Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1321

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1321/2002 tat-22 ta’ Lulju 2002 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti marketing standards fis-suq tal-laħam tat-tjur

    ĠU L 194, 23.7.2002, p. 17–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0543

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1321/oj

    32002R1321



    Official Journal L 194 , 23/07/2002 P. 0017 - 0021


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1321/2002

    tat-22 ta’ Lulju 2002

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti marketing standards fis-suq tal-laħam tat-tjur

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat It-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-marketing standards [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1101/98 [2], u partikolarment l-Artikolu 7 u 9 tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1072/2000 [4], jippreskrivi regoli dettaljati sabiex ikunu applikati marketing standards fis-settur tal-laħam tat-tjur.

    (2) Huwa meħtieġ li tkun introdotta tifsira għal "serduk żgħir" u l-kriterji rispettivi dwaru fl-Anness IV tar-Regolament IV tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91.

    (3) Meta biedja fil-beraħ hija indikata fuq it-tikketta għal-laħam ġej minn papri u wiżż miżmuma għall-produzzjoni tal-"foie gras", jeħtieġ ukoll li tkun ipprovduta indikazzjoni ta’ dan lill-konsumatur fuq it-tikketta biex tkun assigurata l-informazzjoni kollha dwar il-karatteristiċi tal-prodott.

    (4) Biex ikunu ffaċilitati l-ispezzjonijiet minn Stati Membri fil-biċċeriji, fuq oqsma raba’, manifatturi ta’ l-għalf u postijiet għat-tfaqqis jeħtieġ li jkunu addattati r-regoli għaż-żamma ta’ rendikonti.

    (5) L-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91 jipprovdi li fil-każ ta’ bejgħ lill-konsumatur aħħari l-ismijiet tal-prodotti u termini oħra għandhom ikunu indikati f’lingwa jew lingwi faċilment miftiehma mix-xerrejja fl-Istat Membru fejn isir il-bejgħ bl-imnut. Din id-disposizzjoni għandha titħassar billi japplika l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-tikketta, preżentazzjoni u riklamar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel [5], kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/101/KE [6].

    (6) L-esperjenza wriet li fil-każ tat-tkessiħ bl-arja tal-karkassi tat-tjur, l-assorbiment ta’ l-ilma fil-karkassi huwa minimu. Għalhekk, il-frekwenza tal-verifiki fil-biċċeriji tista’ tkun ridotta jekk teżisti prova biżżejjed li r-riżultati tal-verifiki kienu jħarsu l-ħtiġiet għal perjodu definit taż-żmien. Huwa ċar ukoll mill-esperjenza li għat-tkessiħ bl-arja tal-karkassi tad-dundjani, tista’ titħassar il-ħtieġa għall-verifiki regolari fuq l-assorbiment ta’ l-ilma.

    (7) Fl-interess tat-trasparenza u ċ-ċarezza jeħtieġ li jkunu riveduti r-regoli għall-kontra-analiżijiet imsemmija fl-Artikolu 14a(6) u (10) tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91 u jkunu pprovduti l-kontra-analiżijiet biss fil-laboratorji ta’ riferenza nazzjonali.

    (8) Fl-interess taċ-ċarezza, l-istess espressjonijiet kif użati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91 għandhom jintużaw fl-Anness IV tiegħu. Billi f’ċerti Stati Membri hemm suq għas-sriedak u ħosjien miżmuma taħt kondizzjonijiiet "ġewwa estensivi", dawn għandhom jiżdiedu taħt il-punt (b) fl-Anness IV u li jħallu għall-istess densità ta’ stokkjar massimu bħat-tiġieġ miżmuma taħt l-istess tip ta’ biedja. Kif ukoll, huwa meħtieġ li tkun iddeterminata l-età minima tal-qatla għas-sriedak u l-ħosjien. Għat-tjur Numididae miżmuma taħt il-kondizzjonijiet "tradizzjonalment fil-beraħ" l-istess rata ta’ l-istokkjar ta’ ġewwa għandha tintuża bħat-tiġieġ, bħar-rata ta’ l-istokkjar ta’ barra massimu għat-tnejn huma l-istess ukoll. Huwa meħtieġ li tkun determinata l-età minima tal-qatla għad-dundjani rġiel u nisa miżmuma taħt kondizzjonijiet "tradizzjonalment fil-beraħ" u maħsuba għat-tqattigħ. Din it-tip ta’ produzzjoni teħtieġ perjodi aqsar ta’ simna mill-produzzjoni ta’ dundjani għax-xiwi. Għalhekk, l-età tal-qatla minima għandha tkun anqas minn għal dawn id-dundjani.

