Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1484

    1484/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/2004 tal- 20 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-apikultura

    ĠU L 273, 21.8.2004, p. 5–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 19–20 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/08/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1366

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1484/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    19


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1484/2004

    tal-20 ta’ Awwissu 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-apikultura

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 797/2004 tas-26 ta’ April 2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-apikultura (1), u notevolment l-Artikolu 6 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 917/2004 (2) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali annwali previsti mir-Regolament (KE) Nru 797/2004. Il-finanzjament Komunitarju ta’ dawn il-programmi jsir skont l-għadd ta’ naħal ta’ kull Stat Membru li jidher fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 917/2004.

    (2)

    Fil-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri li għandhom l-għan li jaġġornaw id-dejta strutturali dwar is-sitwazzjoni tas-settur kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 917/2004, saru adattazzjonijiet fl-għadd ta’ naħal.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 għandu jkun emendat skont dan.

    (4)

    Billi r-Regolament (KE) Nru 917/2004 jipprevedi, fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 2, li l-31 ta’ Awwissu hi l-limitu taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-programmi annwali, meħtieġ li tiġi prevista l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mis-sena tat-tqegħid fis-suq tal-2004/2005.

    (5)

    Il-miżuri previst f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 917/2004 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-sehh fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Hu applikabbli għall-ewwel darba għall-programmi annwali li jkopru s-sena tat-tqegħid fis-suq tal-2004/2005.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2004

    Għall-Kummissjoni

    Franz FISCHLER

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 125, 28.4.2004, p. 1.

    (2)  ĠU L 163, 30.4.2004, p. 83.


    ANNESS

    “ANNESS I

    Stat Membru

    Għadd ta’ naħal

    Għadd ta’ doqqajsiet

    BE

    110 750

    CZ

    477 743

    DK

    160 000

    DE

    893 000

    EE

    50 500

    EL

    1 388 000

    ES

    2 464 601

    FR

    1 150 000

    IE

    20 000

    IT

    1 100 000

    CY

    45 714

    LV

    54 173

    LT

    83 800

    LU

    11 077

    HU

    872 650

    MT

    1 938

    NL

    80 000

    AT

    327 000

    PL

    949 200

    PT

    590 000

    SI

    143 152

    SK

    192 002

    FI

    42 000

    SE

    145 000

    UK

    274 000

    EUR 25

    11 626 300 ”


    Top