EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1453

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Azores u l-Madeira u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima)

ĠU L 198, 21.7.2001, p. 26–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/02/2006; Imħassar b' 32006R0247

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1453/oj

32001R1453



Official Journal L 198 , 21/07/2001 P. 0026 - 0044


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001

tat-28 ta’ Ġunju 2001

li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Azores u l-Madeira u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36, 37 u 299(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni 91/315/KEE [2] il-Kunsill adotta programm ta’ għażliet speċifiċi għan-natura remota u insulari tal-Madeira u l-Azores (Poseima) skond il-politika Komunitarja ta’ għajnuna lill-iktar reġjuni mbiegħda. Il-għan ta’ dan il-programm huwa li jħaffef l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ dawn ir-reġjuni u jgħinhom jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-suq waħdieni li tiegħu dawn jiffurmaw parti integrali minkejja l-fatturi oġġettivi li jħalluhom ġeografikament u ekonomikament iżolati. Il-programm isejjaħ li tiġi applikata l-PKA għal dawn ir-reġjuni u jipprovdi biex ikunu adottati miżuri speċjali, b’mod partikolari sabiex jitjiebu l-kondizzjonijiet li fihom jiġu mkabbra l-prodotti agrikoli u jitqiegħdu fis-suq hawnhekk u sabiex itaffu l-effetti u l-limitazzjonijiet tal-qagħda ġeografika eċċezzjonali tagħhom minn mindu dawn kienu ġew irrikonoxxuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

(2) Il-qagħda ġeografika partikolari tal-Madeira u l-Azores timponi spejjeż addizzjonali fuq it-trasport sabiex jiġu pprovvduti l-prodotti essenzjali għall-konsum mill-bniedem, sabiex jiġu pproċessati u bħala input agrikolu. B’żieda ma’ dan, il-fatturi oġġettivi li jinħolqu minħabba l-insularità jimponu kostrizzjonijiet oħra fuq l-operaturi ekonomiċi u l-produtturi f’dawn il-gżejjer li jxekklu b’mod aħrax l-attivitajiet tagħhom. Dawn il-problemi jistgħu jittaffew bit-tnaqqis fil-prezz ta’ dawn il-prodotti essenzjali. Huwa għalhekk approprjat li jiġu introdotti arranġamenti ta’ provvisti speċifiċi sabiex jiġi ggarantit il-forniment lil dawn il-gżejjer u sabiex jikkumpensaw għall-ispejjeż addizzjonali li jinħolqu minħabba l-bgħid, l-insularità u l-pożizzjoni ta’ l-iktar imbiegħda tagħhom.

(3) Għal dan il-għan, minkejja l-Artikolu 23 tat-Trattat, l-importazzjonijiet tal-prodotti interessati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu eżentati mid-dazji ta’ l-importazzjoni li japplikaw. Sabiex jiġu kkunsidrati l-oriġini u t-trattament tad-dwana mogħti lilhom taħt id-dispożizzjonijiet Komunitarji, il-prodotti li jiddaħħlu fit-territorju ta-dwana Komunitarja taħt l-arranġamenti ta’ l-ipproċessar għall-intern jew l-arranġamenti tad-dwana għall-magazzinaġġ għandhom jiġu kkunsidrati bħala importazzjonijiet diretti, bil-għan li jingħataw il-benefiċċji ta’ l-arranġamenti ta’ provvisti speċifiċi.

(4) Sabiex jinkiseb il-għan li jitbaxxew il-prezzijiet f’dawn ir-reġjuni u jittaffew l-ispejjeż addizzjonali minħabba l-bgħid, l-insularità u l-pożizzjoni ta’ l-iktar imbiegħda tagħhom filwaqt li tinżamm il-kompetittività tal-prodotti Komunitarji, għandha tiġi konċessa għajnuna għall-provvista ta’ prodotti Komunitarji lil dawn il-gżejjer. Din il-għajnuna għandha tikkunsidra l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn il-Madeira u l-Azores u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi u, fil-każ ta’ inputs agrikoli u prodotti maħsuba għall-ipproċessar, l-ispejjeż addizzjonali ta’ l-insularità u l-pożizzjoni mbiegħda tagħhom.

(5) Ġaladarba l-kwantitajiet koperti bl-arranġamenti ta’ provvisti speċifiċi huma limitati għall-ħtiġiet tal-provvista ta’ dawn ir-reġjuni, dawn l-arranġamenti ma jfixklux il-funzjonament xieraq tas-suq intern. B’żieda ma’ dan, il-vantaġġi ekonomiċi ta’ l-arranġamneti ta’ provvisti speċifiċi ma għandhomx jipprovokaw devjazzjonijiet fil-kummerċ tal-prodotti interessati. Għandhom għalhekk ikun pprojibit d-dispaċċ mill-ġdid jew l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-prodotti mill-Azores u l-Madeira. Madankollu, din il-projbizzjoni ma tapplikax għaċ-ċirkolazzjoni tal-kummerċ bejn ir-reġjuni tal-Madeira u l-Azores. Lanqas ma tapplika, fejn jirrigwarda l-proċessar, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet, għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi sabiex dawn jippromwovu l-kummerċ reġjonali jew il-kunsinni tradizzjonali lejn il-bqija tal-Komunità.

(6) Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u jniżżlu l-prezzijiet fil-katina kollha tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni, il-vantaġġi ekonomiċi ta’ l-arranġamenti ta’ provvisti speċifiċi għandhom jgħaddu lill-konsumatur ta’ l-aħħar, hekk li jilħqu l-qofol tagħhom fi prezzijiet iktar baxxi għall-konsumatur. Għandhom, għalhekk, jiġu konċessi biss bil-kondizzjoni li attwalment jitgħaddew, u jrid jitwettaq il-monitoraġġ għal dan il-għan.