    (9) Il-ħtiġiet tad-daqs tal-kampjuni għall-qatgħat differenti tat-tiġieġ taħt l-Anness VIa(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91 għandu jkun ikkjarifikat.

    (10) L-isem u l-indirizz tal-laboratorji ta’ riferenza Nazzjonali għad-Danimarka, l-Irlanda, l-Olanda, l-Awstrija u l-Portugall inbidlu.

    (11) Ir-Regolament (KEE) Nru 1538/92 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

    (12) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għal-laħam tat-Tjur u l-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1538/91 huwa emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a) Fil-paragrafu (1)(a) il-ħames inċiż li ġej għandu jiżdied:

    "— serduk żgħir: fellus raġel tad-dixxendenza li jbidu fejn it-tarf ta’ l-isternu huwa riġidu imma mhux ossifikat kompletament u li għalih l-età tal-qatla hija ta’ lanqas 90 ġurnata.";

    (b) fil-paragrafu 2, l-aħħar subparagrafu, ir-referenza għad-"Direttiva 79/112/KEE" hija mibdula b’riferenza għad-"Direttiva 2000/13/KE".

    2. Fl-Artikolu 9, l-ewwel subparagrafu, ir-referenza għad-"Direttiva 79/112/KEE" hija mibdula b’riferenza għad-"Direttiva 2000/13/KE".

    3. L-Artikolu 10(1) jiġi emendat kif ġej:

    (a) fl-ewwel subparagrafu, ir-referenza għad-"Direttiva 79/112/KEE" hija mibdula b’riferenza għad-"Direttiva 2000/13/KE".

    (b) jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Meta produzzjoni biedja fil-beraħ (punti ċ, d u e) hija indikata fuq it-tikketta għal-laħam ġej minn papri u wiżż miżmuma għall-produzzjoni tal-"foie gras", il-kliem "produzzjoni tal-foie gras" għandha tkun indikata wkoll."

    4. L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

    (a) Fil-paragrafu (1) it-tielet u r-raba’ inċiżi għandhom jiżdiedu:

    "— tan-numru u l-piż totali ħaj jew tal-karkassa ta’ dawn it-tjur imqassma u pproċessati,

    — tad-dettalji tal-bejgħ inkluż l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrejja għal minimu ta’ sitt xhur wara l-ispezzjoni.";

    (b) il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

    "2. L-imsemmija produtturi għandhom sussegwentement ikunu spezzjonati regolarment. Għandhom iżommu rekords kurrenti, għal minimu ta’ sitt xhur wara l-ispezzjoni, tan-numru ta’ l-għasafar bit-tip tas-sistema tat-tjur u juru wkoll in-numru ta’ għasafar mibjugħa u l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrejja u l-kwantitajiet u s-sors tal-provvista ta’ l-għalf.

    Kif ukoll produtturi li jużaw sistemi tal-beraħ għandhom ukoll iżommu rekords tad-data meta l-għasafar ingħataw l-ewwel aċċess biex jimirħu";

    (ċ) jiddaħħlu l-paragrafi 2a u 2b li ġejjin:

    "2.a. Manifatturi ta’ l-għalf u l-provedituri għandhom iżommu rekords għal ta’ lanqas sitt xhur wara l-ispezzjoni li juru li l-komposizzjoni ta’ l-għalf ipprovdut mill-produtturi msemmija fl-Artikolu 10(1)(a) jikkonforma ma’ l-indikazzjonijiet mogħtija fir-rigward ta’ l-għalf.

    2.b. Postijiet fejn isir it-tfaqqis għandhom iżommu rekords ta’ l-għasafar ta’ dixxendenza rikonoxxuti bħala li jikbru bil-mod ipprovduti lill-produtturi msemmija fl-Artikolu 10(1)(d) u (e) għal-lanqas sitt xhur wara l-ispezzjoni.";

    (d) It-tieni inċiż tal-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

    "— manifattur ta’ l-għalf u proveditur: ta’ lanqas darba fis-sena."

