This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R1282
Commission Regulation (EC) No 1282/2002 of 15 July 2002 amending Annexes to Council Directive 92/65/EEC laying down animal health requirements governing trade in and imports into the Community of animals, semen, ova and embryos not subject to animal health requirements laid down in specific Community rules referred to in Annex A(1) to Directive 90/425/EEC (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2002 tal-15 ta’ Lulju 2002 li jemenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE li tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali biex jirregolaw il-kummerċ fi u importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijoni mhux soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi Komunitarji msemmija fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEETest b’rilevanza għaż-ŻEE
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2002 tal-15 ta’ Lulju 2002 li jemenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE li tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali biex jirregolaw il-kummerċ fi u importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijoni mhux soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi Komunitarji msemmija fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEETest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 187, 16.7.2002, p. 3–12
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429
Official Journal L 187 , 16/07/2002 P. 0003 - 0012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2002 tal-15 ta’ Lulju 2002 li jemenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE li tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali biex jirregolaw il-kummerċ fi u importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijoni mhux soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi Komunitarji msemmija fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li stabbiliet rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijoni mhux soġġetti għal rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi Komunitarji msemmija fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/298/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 22 tagħha. Billi: (1) L-esperjenza ta’ l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/65/KEE dwar il-kummerċ fl-annimali msemmija fl-Artikoli 5, 13 u 23 ta’ dik id-Direttiva, uriet li hemm il-bżonn li jiġu ċċarati r-rekwiżiti għall-korpijet, istituti jew ċentri approvati u li jiġu nklużi xi disposizzjonijiet dwar il-kwarantina. (2) Għalhekk huwa meħtieġ li jsiru xi adattamenti tekniċi dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-approvazzjoni ta’ korpijet, istituti jew ċentri sabiex jiġi ntrodott ċertifikat speċifiku għall-kummerċ f’dawn l-annimali u sabiex tiġi ċċarata l-lista ta’ mard li għandu jiġi avżat. (3) Dawk il-korpijet, istituti jew ċentri diġà approvati mill-Istati Membri taħt arranġamenti ta’ qabel għandhom ikomplu jkunu approvati u jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda mill-aktar fis possibbli. (4) L-annessi A, C u E tad-Direttiva 92/65/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. (5) Sabiex jiġi assigurat li jkun hemm perjodu xieraq għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-disposizzjonijiet fl-Istati Membri kollha, għandha tiġi stabbilita data għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. (6) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-annessi A, C u E tad-Direttiva 92/65/KEE huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Lulju 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-14.09.1992, p. 54. [2] ĠU L 102, tat-12.04.2001, p. 63. -------------------------------------------------- L-ANNESS (1) L-Anness A tad- Direttiva 92/65/KEE huwa mibdul b’dan li ġej: L-ANNESS A MARD LI JRID JIĠI NOTIFIKAT FIL-KUNTEST TA' DIN ID-DIRETTIVA Marda | Ordni/familja/speċi primarjament ikkonċernata | Marda ta' Newcastle, influenza ta' l-għasafar | Aves | Psittakosi | Psittaciformes | American foulbrood | Apis | Brucella abortus | Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, Hippopotamidae u Tragulidae | Brucella melitensis | Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, Hippopotamidae u Tragulidae | Brucella ovis | Camelidae, Tragulidae, Cervidae, Giraffidae, Bovidae u Antilocapridae | Brucella suis | Cervidae, Leporidae, Ovibos moschatus, Suidae u Tayassuidae | Mycobacterium bovis | Mammalia, b'mod partikolari Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, u Tragulidae | Marda ta' l-ilsien u d-dwiefer | Artiodactyla u iljunfanti ta' l-Asja | Pesta klassika tal-majjali, pesta Afrikana tal-majjali | Suidae u Tayassuidae | Marda vexxikolari tal-majjal | Suidae u Tayassuidae | Rinderpest | Artiodactyla | Bluetongue | Antilocapridae, Bovidae, Cervidae, Giraffidae, u Rhinocerotidae | Pleuropneumonia bovina li tittieħed | Bovini (inklużi zebu, buffalo, bison u yak) | Stomatitis vexxikolari | Artiodactyla u Equidae | Peste des petits ruminants | Bovidae u Suidae | Marda tal-boċoċ fil-ġilda | Bovidae u Giraffidae | Ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż | Bovidae | Marda Afrikana taż-żwiemel | Equidae | Rift valley fever | Bovidae, speċi tal-Camelus u Rhinocerotidae | Enterovirus encephalomyelitis tal-majjal | Suidae | Nekrożi ematopejitika infettiva | Salmonidae | TSE | Bovidae, Cervidae, Felidae u Mustelidae | Antraċi | Bovidae, Camelidae, Cervidae, Elephantidae, Equidae u Hippopotamidae | Rabja | Carnivora, u Chiroptera | (2) L-Anness C tad- Direttiva 92/65/KEE huwa sostitwit b’dan li ġej: L-ANNESS C KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPROVAZZJONI TA’ KORPI, ISTITUTI JEW ĊENTRI 1. Sabiex tingħata approvazzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva, korp, istitut jew ċentru kif definit fl-Artikolu 2(1)(ċ) għandu: (a) ikun mmarkat b’mod ċar u separat mill-ambjent tiegħu, jew l-annimali jkunu magħluqa jew imqiegħda b’mod li ma jkunux ta’ riskju sanitarju lill-impriżi agrikoli li l-istat ta’ saħħa tagħhom jista’ jitqiegħed fil-periklu; (b) ikollhom mezz xieraq biex jaqbdu, jagħlqu u jiżolaw annimali u, jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom faċilitajiet ta’ kwarantina xierqa u proċeduri approvati għal annimali ġejjin minn imkejjen mhux approvati; (ċ) ikunu ħielsa mill-mard elenkat fl-Anness A u l-mard elenkat fl-Anness B meta l-pajjiż ikollu programm skond l-Artikolu 14. Sabiex korp, istitut jew ċentru jiġi ddikjarat liberu minn dan il-mard l-awtorità lokali kompetenti għandha tagħmel eżami tar-reġistri ta’ l-istat sanitarju ta’ l-annimali miżmuma għall-inqas għat-tliet snin preċedenti u r-riżultati tat-testijiet kliniċi u tal-laboratorji mwettqa fuq l-annimali fil-korp, istitut jew ċentru. B’danakollu, b’deroga minn dan ir-rekwiżit, għandhom jiġu approvati stabbilimenti ġodda jekk l-annimali miġbura hemm ikunu ġejjin minn stabbilimenti approvati; (d) iżommu reġistri aġġornati li jindikaw: (i) in-numru, l-identità (età, sess, speċi u identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) ta’ l-annimali ta’ kull speċi preżenti fl-istabbiliment; (ii) in-numru, l-identità (età, sess, speċi u identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) ta’ l-annimali li jaslu fl-istabbiliment jew jitilqu minnu, flimkien ma’ l-informazzjoni dwar l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom, it-trasport minn jew lejn l-istabbiliment u l-istat sanitarju ta’ l-annimali; (iii) ir-riżultati ta’ testijiet tad-demm u proċeduri djanjostiċi oħra; (iv) il-każijiet ta’ mard u, fejn xieraq, it-trattament mogħti; (v) ir-riżultati ta’ l-eżamijiet post-mortem fuq annimali li mietu fl-istabbiliment, inklużi annimali li twieldu mejta; (vi) l-osservazzjonijiet li saru waqt xi perjodu ta’ iżolament jew kwarantina; (e) ikollhom jew arranġament ma’ laboratorju kompetenti biex iwettqu eżamijiet post-mortem, jew ikollhom post wieħed jew aktar xierqa fejn dawn l-eżamijiet jistgħu jitwettqu minn persuna kompetenti taħt l-awtorita’ tal-veterinarju approvat; (f) ikollhom jew arranġamenti xierqa jew faċilitajiet fil-post għal tneħħija xierqa ta’ l-iġsma ta’ annimali li jmutu minn marda jew jiġu ewtanizzati; (g) jiżguraw, b’kuntratt jew strument legali ieħor, is-servizzi ta’ veterinarju approvat minn jew taħt il-kontroll ta’ l-awtorità lokali kompetenti, li: (i) għandha tikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14(3)(B) tad-Direttiva 64/432/KEE, (ii) għandha taċċerta li jiġu approvati mill-awtorità lokali kompetenti u applikati fil-korp, istitut jew ċentru, miżuri xierqa ta’ sorveljana u kontroll dwar is-sitwazzjoni tal-mard fil-pajjiż ikkonċernat. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu: - pjan ta’ sorveljanza annwali tal-mard li jinkludi kontroll xieraq fuq l-annimali għaż-żoonożi, - testijiet kliniċi, tal-laboratorju, u ta’ post-mortem ta’ annimali suspettati li jkunu milquta minn mard li jittieħed, - vaċċinazzjoni ta’ annimali suxxettibili għall-mard infettiv kif xieraq, biss b’mod konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja; (iii) tiżgura li xi mewt suspettuża jew preżenza ta’ sintomu li joħloq suspett li l-annimali li ħadu xi marda jew aktar mill-mard imsemmi fl-Annessi A u B tiġi avżata bihom mingħajr dewmien l-awtorità lokali kompetenti, jekk dik il-marda partikolari trid tiġi notifikata fl-Istat Membru kkonċernat; (iv) tassigura li l-annimali deħlin ġew iżolati kif meħtieġ, u skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u l-istruzzjonijiet, jekk hemm, mogħtija mill-awtorità kompetenti; (v) ikun