(7) L-iskema ta’ għajnuna għaż-żona rigward il-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel, l-għeruq u t-tuberi, il-fjuri u l-pjanti ħajjin instabet mhix addattata, speċjalment minħabba d-dewmien u l-komplessità tal-proċeduri u l-mod kif il-għajnuna proposta kienet strutturata. Għandhom jittieħdu lezzjonijiet mir-riżultati inkoraġġanti tar-riforma Poseidom f’dan is-settur, u l-għajnuna għall-marketing u l-proċessar għandha tiġi prevista bil-ħsieb li jkun fornit is-suq tal Madeira u l-Azores. Din il-għajnuna għandha wkoll tgħin lill-produzzjoni lokali tikkompeti mal-prodotti minn imkejjen oħra fi swieq ta’ tkabbir kbir, tissodisfa aħjar il-ħtiġiet tal-konsumaturi u ta’ kanali ġodda tad-distribuzzjoni, ittejjeb il-produttività ta’ l-irziezet u taġġorna l-kwalità tal-prodotti. Il-marketing ta’ dawn il-prodotti, kemm friski u kemm ipproċessati, għandu jissokta u għandhom jitmexxew ’il quddiem fis-suq Komunitarju. Studju ekonomiku dwar kull reġjun irid jgħin sabiex jirfina l-istruttura tas-settur f’dawn iż-żewġ reġjuni.

(8) Huwa essenzjali, għal raġunijiet kemm ekonomiċi u kemm ambjentali, li jinżammu d-dwieli, l-aktar wiċċ imferrex, fil-Madeira. Biex tgħin tissostjeni l-produzzjoni domestika, qiegħda tingħata għajnuna b’rata waħda uniformi għall-kultivazzjoni tad-dwieli li twassal għall-produzzjoni ta’ l-inbejjed ta’ kwalità li jiġu prodotti f’reġjuni speċifiċi. Din il-għajnuna tapplika wkoll għall-Azores.

(9) Bl-istess mod, il-mekkaniżmi tar-regolazzjoni tas-suq u l-premiums ta’ l-abbandun ma japplikawx f’dawn iż-żewġ reġjuni.

(10) Il-produtturi agrikoli fl-Azores u fil-Madeira għandhom jiġu inkoraġġiti sabiex ifornu prodotti ta’ kwalità u l-marketing ta’ dawn għandu jiġi megħjun. L-użu tas-simbolu grafiku Komunitarju jista’ jgħin biex jinkiseb dan.

(11) L-attivitajiet tradizzjonali tat-trobbija tal-bhejjem tar-rziezet fil-Madeira għandhom jiġu appoġġjati sabiex jgħinu jissodisfaw il-ħtiġiet tal-konsum lokali. Għal dan il-għan, huma meħtieġa derogi minn x’uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tas-suq komuni li jirrestrinġu l-produzzjoni, sabiex jitqiesu l-iżvilupp u l-kondizzjonijiet partikolari tal-produzzjoni lokali, li huma differenti tassew minn dawk li jeżistu fil-bqija tal-Komunità. Din il-mira tista’ tiġi segwita wkoll indirettament bil-programmi ta’ finzanzjament għat-titjib ġenetiku li jinvolvi x-xiri tal-bhejjem tar-razza għat-tagħmir, bix-xiri ta’ razez kummerċjali li huma aktar addattati għall-kondizzjonijiet lokali u billi jiġu ssupplimentati l-premium għall-baqar li jreddgħu u l-premium għall-qatla, u, sakemm tiżviluppa l-biedja lokali tal-bhejjem tar-rziezet, għandha ssir dispożizzjoni temporanja għall-provvista tal-bhejjem maskili għas-simna, bin-numru ta’ dawn il-bhejjem li jridu jiġu forniti kull sena jiġi limitat hekk li ma jikkompromettix il-mira msemmija hawn fuq. L-istima tal-ħtiġiet tal-konsum lokali titfassal f’bilanċ perjodiku. Sabiex jiġi żgurat illi l-appoġġ Komunitarju jkun jista’ jiġi organizzat u miġbur b’mod effettiv, programm komprensiv li jappoġġja l-attivitajiet lokali fis-setturi tal-prodotti mill-bhejjem u mill-ħalib għandu jgħin lis-setturi interessati jiddefinixxu u jimplimentaw strateġiji mfassla apposta skond il-kuntest lokali għall-iżvilupp ekonomiku, għall-organizzazzjoni ta’ l-ispazju tal-produzzjoni u sabiex jiżdied il-professjonaliżmu tal-produtturi.

(12) Fil-Madeira, il-għajnuna għall-konsum mill-bniedem tal-prodotti friski mill-ħalib tal-baqar titħallas lill-fabbriki tal-prodotti mill-ħalib. Din il-għajnuna ma rnexxilhiex iżżomm bilanċ bejn il-provvista domestika u dik barranija, prinċipalment minħabba d-diffikultajiet strutturali gravi li jaffettwaw lis-settur u l-kapaċità limitata tiegħu li jaddatta ruħu għal ambjenti ekonomiċi ġodda. B’konsegwenza ta’ dan, huwa ppjanat li din il-għajnuna tiġi diretta, fil-kuntest ta’ bilanċ tal-provvista, lejn il-ġbir tal-produzzjoni lokali marbuta ma’ awtorizzazzjoni sabiex jiġi prodott ħalib rikostitwit (UHT) minn trab tal-ħalib ta’ oriġini Komunitarja, bil-ħsieb li l-konsum lokali jiġi kopert aktar bis-sħiħ.

(13) Il-ħtieġa li tinżamm il-produzzjoni lokali permezz ta’ inċentivi tiġġustifika li ma jiġix applikat ir-Regolament (KEE) Nru 3950/92 [3]. Din l-eżenzjoni għandha tiġi stabbilita fil-limitu ta’ 4000 tunnellata metrika, li jikkorrispondu għall-produzzjoni korrenti ta’ 2000 tunnellata merika u għall-possibbiltà raġjonevoli tal-produzzjoni miżjuda preżentement stmata bħala ta’ massimu ta’ 2000 tunnellata metrika.