    5. L-Artikolu 14 huwa mħassar.

    6. L-Artikolu 14a jiġi emendat kif ġej:

    (a) Jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:

    "5a. Fejn, fil-każ ta’ tkessiħ bl-arja, ir-riżultati ta’ verifiki msemmija fil-paragrafi 3 u 4 juru konformità mal-kriterji pprovduti fl-Annessi V sa VII matul il-perjodu ta’ sitt xhur, il-frekwenza tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 3 tista’ titnaqqas għal darba fix-xahar. Kull nuqqas li jitħarsu l-kriterji pprovduti f’dawn l-Annessi għandhom jirriżultaw fl-applikazzjoni mill-ġdid ta’ verifiki kif imsemmi fil-paragrafu 3.";

    (b) il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:

    "6. Jekk ir-riżultat tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 4 huwa iżjed mil-limiti ammissibbli, il-lott ikkonċernat għandu jkun ikkunsidrat li ma jħarisx dan ir-Regolament. F’dak il-każ, iżda, il-biċċerija kkonċernata tista’ titlob li kontra-analiżi titwettaq f’laboratorju ta’ riferenza ta’ Stat Membru, bl-użu ta’ metodu li għandu jintgħażel mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru. L-ispejjeż ta’ din il-kontro-analiżi għandhom isiru mid-detentur tal-grupp.";

    (ċ) Il-paragrafu 10 jinbidel b’dan li ġej:

    "10. Jekk ir-riżultat tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 8 jaqbeż il-limiti ammissibbli, id-detentur tal-grupp ikkonċernat jista’ jitlob li kontro-analiżi titwettaq f’wieħed mil-laboratorji ta’ riferenza elenkat fl-Anness VIII, u jintuża l-istess metodu bħal fl-eżami inizjali. L-ispejjeż li jinqalgħu b’din il-kontro-analiżi għandhom isiru mid-detentur tal-grupp. Ħidmiet u kompetenzi ta’ laboratorji ta’ riferenza huma pprovduti fl-Anness IX."

    7. L-Artikolu 14b(2) huwa emendat kif ġej:

    (a) L-ewwel inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:

    "— verifiki regolari fuq ilma assorbit jitwettqu fil-biċċeriji skond l-Artikolu 14a(3) ukoll għal karkassi tat-tiġieġ u tad-dundjan maħsuba għall-produzzjoni ta’ qatgħat friski, frozen u quick-frozen elenkati fil-paragrafu 1. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-inqas darba kull perjodu ta’ xogħol ta’ tmien siegħat. Iżda, fil-każ tat-tkessiħ tal-karkassi tad-dundjan, verifiki regolari fuq ilma assorbit m’għandhomx għalfejn jitwettqu. Il-valuri limiti iffissati fl-Anness VII(9) għandhom japplikaw ukoll għal karkassi tad-dundjan,";

    (b) jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

    "Fejn, fil-każ ta’ tkessiħ bl-arja tat-tiġieġ, ir-riżultati ta’ verifiki msemmija fl-ewwel inċiż u fil-paragrafu 3 juru konformità mal-kriterji pprovduti fl-Annessi V sa VII matul il-perjodu ta’ sitt xhur, il-frekwenza tal-verifiki msemmija fl-ewwel inċiż tista’ titnaqqas għal darba fix-xahar. Kull nuqqas li jitħarsu l-kriterji pprovduti fl-Annessi V sa VII għandhom jirriżultaw fl-applikazzjoni mill-ġdid tal-verifiki kif imsemmi fl-ewwel inċiż."

    8. It-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 14b(3) jinbidel b’dan li ġej:

    "Wara sena ta’ konformità mal-kriterji pprovduti fl-Anness VIa f’impjant partikolari tat-tqattigħ, il-frekwenza tal-verifiki għandhom ikunu ridotti għal darba kull sitt xhur. Kull nuqqas li jitħarsu l-kriterji għandhom jirriżultaw fl-applikazzjoni mill-ġdid tal-verifiki kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu."

    9. L-Annessi I, IV, VIa u VIII huma emendati kif ipprovdut fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Lulju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 173, 6.7.1990, p. 1.

