EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0581

Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir

ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64–66 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32008R0619

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/581/oj

32004R0581



Official Journal L 090 , 27/03/2004 P. 0064 - 0066


Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 581/2004

tas-26 ta’ Marzu 2004

li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib [1], u partikolarment l-Artikolu 31(3)(b) u (14) tieghu,

Billi:

(1) B’konformità ma l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċedura għall-offerti li tikkonċerna r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib [2], il-Kummissjoni iddeċiedet dwar stedina permanenti għall-offerti fi ħdan il-qafas ta’ dak ir-Regolament.

(2) Għal raġunijiet prattiċi huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal stediniet separati għall-offerti għall-prodotti referuti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 580/2004. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ċerti tipi ta’ butir.

(3) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Offerta permanenti hija miftuħha sabiex tiddetermina r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni ta’ dawn it-tipi ta’ butir li ġejjin referuti fis-sezzjoni 9 ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3864/87 [3]:

(a) butir naturali fi blokki ta’ mill-anqas 20 kilogramma piż nett li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott ex 0405101995/00 u ex 0405101997/00;

(b) żejt tal-butir f’kontenituri ta’ mill-anqas 190 kilogramma piż nett li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott ex 0405901090/00.

intiżi għall-esportazzjoni lejn dawn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

- ir-Rusja (kodiċi tad-destinazzjoni 075),

- id-destinazzjonijiet l-oħrajn apparti milli l-Andorra, Ċipru, l-Estonja, Ġibiltà, l-Ungerija, it-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, l-Islovakkja, l-Islovenja, ir-Repubblika Ċeka, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Belt tal-Vatikan.

2. Il-proċedura ta’ l-offerti hija suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 580/2004 u f’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. L-offerti jistgħu ikunu ippreżentati biss matul il-perijodi ta’ l-offerti u għandhom ikunu validi għall-perijodu ta’ l-offerti li dwaru jkunu ippreżentati.

L-offerti għandhom ikunu ippreżentati separatament għal wieħed mill-prodotti u waħda mid-destinazzjonijiet referuti fl-Artikolu 1(1).

2. Kull perijod ta’ l-offerti għandu jibda fil-11:00 (ħin ta’ Brussel) fl-ewwel u t-tielet nhar ta’ Erbgħa tax-xahar apparti milli l-ewwel Erbgħa ta’ Awissu u t-tielet Erbgħa ta’ Diċembru. Jekk l-Erbgħa tkun festa pubblika, il-perijodu għandu jibda fil-11:00 (ħin ta’ Brussel) tal-jum utili li jkun imiss.

Kull perijod ta’ l-offerti għandu jibda fil-11:00 (ħin ta’ Brussel) ta’ l-Erbgħa li jiġi wara it-tieni u r-raba’ bhar ta’ Tlieta tax-xahar, apparti mit-tieni Erbgħa ta’ Awissu u r-raba’ Erbgħa ta’ Diċembru. Jekk l-Erbgħa tkun festa pubblika, il-perijodu għandu jibda fil-11:00 (ħin ta’ Brussel) tal-jum utili preċedenti.

3. Kull perijodu ta’ l-offerti għandu jkun innumerat f’serje li tibda bl-ewwel perijodu li hemm provvediment dwaru,

Artikolu 3

1. Kull offerta għandha tkun tikkonċerna kwantità minima ta’ mill-anqas 10 tunnellati butir jew 18 il-tunnellata żejt tal-butir.

2. Il-garanzija ta’ l-offerta għandha tkun EUR 20 kull 100 kilogramma ta’ butir u EUR 25 kull 100 kilogramma ta’ żejt tal-butir.

Il-garanzija ta’ l-offerti għandha ssir il-garanzija tal-liċenza ta’ l-esportazzjoni meta l-offerta tkun aċċettata.

3. L-offerti għandhom ikunu ippreżentati lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri elenkati fl-Anness.

Artikolu 4

Għall-iskop ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 580/2004, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw separatament l-offerti fir-rigward tad-destinazzjonijiet indikati taħt l-ewwel u t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, tat-3.2.2004, p. 6).

[2] Ara l-paġna 58 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri referuti fir-Regolament (KE) Nru 580/2004 u tar-Regolamenr preżenti li lilhom l-offerti għandhom ikunu ippreżentati:

BE Bureau d’intervention et de restitution belge

Belgisch Interventie- en Restitutiebureau

Rue de Trèves 82/Trierstraat 82

B-1040

Bruxelles/Brussel

Tél./Tel. (32-2) 287 24 11

Télécopieur/Fax 32-(0) 2287 25 24

DK Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri

Direktoratet for FødevareErhverv

Eksportstøttekontoret

Nyropsgade 30

DK-1780

København V

Tlf. (45) 33 95 80 00

Fax (45) 33 95 80 80

DE Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (BLE)

D-60083

Frankfurt am Main

Tel. (49-69) 15 64 -732, 774, 884

Fax (49-69) 15 64-874, 792

EL O.P.E.K.E.P.E. - Direction Dilizo

Rue Acharnon 241

GR-10446

Athènes

Tel.: (30-210) 212 49 03 - (30-210) 212 49 11

Fax (30-210) 86 70503

ES Ministerio de Economía

Secretaría General de Comercio Exterior

Paseo de la Castellana, 162

E-28071

Madrid

Tel.: (34) 913 49 37 80

Fax (34) 913 49 38 06

FR Office national interprofessionnel du lait et des produits laitiers

2 rue Saint-Charles

F-75740

Paris

Cedex 15

Tél.: (33-1) 73005000

Fax (33-1) 73005050Service de Commerce extérieur:Tél.: (33-1)73005044

Fax (33-1)73005395

IE Department of Agriculture and Food

Johnstown Castle Estate

Wexford

Ireland

Tel. (353) 53 63400

Fax (353) 53 42843

IT Ministero delle Attività produttive

Dipartimento Commercio estero

DG Politica commerciale - Div. II

Viale Boston 25

I-00144

Roma

Tel.: (39-06) 599 3220

Fax (39-06) 599 3214

LU OFFICE DES LICENCES

21, rue Philippe II

L-2011

Lussemburgu

Tél.: (35-2) 478 2370

Télécopieur: (35-2) 466138

NL Productschap Zuivel

Louis Braillelaan 80

NL

2719

EK Zoetermeer

Tel.: (31)-(0)793681534

Fax (31) (0)793681954

E-mail: HR@PZ.AGRO.NL

AT Agrarmarkt Austria

Dresdner Straße 70

A-1201

Wien

Tel.: (43-1) 331 51

Fax (43-1) 331 51396

E-mail: bereich.MILCH@AMA.GV.AT

PT Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo

Direcção de Serviços de Licenciamento

Rua Terreiro do Trigo - Edifício da Alfândega

P-1149 - 060

Lisboa

Tel.: (351-21) 881 42 62

Fax (351-21) 881 42 61

FI Maa- ja metsätalousministeriö

Interventioyksikkö

P.O. Box 30

FIN-00023

Government, Finland

Puh: (358-9) 160 01

Telekopio: (358-9) 1605 2707

SE Statens jordbruksverk

Vallgatan 8

S-51182

Jönköping

Tfn: (46-36) 15 50 00

Fax (46-36) 19 05 46

UK Rural Payments Agency (RPA)

Lancaster House, Hampshire Court

Newcastle-upon-Tyne

NE4 7YE

United Kingdom

Tel. (44-191) 226 52 62

Fax (44-191) 226 52 12

--------------------------------------------------

Top