(14) Il-produzzjoni tal-patata hija essenzjali fil-Madeira, għal raġunijiet kemm ekonomiċi, kemm soċjali u kemm ambjentali. Id-daqs żgħir ta’ l-irziezet u l-ispiża ta’ l-inputs iwasslu għal spejjeż għolja ħafna tal-produzzjoni. Tiġi konċessa għajnuna speċifika għat-tkabbir tal-patata għall-konsum mill-bniedem sabiex tappoġġja l-produzzjoni lokali sabiex tissodisfa x-xejriet tal-konsum fil-gżira.

(15) Tiġi konċessa għajnuna lis-settur tar-rum miz-zokkor tal-kannamieli fil-Madeira sabiex tappoġġja l-produzzjoni lokali tal-kannamieli meħtieġa għall-fabbrikazzjoni tal-prodotti pproċessati minnhom, fil-limiti tal-ħtiġiet li jinħolqu mill-metodi wżati b’mod tradizzjonali fir-reġjun.

(16) L-inbejjed likuri għandhom jissoktaw jiġu mħejjija bl-użu tal-metodi tradizzjonali fil-gżejjer billi jiġi ffaċilitat ix-xiri ta’ mosti kkonċentrati u l-alkol ta’ l-inbid prodotti fil-bqija tal-Komunità u billi tingħata għajnuna għaż-żieda fil-għomor ta’ dan l-inbid. Sabiex ikunu megħjuna l-isforzi magħmula sabiex jinżammu l-kwalità u l-awtentiċità ta’ dawn il-prodotti, għandha tingħata għajnuna għall-marketing tagħhom.

(17) Għandha tiġi konċessa għajnuna fil-Madeira għall-produzzjoni tal-qasab, li jservi bħala suppliment importanti għall-biedja u jipprovdi għixien lill-ħwienet żgħar tas-sengħa fl-iktar żoni żvantaġġjati ta’ dawn il-gżejjer.

(18) Diffikultajiet tekniċi u soċjo-ekonomiċi ma ħallewx il-konverżjoni sħiħa, f’waqtha, taż-żoni mħawla b’varjetajiet ibridi tad-dwieli pprojbiti mill-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid. L-inbid prodott minn dawn il-vinji huwa maħsub biss għall-konsum tradizzjonali lokali; żmien addizzjonali irid iwassal li dawn il-vinji jiġu kkonvertiti filwaqt li jiġi ppriservat tessut ekonomiku reġjonali li jkun jiddependi bil-qawwi fuq il-produzzjoni ta’ l-inbid. Il-Portugall għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, kull sena, dwar il-progress magħmul fil-konverżjoni taż-żoni interessati.

(19) Il-produzzjoni tal-ħalib u t-trobbija ta’ l-ifrat huma s-sostenn ewlieni ta’ l-ekonomija agrikola ta’ l-Azores, u l-appoġġ għal dan is-settur għandu jqis l-importanza kruċjali ta’ dawn l-attivitajiet f’termini kemm soċjali u kemm ekonomiċi, speċjalment għall-bdiewa ż-żgħar. Sabiex tiġi żgurata s-sopravivenza ta’ l-attività tradizzjonali f’dan is-settur, il-premium għall-baqar li jreddgħu u l-għajnuna għall-baqar tal-ħalib għandhom jissoktaw jiġu appoġġjati, fil-limiti tal-kwota lokali disponibbli. Għandu jiġi introdott suppliment għall-premium għall-qatla u għandha tingħata għajnuna għad-disponiment mill-bhejjem maskili żejda tal-fart li għalihom ma jkun jista’ jinstab l-ebda suq normali fil-gżejjer u li jridu jiġu ttrasportati bil-baħar lejn il-bqija tal-Komunità bi spiża addizzjonali konsiderevoli, mogħtija l-qagħda ġeografika partikolari tar-reġjun. Sabiex jiġi żgurat illi l-appoġġ Komunitarju jkun jista’ jiiġi organizzat u miġbur b’mod effettiv, programm komprensiv sabiex jgħin l-attivitajiet lokali fis-setturi tat-trobbija tal-bhejjem tar-rziezet u tal-prodotti mill-ħalib għandu jgħin lis-setturi interessati biex ikunu jistgħu jiddefinixxu u jimplimentaw strateġiji mfassla apposta skond il-kuntest lokali għall-iżvilupp ekonomiku, l-organizzazzjoni ta’ l-ispazju tal-produzzjoni u ż-żieda fil-professjonaliżmu tal-produtturi.

(20) L-attività agrikola fl-Azores tiddependi b’mod qawwi fuq il-produzzjoni tal-ħalib. Din id-dipendenza, magħquda mad-diżabbiltajiet l-oħra marbuta mal-lokazzjoni tagħhom ta’ l-iktar imbiegħda u n-nuqqas ta’ produzzjoni alternattiva vijabbli, huma ta’ detriment għall-iżvilupp ekonomiku tagħhom. Għandhom jitqiesu l-ħtiġiet tal-konsum lokali f’dawn il-gżejjer, koperti bil-produzzjoni lokali, u għandu jiġi dderogat minn uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib dwar il-limitazzjoni tal-produzzjoni għal perjodu taż-żmien ta’ erba’ snin tas-suq li jibdew mis-sena 1999/2000 sabiex ikun jista’ jitqies il-livell ta’ l-iżvilupp tal-produzzjoniji lokali u l-kondizzjonijiet għalihom. Għalkemm din il-miżura tidderoga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 34(2) tat-Trattat, hija ristretta għall-produtturi tal-ħalib fl-Azores u hija ta’ impatt ekonomiku marġinali meta pparagunata mal-kwota totali għall-Portugall. Għandha tgħin lis-settur fl-Azores sabiex jissokta jiġi rristrutturat matul il-perjodu taż-żmien ta’ l-applikazzjoni ta’ din il-miżura mingħajr ma tindaħal fis-suq tal-ħalib u mingħajr ma taffettwa l-mod tajjeb tax-xogħol ta’ l-iskema ta’ imposti fuq livell jew Portugiż jew Komunitarju.