    [2] ĠU L 157, 30.5.1998, p. 12.

    [3] ĠU L 143, 7.6.1991, p. 11.

    [4] ĠU L 119, 20.5.2000, p. 21.

    [5] ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

    [6] ĠU L 310, 28.11.2001, p. 19.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    L-Annessi I, IV, VIa u VIII mar-Regolament (KEE) Nru 1538/91 huma emendatI kif ġej:

    1. L-Anness I jiġi emendat kif ġej:

    Ir-riga 5 li ġejja tiddaħħal fit-tabella:

    "5. | Young cock | Jeune coq | Junger Hahn | Unghane | Gallo joven | Πετεινάρι | Giovane gallo | Jonge han | Galo jovem | Nuori kukko | Ung tupp" |

    2. L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

    (a) It-titolu ta’ punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

    "(a) Magħluf bi … % ta’ …"

    (b) fil-punt (b) "Ġewwa estensiv"

    - rata taħt stokkjar ta’ ġewwa, l-ewwel inċiż huwa mibdul b’li ġej:

    - "tiġieġ, sriedak żgħar, ħosjien: 15-il għasfur imma mhux aktar minn 25 kg piż ħaj;";

    - taħt l-età tal-qatla, l-inċiżi li ġejjin huma miżjuda:

    - "sriedak żgħar: 90 jum jew aktar tard,

    - ħosjien: 140 jum jew aktar tard";

    (ċ) fil-punt (d) "Tradizzjonalment fil-beraħ"

    - rata taħt stokkjar, il-ħames inċiż huwa mibdul b’li ġej:

    - "tajr Numididae: 13 imma mhux aktar minn 25 kg piż ħaj"

    - taħt l-età minima tal-qatla, it-tmien inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:

    - "140 jum għad-dundjani u wiżż mibjugħa sħaħ għax-xiwi,

    - 98 ġranet għad-dundjani nisa maħsuba għat-tqattigħ,

    - 126 ġranet għad-dundjani irġiel maħsuba għat-tqattigħ."

    3. Fl-Anness VIa, il-punt (2), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

    "Id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 1(2) huma applikabbli għal qatgħat imsemmija fl-Artikolu 14b. Id-daqsijiet tal-kampjuni għandhom ikunu ta’ l-anqas kif ġej:

    - sidra tat-tiġieġa: nofs is-sider,

    - filett tas-sidra tat-tiġieġa: nofs is-sidra bla għadma mingħajr ġilda,

    - sidra tad-dundjan, filett tas-sidra tad-dundjan u laħam tas-sieq mingħajr għadma: porzjonijiet ta’ madwar 100 g

    - qatgħat oħra: kif msemmi fl-Artikolu 1(2)."

    4. L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

    (a) Laboratorju nazzjonali ta’ riferenza għad-Danimarka huwa mibdul b’dan li ġej:

    "Fødevaredirektoratets Laboratorium

    Afdeling for Levnedsmiddelkemi

    Fødevareregion Ringsted

    Søndervang 4

    DK-4100

    Ringsted"

    (b) Laboratorju nazzjonali ta’ riferenza għall-Irlanda huwa mibdul b’dan li ġej:

    "National Food Centre

    Teagasc

    Dunsinea

    Castleknock

    Dublin

    15

    Ireland"

    (ċ) Laboratorju nazzjonali ta’ riferenza għall-Olanda huwa mibdul b’dan li ġej:

    "TNO Voeding

    Utrechtseweg 48

    3704 HE

    Zeist

    Postbus 360

    3700 AJ

    Zeist

    L-Olanda"

    (d) Laboratorju nazzjonali ta’ riferenza għall-Awstrija huwa mibdul b’dan li ġej:

    "Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH und Bundesamt für Ernährungssicherheit (Abt. Analytik II)

    Spargelfeldstrasse 191

    A-1220

    Wien"

    (e) Laboratorju nazzjonali ta’ riferenza għall-Portugall huwa mibdul b’dan li ġej:

    "Direcção Geral de Fiscalização e Controlo da Qualidade Alimentar

    Laboratório Central de Qualidade Alimentar

    Av. Conde de Valbom, 98

    P-1050-070

    Lisboa"

    --------------------------------------------------

    Top