EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0266

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali fir-rigward ta' l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal

ĠU L 82, 31.3.2005, p. 6–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 287–287 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/266/oj

13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

287


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Marzu 2005

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali fir-rigward ta' l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal

(2005/266/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni ECB/2005/3 tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“BĊE”) tal-11 ta' Frar 2005 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal (1),

Billi:

(1)

L-kontijiet tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Eurosystem għandhom jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Skond bidla riċenti fil-liġi Portugiża, il-verifika tal-kontijiet issa jeħtieġ li tiġi mwettqa esklussivament minn revisores oficiais de contas (awdituri ċċertifikati). Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għalhekk irrakkomanda li l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea japprova s-sostituzzjoni ta’ PricewaterhouseCoopers — Auditores e Consultores, Lda. bħala awditur extern tal-Banco de Portugal minn PricewaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda., ladarba dak ta’ l-ewwel m’għandux l-istatus ta’ awditur ċċertifikat.

(3)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ma rrakkomanda l-ebda bidla fit-tul ta' żmien tal-mandat ta’ l-awdituri esterni.

(4)

Jixraq għaldaqstant li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (2).

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(10) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“10.   PricewaterhouseCoopers & Associados – Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. huwa b’dan approvat bħala l-awditur estern tal-Banco de Portugal mis-sena finanzjarja 2004 għal perijodu li jista’ jerġa’ jiġi mġedded għal sena.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-BĊE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar is-16 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU C 50, 26.2.2005, p. 6.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/651/KE (ĠU L 298, 23.9.2004, p. 23).


Top