responsabbli għall-konformita’ ta’ kuljum mar-rekwiżiti sanitarji ta’ l-annimali ta’ din id-Direttiva u leġislazzjoni Komunitarja dwar il-benessri ta’ l-annimali waqt it-trasport u t-tneħħija ta’ l-iskart ta’ l-annimali; (h) jekk iżżomm annimali maħsuba għal laboratorji li jwettqu esperimenti, isir skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 86/609/KEE. 2. L-approvazzjoni għandha tibqa meta ir-rekwiżiti li ġejjin ikunu sodisfatti: (a) il-post huwa taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali mill-awtorità kompetenti, li għandu: (i) jżur il-post tal-korp, istitut jew ċentru għall-inqas darba kull sena; (ii) jivverifika l-attività tal-veterinarju approvat u l-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta’ sorveljanza; (iii) jassigura li jintlaħqu d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva; (b) jiġu ntrodotti biss fl-istabbiliment dawk l-annimali li jiġu minn korp, istitut jew ċentru approvat ieħor, skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva; (ċ) il-veterinarju uffiċjali jivverifika li: - id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu sodisfatti, - ir-riżultati tat-testijiet kliniċi, tal-post-mortem u tal-laboratorji fuq l-annimali ma jkunu żvelaw l-ebda okkorrenza tal-mard imsemmi fl-Annessi A u B; (d) il-korp, l-istituzzjoni jew iċ-ċentru jżomm ir-reġistri msemmija fil-punt 1(d) wara l-approvazzjoni, għal perjodu ta’ mhux inqas minn għaxar snin. 3. B’deroga mill-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva u l-punt 2(b) ta’ dan l-Anness, annimali inklużi xadini (simiae u prosimiae) li joriġinaw minn band’oħra barra mill-korp, istitut jew ċentru approvat jistgħu jiġu ntrodotti f’korp, istitut jew ċentru approvat, kemm-il darba dawn l-annimali jiġu sottomessi għal kwarantina taħt kontroll uffiċjali u skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jidħlu f’dak l-istabbiliment. Għax-xadini (simiae u prosimiae) ir-rekwiżiti tal-kwarantina stabbiliti fil-Kodiċi Internazzjonali Sanitarju tal-OIE (Kapitolu 2.10.1 u Appendiċi 3.5.1) għandhom jiġu rispettati. Għal annimali oħrajn fil-kwarantina skond il-punt 2(b) ta’ dan l-Anness, il-perjodu ta’ kwarantina għandu jkun mhux inqas minn 30 jum għar-rigward tal-mard elenkat fl-Anness A. 4. Annimali miżmuma f’korp, istitut jew ċentru approvat, jistgħu biss jinħarġu mill-istabbiliment jekk huma destinati għal korp, istitut jew ċentru approvat ieħor, f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor; iżda jekk mhux destinati għal korp, istitut jew ċentru approvat, jistgħu jinħarġu biss skond ir-rekwiżiti ta’ l-awtorità kompetenti biex jiġi aċċertat li ma hemm l-ebda riskju ta’ tixrid tal-mard. 5. Meta l-Istat Membru jkollu l-benefiċċju ta’ garanziji addizzjonali taħt leġislazzjoni Komunitarja, jista’ jitlob rekwiżiti u ċertifikazzjoni addizzjonali xierqa għall-ispeċi suxxettibbli li jkunu ser jiżdiedu mal-korp, istitut jew ċentru approvat. 6. Il-proċeduri għas-sospensjoni, l-irtirar jew restituzzjoni parzjali jew fl-intier, ta’ l-approvazzjoni huma dawn li ġejjin: (a) meta l-awtorità lokali kompetenti ssib li r-rekwiżiti tal-punt 2 ma ġewx sodisfatti jew kien hemm tibdil fl-użu li ma jkunx għadu kopert mill-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża jew irtirata; (b) meta jingħata avviż ta’ suspett ta’ waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness A jew B, l-awtorità lokali kompetenti, għandha tissospendi l-approvazzjoni tal-korp, istitut jew ċentru, sakemm is-suspett jitneħħa uffiċjalment. Skond il-marda involuta u r-riskju tat-tixrid tal-mard, is-sospensjoni tista’ tirreferi għall-istabbiliment kollu jew biss għal xi kategoriji ta’ annimali suxxettibbli għall-marda in kwistjoni. L-awtorità lokali kompetenti għandha tiżgura li l-miżuri meħtieġa biex jiġi konfermat jew eskluż is-suspett, u li jiġi evitat it-tixrid tal-mard, skond leġislazzjoni Komunitarja li tirregola l-miżuri meħuda kontra l-marda in kwistjoni u dwar il-kummerċ fl-annimali; (ċ) meta tiġi kkonfermata l-marda suspettata, il-korp, istitut jew ċentru għandu jiġi approvat mill-ġdid biss, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti f’punt 1 ta’ dan l-Anness, minbarra l-punt 1(ċ), jerġgħu jiġu sodisfatti wara l-eradikazzjoni tal-marda u ta’ l-għejun ta’ infezzjoni fil-post, inkluż tindif u diżinfettazjoni xierqa; (d) l-awtorità lokali kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar is-sospensjoni, l-irtirar jew ir-restituzzjoni ta’ approvazzjoni ta’ korp, istitut jew ċentru.” (3) L-Anness E tad- Direttiva 92/65/KEE huwa sostitwit b’dan li ġej: L-ANNESS E L-Ewwel Parti +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ It-Tieni Parti +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ It-Tielet Parti +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------