWh)

HC + NOx

(g/kWh)

Partikuli

(g/kWh)”

 

 

 

 

 

3.

L-Anness III huwa sostitwit b' dan li ġej:

“ANNESS III

GĦARFIEN TA’ APROVAZZJONIJIET TAT-TIP ALTERNATTIVI

1.   Għall-ewwel stadju dawn iċ-ċertifikati ta' approvazzjoni tat-tip huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-magni ta' kategoriji A, B, Ċ kif definiti fid-Direttiva 97/68/KE:

1.1.   Ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip skond id-Direttiva 97/68/KE;

1.2.   Ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond id-Direttiva 88/77/KEE, li jikkonformaw ma’ l-istadju A jew B f’ dak li għandu x’jaqsam ma Artiklu 2 u Anness I, Sezzjoni 6.2.1 tad-Direttiva 88/77/KEE kif emendata mid-Direttiva 91/542/KEE, jew is-serje ta’ emendi li għandhom ikunu kkoreġuti I/2 tar-Regolament 49.02 tal-UN-ECE;

1.3.   Ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip skond ir-Regolament 96 ta l-ECE.

2.   Għall-istadju II, dawn iċ-ċertifikati tat-tip huma rikonoxxuti li huma ekwivalenti:

2.1.   Ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond id-Direttiva 97/68/KE, stadju II għall-magni ta’ kategoriji D, E, F u Ġ;

2.2.   Approvazzjoni tat-tip għad-Direttiva 88/77/KEE kif emendata mid-Direttiva 99/96/KE li huma f'konformità ma' l-istadji A, B1, B2 jew Ċ previsti fl-Artikolu 2 u fis-sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I;

2.3.   Is-serje ta’ emendi fir-Regolament 49.03 tal-UN-ECE;

2.4.   L-approvazzjonijiet tar-Regolament 96 tal-UN-ECE stadju B skond paragrafu 5.2.1 tas-serje 01 ta’ l-emendi tar-Regolament 96.

3.   Għall-istadju III A, dawn iċ-ċertifikati tat-tip huma rikonoxxuti li huma ekwivalenti:

Ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond id-Direttiva 97/68/KE, stadju III A għall-magni ta’ kategoriji H, I, J u K.

4.   Għall-istadju III B, dawn iċ-ċertifikati tat-tip huma rikonoxxuti li huma ekwivalenti:

Ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond id-Direttiva 97/68/KE, stadju III B għall-magni ta’ kategoriji L, M, N u P.

5.   Għall-istadju IV, dawn iċ-ċertifikati tat-tip huma rikonoxxuti li huma ekwivalenti:

Iċ-Ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond id-Direttiva 97/68/KE, stadju IV għall-magni ta’ kategoriji Q u R.”


ANNESS II

Dan l-Anness IV hu miżjud mad-Direttiva 2000/25/KE

“ANNESS IV

DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL TRATTURI U MAGNI MPOĠĠIJA FIS-SUQ TAĦT L-ISKEMA TAL-FLESIBBILTÀ TA’ L-ARTIKOLU 3A

1.   AZZJONIJIET MILL-MANIFATTURI TA’ MAGNI U TRATTURI

1.1.   Manifattur ta’ tratturi, li jixtieq juża’ l-iskema ta’ flessibbilità, għandu jitlob awtorizzazzjoni mill-awtorità ta’ approvazzjoni tiegħu biex iqiegħed jew iġib mil-fornituri tal-magni, fil-perijodu bejn iż-żewġ stadji ta’ emissjoni, il-kwantitajiet ta’ magni deskritti fit-taqsima 1.2 u 1.3 li ma jikkonformawx mal-valuri ta’ limitu ta’ emissjoni attwali, imma huma approvati għall-istadju ta’ qabel tal-limiti ta’ emissjoni l-aktar qrib.

