EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0441

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti minnhom, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, fil-parti l-oħra

ĠU L 127, 29.4.2004, p. 109–109 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/441/oj

32004D0441



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0109 - 0109


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-26 ta' April 2004

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti minnhom, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, fil-parti l-oħra

(2004/441/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 310 dwar it-tieni frażi ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' paragrafu 3,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Il-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti minnhom, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, fil-parti l-oħra, iffirmat fi Pretoria fil-11 ta' Ottubru 1999, kien proviżorjament applikat skond id-Deċiżjoni 1999/753/KE tal-Kunsill tad-29 ta' Lulju 1999 [2].

(2) Il-proċeduri tar-ratifika u l-aċċettazzjoni jew l-endorsjar mill-Istati Membri ġew finalizzati.

(3) Il-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti minnhom, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, fil-parti l-oħra, iffirmat fi Pretoria fil-11 ta' Ottubru 1999 għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti minnhom, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, fil-parti l-oħra, flimkien ma' l-Annessi u l-Protokolli mehmuża miegħu u d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Komunità unilateralment jew konġuntement ma' partijiet oħra li huma mehmuża ma' l-Att Finali huma hawnhekk approvati f'isem il-Komunità.

It-testi tal-Ftehim, l-Annessi, il-Protokolli, u l-Att Finali huma mehmuża mad-Deċiżjoni 1999/753/KE.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika provvduta minn l-Artikolu 109 tal-Ftehim f'isem il-Komunità.

Artikolu 3

Il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill tal-Koperazzjoni stabbilit minn dan il-Ftehim, għandha tkun stabbilita mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, skond id-disposizzjonijiet korrispondenti tat-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, nhar is-26 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Cowen

[1] ĠU C 107, 13.04.00, p. 69.

[2] ĠU L 311, 04.12.99, p. 1.

--------------------------------------------------

Top