(21) Rigward il-kultivazzjoni ta’ l-uċuh tar-raba fl-Azores, iż-żona żgħira tal-kultivazzjoni, id-daqs żgħir u l-frammentazzjoni ta’ l-irziezet kif ukoll in-natura estensiva tal-produzzjoni lkoll iwasslu għal spejjeż għolja tal-produzzjoni. Huwa vitali li dawn l-uċuh tar-raba (pitravi, ċikwejra, patata, tabakk, ananas, inbid, te, eċċ.) jissoktaw jiġu kkultivati bħala alternattivi sabiex jikkontrobilanċjaw il-predominanza tal-biedja tal-bhejjem, u sabiex tiġi żgurata l-għajnuna konċessa lill-industrija tal-proċessar lokali.

(22) Barra minn dan, għandha tissokta l-produzzjoni ta’ l-inbejjed likuri fl-Azores b’metodi tradizzjonali, billi tingħata għajnuna għaż-żieda fil-għomor ta’ l-inbid "verdelho".

(23) Is-saħħa tal-pjanti ta’ l-uċuh tar-raba fil-Madeira hija bla ħsara għal problemi partikolari assoċjati mal-klima u n-nuqqas ta’ adegwatezza tal-miżuri ta’ kontroll li ġew applikati sa issa hawnhekk. Għandhom jiġu implimentati programmi sabiex jiġu miġġielda l-organiżmi li jagħmlu ħsara, inkluż b’metodi organiċi. Għandha tiġi speċifikata l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal dawn il-programmi.

(24) Ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 [4] jistabbilixxi miżuri ta’ żvilupp rurali li jistgħu jingħataw l-appoġġ Komunitarju u jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-kisba ta’ dan l-appoġġ.

(25) Dan ir-Regolament ifittex li jirrimedja l-limitazzjonijiet minħabba n-natura mbiegħda u insulari ta’ dawn ir-reġjuni.

(26) L-istrutturi ta’ ċerti azjendi agrikoli jew ta’ impriżi tal-proċessar u l-marketing f’dawn ir-reġjuni juru nuqqasijiet serji u huma mdawra b’diffikultajiet speċifiċi. Għandha ssir dispożizzjoni kif xieraq għal deroga minn ċerti tipi ta’ investimenti mid-dispożizzjonijiet li jillimitaw jew jipprevjienu l-konċessjoni ta’ xi għamla ta’ għajnuna strutturali pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

(27) L-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jirrestrinġi l-konċessjoni ta’ appoġġ forestali liż-żoni afforestati u bil-boskijiet li jappartjienu lil sidien u muniċipalitajiet privati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom. Parti mill-foresti u ż-żoni bil-boskijiet lokati f’dawn ir-reġjuni jappartjienu lill-awtoritajiet pubbliċi oħra għajr il-muniċipalitajiet. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu imsemmi għandhom ikunu aktar flessibbli.

(28) Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal tlieta mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 tista’ tammonta fl-iktar reġjuni mbiegħda għal 85 % ta’ l-ispiża totali eliġibbli. Mill-banda l-oħra, skond it-tielet inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-miżuri agro-ambjentali, li tikkostitwixxi r-raba’ miżura ta’ akkumpanjament, għandha tkun limitata għal 75 % għaż-żoni kollha koperti bil-Mira 1. Minħabba l-importanza attribwita lill-ambjent agrikolu fil-kuntest ta’ l-iżvilupp rurali, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandha tkun armonizzata mal-miżuri kollha ta’ akkumpanjament fir-reġjuni l-iktar imbiegħda.

(29) L-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u l-Anness ma’ dan jistabilixxu l-ammonti massimi ta’ kull sena eliġibbli għall-għajnuna agro-ambjentali tal-Komunità. Sabiex jitqiesu s-sitwazzjoni speċifika ambjentali ta’ ċerti żoni tal-mergħa sensittivi ħafna fl-Azores u l-priservazzjoni ta’ l-ambjent u l-karatteristiċi tradizzjonali ta’ l-art agrikola, b’mod partikolari ż-żoni tal-kultivazzjoni mtarrġa fil-Madeira, għandha ssir dispożizzjoni għall-possibbiltà, fil-każ ta’ ċerti miżuri speċifiċi, li dawn l-ammonti jiġu rduppjati.

(30) Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 [5], kull wieħed mill-pjani, mill-oqfsa ta’ appoġġ Komunitarju, mill-programmi operattivi u d-dokument waħdieni tal-programmazjoni għandhom ikopru perjodu taż-żmien ta’ seba’ snin, u l-perjodu taż-żmien tal-programm għandu jibda mill-1 ta’ Jannar 2000. Fl-interess tal-koesività u sabiex ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn il-benefiċjarji tal-istess programm, id-deroga pprovduta f’dan ir-Regolament għandha, b’mod eċċezzjonali, tapplika għall-perjodu taż-żmien kollu tal-programmazzjoni.

(31) Tista’ tiġi konċessa deroga mill-politika konsistenti Komunitarja li ma tiġix awtorizzata għajnuna operattiva mill-Istat għall-produzzjoni, il-proċessar u l-marketing tal-prodotti agrikoli koperti bl-Anness I mat-Trattat, sabiex jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi fuq il-biedja fl-Azores u fil-Madeira bħala riżultat tal-bgħid, l-insularità u l-lokazzjoni l-iktar imbiegħda tagħhom, il-firxa żgħira, l-art muntanjuża, il-klima u d-dipendenza ekonomika tagħhom fuq numru żgħir ta’ prodotti.

(32) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [6],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi biex jiġu rrimedjati d-diffikultajiet ikkawżati mill-bgħid, l-insularità u l-pożizzjoni l-iktar imbiegħda ta’ l-Azores u l-Madeira dwar ċerti prodotti agrikoli.