1.2.   In-numru ta’ magni mħarġa fis-suq taħt skema ta’ flessibbilità m’għandhomx, f’kull kategorija ta’ magni, jaqbżu 20 % tal-bejgħ annwali tal-manifattur ta’ tratturi, ta’ tratturi b’magna f’dik il-kategirja tal-magna (ikkalkulata bħala l-medja ta’ l-aħħar 5 snin ta’ bejgħ fis-suq ta’ l-UE). Fil-każ li manifattur ta’ tratturi qiegħed fis-suq ta’ l-UE, tratturi għal perijodu anqas minn 5 snin, il-medja sejra tiġi kkalkulata imsejsa fuq il-perijodi fejn il-manifattur ta’ tratturi biegħ it-tratturi fl-UE.

1.3.   Bħala għażla oħra għat-taqsima 1.2, il-manifattur ta’ tratturi jista’ jfittex awtorizzazzjoni għall-fornitur ta’ magni tiegħu biex iqiegħed fis-suq, numru stipulat ta’ magni taħt l-iskema ta’ flessibbilità. In-numru ta’ magni f’ kull kategorija m’ għandhux jaqbeż dawn il-valuri:

Kategorija tal-Magna

Numru ta’ Magni

19 – 37 kW

200

37 – 75 kW

150

75 – 130 kW

100

130 – 560 kW

50

1.4.   Il-manifattur ta’ tratturi għandu jinkludi, fl-applikazzjoni tiegħu għall-awtorità ta’ approvazzjoni, dan it-tagħrif:

a.

kampjun tat-tikketti li għandhom jitwaħħlu ma’ kull trattur fejn il-magna li hi mqiegħda fis-suq taħt l-iskema ta’ flessibbilità għandha tiġi installata. It-tikketti tikketti għandhom ikollhom it-test li jmiss: ‘TRATTUR NRU …(sekwenza tat-tratturi) TA' …(numru totali tat-tratturi imqassma skond il-potenza rispettiva) B’MAGNA NRU… TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP (Direttiva 2000/25/KE) NRU…’; u

b.

kampju tal-tikketta supplimentari mwaħħla mal-magna li għandha t-test imniżżel fil-paragrafu 2.2. ta’ dan l-Anness.

1.5.   Il-manifattur ta’ tratturi għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ approvazzjoni b’ kwalunkwe tagħrif li għandu x’jaqsam ma’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ flessibbilità li l-awtorità ta’ approvazzjoni tqis meħtieġ biex tieħu deċiżjoni.

1.6.   Il-manifattur ta’ tratturi għandu jagħmel rapport kull sitt xhur lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni ta’ kull Stat Membru, fejn it-trattur jew magna hi mqiegħda fis-suq, bl-implimentazzjoni ta’ l-iskemi ta’ flessibbilità li qiegħed juża. Ir-rapport għandu jinkludi tagħrif kumulattiv dwar in-numru ta’ magni u tratturi mħarġa fis-suq taħt l-iskema ta’ flessibbilità, in-numri serje tal-magni u t-tratturi, u l-Istati Membri fejn it-trattur qiegħed jintuża. Din il-proċedura għandha titkompla sakemm l-iskema ta’ flessibbiltà tintuża.

2.   AZZJONIJIET MILL-MANIFATTUR TA’ MAGNI

2.1.   Manifattur ta’ magni għandhu jforni magni lill-manifattur ta’ tratturi taħt l-iskema ta’ flessibbilità koperta minn aprovazzjoni skond il-Paragrafu 1 ta’ dan l-Anness.

2.2.   Il-Manifattur ta’ magni għandu jqiegħed tikketta fuq dawk il-magni li għandhom dan it-test: ‘Magna mpoġġija fis-suq taħt l-iskema ta’ flessibbilità’.

3.   AZZJONIJIET MILL-AWTORITÀ TA’ APPROVAZZJONI

L-awtorità ta’ approvazzjoni għandha teżamina l-kontenut tat-talba ta’ l-iskema ta’ flessibbiltà u d-dokumenti mehmuża. Għaldaqstant, għandha tgħarraf lill-manifattur ta’ tratturi bid-deċiżjoni tagħha jekk tħallihx juża l-iskema ta’ flessibbiltà jew le.”


ANNESS III

Fl-Anness I għad-Direttiva 2003/37/KE, Mudell A, sezzjoni 3 “Magna” hija sostitwita b’dan li ġej:

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Top