It-TITOLU I

L-ARRANĠAMENTI TA’ PROVVISTI SPEĊIFIĊI

L- Artikolu 2

Hawnhekk qegħdin jiġu introdotti l-arranġamenti ta’ provvisti speċifiċi għall-prodotti agrikoli elenkati fl-Annessi I u II ma’ dan ir-Regolament, li huma essenzjali għall-konsum mill-bniedem, għall-proċessar u bħala inputs agrikoli fl-Azores u l-Madeira.

Għandu jitfassal bilanċ previst tal-provvisti li jiddikjara l-kwantità tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Annessi I u II meħtieġa sabiex jissodisfaw l-ħtiġiet tal-provvisti għal kull sena. Jista’ jitfassal bilanċ previst separat għall-ħtiġiet ta’ l-industriji tal-proċessar u tal-pakkeġġjar maħsuba għas-suq lokali, għall-esportazzjoni taħt ċerti kondizzjonijiet lejn pajjiżi terzi jew għall-kunsinni tradizzjonali lejn il-bqija tal-Komunità.

L- Artikolu 3

1. L-ebda dazji ma għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet diretti ġewwa l-Azores u l-Madeira tal-prodotti koperti bl-arranġamenti ta’ provvisti speċifiċi jekk dawn jorġinaw minn pajjiżi terzi, fil-limitu tal-kwantitajiet stabbiliti fil-bilanċ tal-provvisti.

Il-prodotti li jkunu daħlu fit-territorju tad-dwana Komunitarja taħt l-arranġamenti tal-proċessar għall-intern jew tal-ħażna tad-dwana għandhom ikunu kkunsidrati bħala importazzjonijiet diretti għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu.

2. Sabiex jiġi żgurat illi l-kopertura tal-ħtiġiet stabbiliti skond l-Artikolu 2 ikunu koperti fit-termini tal-kwantità, il-prezz u l-kwalità, filwaqt li tingħata attenzjoni li jinżamm is-sehem Komunitarju fil-provvisti, għandha tingħata għajnuna sabiex l-Azores u l-Madeira jkunu pprovduti bil-prodotti Komunitarji li jkunu ġew miżmuma fl-imħażen pubbliċi ta’ l-intervent jew li jkunu disponibbli fis-suq Komunitarju.

Din il-għajnuna għandha tiġi ffissata sabiex titqies l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn l-Azores u l-Madeira u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u, fil-każ ta’ l-inputs agrikoli u dawk maħsuba għall-proċessar, l-ispejjeż addizzjonali rigward l-insularità u l-lokazzjoni l-iktar imbiegħda tagħhom.

3. Fl-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti tal-provvisti speċifiċi, għandhom jiġu kkunsidrati, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

- il-ħtiġiet speċifiċi ta’ l-Azores u l-Madeira u, fil-każ tal-prodotti maħsuba għall-proċessar u l-inputs agrikoli, il-ħtiġiet speċifiċi tal-kwalità,

- iċ-ċirkolazzjoni tal-kummerċ mal-bqija tal-Komunità,

- l-aspett ekonomiku tal-għajnuna proposta.

4. L-intitolament taħt l-arranġamenti tal-provvisti speċifiċi għandu jkun bla ħsara għall-kundizzjoni illi l-vantaġġ ekonomiku dderivat jew mill-eżenzjoni mid-dazji ta’ l-importazzjoni jew mill-għajnuna fil-każ tal-provvista mill-bqija tal-Komunità jiġi attwalment imgħoddi lill-aħħar utent.

5. Il-prodotti koperti bl-arranġamenti tal-provvisti speċifiċi ma jistgħux jiġu esportati mill-ġdid lejn pajjiżi terzi jew iddispaċċjati mill-ġdid lejn il-bqija tal-Komunità. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għaċ-ċirkolazzjonijiet kummerċjali bejn l-Azores u l-Madeira.

Meta l-prodotti interessati jiġu pproċessati fl-Azores jew fil-Madeira, il-projbizzjoni msemmija hawn fuq ma għandhiex tapplika għall-esportazzjonijiet tal-prodotti pproċessati mill-Azores jew mill-Madeira lejn pajjiżi terzi, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

Meta l-prodotti interessati jkunu pproċessati fl-Azores jew fil-Madeira, il-projbizzjoni msemmija hawn fuq ma għandhiex tapplika għat-tagħbijiet tradizzjonali bil-baħar tal-prodotti pproċessati lejn il-bqija tal-Komunità.

Ma għandha tiġi konċessa l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni.

6. Ir-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan it-Titolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2). Dawn għandhom jinkludu:

- li tiġi ffissata l-għajnuna għall-provvista mill-bqija tal-Komunità,

- dispożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat illi l-vantaġġi konċessi jgħaddu attwalment għand l-aħħar utent,

- l-introduzzjoni jekk meħtieġa ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni jew tal-kunsinna.

Il-Kummissjoni għandha tfassal il-bilanċi tal-provvisti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2). Tista’ tirrevedi dawn il-bilanċi, u l-lista tal-prodotti fl-Annessi I u II, skond l-istess proċedura, fid-dawl tal-bidliet fil-ħtiġiet ta’ l-Azores u l-Madeira.

Meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-ħtiġiet għaz-zokkor mhux maħdum ta’ l-Azores, għandu jitqies l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali tal-pitravi taz-zokkor. Għandhom jiġu stabbiliti l-kwantitajiet koperti bl-arranġamenti tal-provvista sabiex jiġi żgurat illi l-volum totali taz-zokkor irraffinat fl-Azores ta’ kull sena ma jaqbiżx il-10000 tunnellata metrika.

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2038/1999 [7] ma għandux japplika għall-Azores.

It-TITOLU II

IL-MIŻURI SABIEX JIĠU MEGĦJUNA L-PRODOTTI LOKALI

Il-KAPITOLU I

IL-MIŻURI KOMUNI GĦAŻ-ŻEWĠ REĠJUNI

TAQSIMA 1

Il-bhejjem ta’ l-irziezet

L- Artikolu 4

1. Fis-settur tal-bhejjem ta’ l-irziezet, għandha tingħata għajnuna għall-provvista lejn l-Azores u l-Madeira tal-bhejjem ta’ razza pura, il-bhejjem ta’ razez kummerċjali u l-prodotti mill-bhejjem tar-rziezet, li joriġinaw fil-Komunità, esklużi l-bhejjem tal-fart ta’ razza pura lejn l-Azores.

2. It-termini sabiex tingħata din il-għajnuna għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-ħtiġiet tal-provvista ta’ l-Azores u l-Madeira sabiex dawn jagħtu bidu għall-produzzjoni u t-titjib ġenetiku tal-bhejjem li jinżammu għall-biedja u l-ħtieġa għar-razez l-iktar addattati għall-kondizzjonijiet lokali. Il-għajnuna għandha titħallas għall-kunsinna tal-merkanzija li twettaq il-ħtiġiet speċifikati fir-regoli Komunitarji.

3. Dawn li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati meta tkun qiegħda tiġi ffissata l-għajnuna:

- il-kondizzjonijiet u b’mod partikolari l-ispejjeż tal-provvisti lejn l-Azores u l-Madeira li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ġeografika tagħhom;

- il-prezz tal-prodotti fis-suq Komunitarju u fis-suq dinji;

- jekk jiġux imposti jew le dazji fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

- l-aspett ekonomiku tal-għajnuna proposta.

4. L-Artikolu 3(4) u (5) għandu japplika għall-merkanzija li tikkwalifika għall-għajnuna taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5. Il-lista tal-prodotti koperti, il-livell tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

TAQSIMA 2

Il-frott, il-ħxejjex ta’ l-ikel, il-pjanti u l-fjuri

L- Artikolu 5

1. Għandha tingħata għajnuna għall-frott, il-ħxejjex ta’ l-ikel, il-fjuri u l-pjanti ħajjin elenkati fil-Kapitoli 6, 7 u 8 tan-Nomenklatura Magħquda, għat-te li jidħol fil-kodiċi NM 0902, il-għasel li jidħol fil-kodiċi NM 040900 u l-frott tal-ġenu Capsicum u l-ġenu Pimenta li jidħlu fil-kodiċi NM 0904, maħsuda jew prodotti lokalment u maħsuba sabiex ifornu s-swieq tar-reġjuni rispettivi tal-produzzjoni. Din il-għajuna ma għandhiex tingħata għall-banana mkabbra fil-Madeira.

Il-għajnuna għandha tingħata għall-prodotti li jikkonformaw ma’ l-istandards komuni ffissati bil-leġislazzjoni Komunitarja jew, meta ma jeżistu l-ebda standards minn dawn, ma’ l-ispeċifikazzjonijiet bil-miktub fil-kuntratti tal-provvista.

L-approvazzjoni tal-għajnuna għandha tkun bla ħsara għall-konklużjoni tal-kuntratti tal-provvisti li jdumu sena jew aktar bejn produtturi individwali jew gruppi ta’ produtturi, jew organizzazzjonijiet tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikoli 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 [8] u l-industriji jew id-distributuri ta’l-ikel, ir-ristoranti u bħal dawn jew l-awtoritajiet lokali.

Il-għajnuna għandha titħallas lill-produtturi individwali, lill-gruppi tal-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-limiti tal-kwantitajiet annwali stabbiliti għal kull kategorija ta’ prodott.

L-ammont tal-għajnuna għandu jiġi ffissat fuq rata waħda uniformi bażika għal kull waħda mill-kategorija tal-prodotti li jridu jiġu stabbiliti, ibbażata fuq il-valur medju tal-prodotti koperti. L-ammont tal-għajnuna għandu jkun iddifferenzjat skond jekk il-benefiċjarju huwiex wieħed mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikoli 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jew le.

2. Dan l-Artikolu ma għandux ikun japplika għall-ananas prodott fl-Azores.

3. Ir-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2). Il-kategoriji tal-prodotti u l-ammonti tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ffissati skond l-istess proċedura.

L- Artikolu 6

1. Għandha tiġi konċessa għajnuna għall-konklużjoni tal-kuntratti annwali li jirrigwardaw il-marketing ta’ prodotti friski u pproċessati inklużi fil-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1). Fil-każ tal-pjanti u l-fjuri, il-għajnuna ma għandhiex tkun bla ħsara għall-konklużjoni ta’ kuntratt annwali.

Din il-għajnuna għandha titħallas sa limitu ta’ volum ta’ 3000 tunnellata metrika għal kull prodott kull sena għal kull wieħed miż-żewġ reġjuni.

Il-kuntratti għandhom jiġu konklużi bejn il-produtturi individwali jew il-gruppi tal-produtturi jew l-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikoli 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li huma stabbiliti fil-gżejjer u persuni naturali jew legali stabbiliti fil-bqija tal-Komunità.

2. L-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ 10 % tal-valur tal-produzzjoni li tkun tqiegħdet fis-suq, ħielsa fid-destinazzjoni.

3. Il-għajnuna għandha tingħata lill-bejjiegħa li jkunu kkonkludew kuntratt kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma’ operatur stabbilit fil-bqija tal-Komunità.

4. Meta l-miżuri pprovvduti fil-paragrafu 1 jittieħdu bħala impriżi konġunti kkostitwiti, bil-għan li jitqiegħed fis-suq il-prodott mir-reġjuni interessati, minn produtturi jew organizzazzjonijiet tal-produtturi jew għaqdiet tal-produtturi f’dawn ir-reġjuni u persuni naturali jew legali li jkunu stabbiliti fil-bqija tal-Komunità, u meta l-imsieħba jindaħlu sabiex jaqsmu bejniethom il-għerf u l-kompetenza meħtieġa sabiex tintlaħaq il-mira ta’ l-intrapriża konġunta f’perjodu minimu taż-żmien ta’ tliet snin, l-ammont tal-għajnuna speċifikata fil-paragrafu 2 għandu jiżdied għal 13 % tal-valur tal-produzzjoni annwali mqiegħda fis-suq b’mod konġunt.

5. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

L- Artikolu 7

1. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi sa massimu ta’ 100000 Euro sabiex tiffinanzja żewġ analiżijiet ekonomiċi u biex tmexxi studji dwar is-settur tal-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel friski u pproċessati f’kull wieħed miż-żewġ reġjuni, filwaqt li tagħti attenzjoni speċjali lill-prodott tropikali.

L-istudju għandu jipproduċi stima ekonomika u teknika tas-settur f’kull reġjun. Għandu jagħti attenzjoni speċjali sabiex jiġu forniti l-ispejjeż ta’ l-informazzjoni u tal-proċessar u għandu jeżamina l-kondizzjonijiet u l-iskop ta’ l-iżvilupp u tal-bejgħ fil-livell reġjonali u internazzjonali, wara li jkun ikkunsidra l-kompetizzjoni fis-suq dinji.

2. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

TAQSIMA 3

L-inbid

L- Artikolu 8

Il-Kapitolu II tat-Titolu II u l-Kapitoli I u II tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 [9] u l-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 [10], ma għandhomx japplikaw għall-Azores u l-Madeira.

L- Artikolu 9

1. Għandha tingħata għajnuna b’rata waħda uniformi għall-kull ettaru għall-kultivazzjoni ssoktata ta’ l-inbejjed ta’ kwalità psr fiż-żoni tradizzjonali tal-produzzjoni.

Iż-żoni li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna:

(a) iż-żoni mħawla b’varjetajiet ta’ dwieli inklużi fost il-varjetajiet ikklassifikati mill-Istati Membri bħala addattati għall-produzzjoni ta’ kull wieħed mill-inbejjed ta’ kwalità psr bħala xierqa fit-territorji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, u

(b) iż-żoni fejn il-produzzjoni għal kull ettaru hija iktar baxxa minn massimu li jrid jiġi ffissat mill-Istat Membru, espress bħala kwantitajiet ta’ għeneb, mosti tal-għeneb jew inbid, skond it-termini ta’ l-Anness VI(I) mar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

2. L-ammont tal-għajnuna għandhu jkun ta’ 650 Euro għal kull ettaru kull sena. Il-għajnuna għandha titħallas lill-gruppi tal-produtturi jew lill-għaqdiet tagħhom. Madankollu, il-għajnuna tista’ tingħata wkoll lil produtturi individwali matul perjodu transitorju taż-żmien. Matul dan il-perjodu taż-żmien, għandha titħallas il-għajnuna kollha permezz ta’ l-Istitut ta’ l-Inbid tal-Madeira u l-Kummissjoni tal-Produzzjoni ta’ l-Inbid ta’ l-Azores, skond ir-regoli li jridu jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

3. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu kif meħtieġ skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

L- Artikolu 10

1. Minkejja l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, il-għeneb minn varjetajiet ta’ dwieli ibridi li għall-produtturi diretti tagħhom hija pprojbita l-varjetà (in-Noah, l-Othello, l-Isabelle, il-Jacquez, il-Clinton u l-Herbemont) imkabbar u miġbur fl-Azores u fil-Madeira jista’ jintuża għall-produzzjoni ta’ inbid li jrid jibqa’ f’dawn ir-reġjuni.

2. Sal-31 ta’ Diċembru 2006 il-Portugal għandu jkun elimina gradwalmet il-vinji imħawla b’varjetajiet ta’ dwieli ibridi li għall-produturi diretti tagħhom hija pprojbita l-varjetà, bl-appoġġ, meta approprjat, ipprovvdut fil-Kapitolu III tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

3. Il-Portugall għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, kull sena, bil-progress li jkun sar fiż-żoni ta’ konverżjoni u ta’ ristrutturazzjoni imħawla bil-varjetajiet tad-dwieli ibridi li għall-produtturi tagħhom jija pprojbita l-varjetà.

TAQSIMA 4

Is-simbolu grafiku

L- Artikolu 11

1. Il-kondizzjonijiet għall-użu tas-simbolu grafiku introdott bil-ħsieb li jiżgura kuxjenza u konsum akbar ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità, sewwa jekk naturali sewwa jekk ipproċessat, speċifiċi għall-Azores u l-Madeira bħala reġjuni l-iktar imbiegħda, għandhom jiġu proposti mill-organizzazzjonijiet professjonali. L-awtoritajiet Portugiżi għandhom jibagħtu dawn il-proposti, flimkien ma’ l-opinjoni tagħhom, lil-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

L-użu tas-simbolu għandu jkun immonitorjat minn awtorità uffiċjali jew entità approvata mill-awtoritajiet kompetenti Portugiżi.

2. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu kif meħtieġ skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

Il-KAPITOLU II

IL-MIŻURI SABIEX JGĦINU L-PRODOTTI LOKALI FIL-MADEIRA

TAQSIMA 1

Il-bhejjem ta’ l-irziezet u l-prodotti mill-ħalib

L- Artikolu 12

1. Sakemm in-numru lokali ta’ l-ifrat maskili żgħar jilħaq livell suffiċjenti sabiex tinżamm il-produzzjoni tradizzjonali tal-laħam taċ-ċanga, u fil-limitu tal-bilanċ imsemmi fl-Artikolu 12:

(a) ma għandhomx jiġu applikati d-dazji tad-dwana msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 [11] għall-importazzjoniiet ta’ l-ifrat minn pajjiżi terzi għas-simna u l-konsum fuq il-post fil-gżejjer;

(b) għandha tingħata għajnuna għall-provvista tal-bhejjem kif imsemmi fil-(a) li joriġinaw fil-Komunità, sal-limitu ta’ 1000 ras. Għandha tingħata prijorità lill-produtturi li jżommu bhejjem għas-simna li mill-inqas 50 % minnhom ikunu ta’ oriġini lokali.

L-Artikolu 3(4) u (5) għandu japplika għall-merkanzija li tikkwalifika għall-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu.

2. In-numru tal-bhejjem li jikkwalifika għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi stabbilit f’bilanċ perjodiku tal-provvista prevista, filwaqt li jitqies l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali. Dawn in-numri, l-ammont tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu u r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, inkluż b’mod partikolari t-tul minimu taż-żmien tas-simna, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

L- Artikolu 13

1. Il-għajnuna pprovvduta fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tingħata sabiex tgħin l-attivitajiet tradizzjonali marbuta mal-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u l-miżuri sabiex itejbu l-kwalità tal-prodotti, fil-limiti tal-ħtiġiet tal-konsum fil-Madeira kif stmati fil-kuntest tal-bilanċ perjodiku tal- provvista. Il-bilanċ għandu jqis ukoll il-bhejjem tat-tagħmir forniti skond l-Artikolu 4 u l-bhejjem koperti bl-arranġamenti ta’ provvisti speċifiċi pprovduti fl-Artikolu 12.

2. Għandu jitħallas suppliment mal-premium għall-qatla pprovdut fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 lill-produtturi għal kull bhima maqtula li tkun issemmnet lokalment. L-ammont tas-suppliment għandu jkun ta’ 25 Euro għal kull ras. Is-suppliment mal-premium għandu jingħata kull sena fil-limitu ta’ 2,500 bhima maqtula.

3. Għandu jitħallas suppliment mal-premium għaż-żamma tal-baqar li jreddgħu pprovvdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 lill-produtturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella. L-ammont ta’ dan is-suppliment għandu jkun ta’ 50 Euro għal kull baqra li tredda’ miżmuma mill-produttur fil-jum li fih tkun ġiet issottomessa l-applikazzjoni.

4. Id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’:

(a) il-limitu l-iktar għoli reġjonali stabbilit bl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 rigward il-premium speċjali;

(b) il-limitu l-iktar għoli individwali għall-bhejjem miżmuma fuq l-azjenda kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, rigward il-premium bażiku għal-baqar li jreddgħu;

(ċ) il-limitu l-iktar għoli nazzjonali imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 rigward il-premium bażiku għall-qatla

ma għandhomx japplikaw fil-Madeira fil-każ tal-premium speċjali, il-premium għall-baqar li jreddgħu, il-premium għall-qatla jew il-premiums supplimentari msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

5. Il-premiums bażiċi u l-premiums supplimentari msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jingħataw kull sena għal sa massimu ta’ 2000 bhima tal-fart maskili, 1000 baqra li tredda’ u 6,000 bhima maqtula, rispettivament.

6. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2). Dawn għandhom ikopru t-tfassil tal-bilanċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u kull reviżjoni biex tqis il-ħtiġiet li jinbidlu u,

(a) rigward il-premiums speċjali għall-ifrat maskili, għandhom jipprovdu:

- il-"friża", fil-limiti l-iktar għolja reġjonali stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, tan-numru tal-bhejjem li għalihom ikun ingħata l-premium speċjali fil-Madeira għas-sena 2000,

- il-għotja tal-premiums fil-limitu ta’ 90 bhima għal kull grupp skond il-għomor, għal kull sena kalendarja u għal kull azjenda;

(b) rigward il-premium għal-baqar li jreddgħu, dawn ir-regoli ddettaljati:

- għandhom jinkludu dispożizzjonijiet sabiex jiggarantixxu, sa fejn ikun meħtieġ, id-drittijiet tal-produtturi li lilhom ikun ġie konċess premium skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999,

- jistgħu jipprovdu sabiex tiġi stabbilita riżerva speċifika għall-Madeira u kondizzjonijiet speċjali għad-drittijiet ta’ l-allokazzjoni u l-allokazzjoni mill-ġdid, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-miri segwiti fis-settur tal-biedja tal-bhejjem tar-rziezet; id-daqs tar-riżerva għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-limitu l-iktar għoli stabbilit fil-paragrafu 5 u n-numru tal-premiums mogħtija għas-sena 2000.

(ċ) rigward il-premium għall-qatla, għandhom jipprovdu:

- il-"friża", fil-limitu l-iktar għoli stabbilit fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999 [12], tan-numru tal-bhejjem li għalihom ikun ingħata l-premium għall-qatla għas-sena 2000.

Ir-regoli ddettaljati ta’ implimentazzjoni jistgħu jinkludu kondizzjonijiet addizzjonali għall-għotja ta’ premiums supplimentari.

Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-limiti l-iktar għolja stabbiliti fil-paragrafu 5 skond l-istess proċedura.

L- Artikolu 14

1. Matul il-perjodu taż-żmien tas-snin 2002-2006, għandha tingħata għajnuna sabiex jiġi implimentat programm komprensiv li jappoġġja l-produzzjoni u l-marketing tal-prodotti lokali tas-setturi tal-bhejjem tar-rziezet u tal-prodotti mill-ħalib fil-Madeira.

Il-programm jista’ jinkludi miżuri sabiex jinkoraġġixxu kwalità u iġjene mtejba, il-marketing, l-istrutturazzjoni tas-settur, ir-razzjonalizzazzjoni tas-settur tal-produzzjoni u tal-marketing, il-komunikazzjoni lokali li għandha x’taqsam mal-prodotti ta’ kwalità u l-provvediment ta’ għajnuna teknika. Il-programm ma jistax jinkludi l-konċessjoni tal-għajnuna b’żieda mal-premiums imħallsa skond l-Artikoli 13 u 15.

Il-programm għandu jiġi mħejji u implementat mill-awtoritajiet kompetenti nnominati mill-Istat Membru, huwa u jaħdem f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi l-iktar rappreżentattivi jew l-assoċjazzjoniiet tagħhom fis-setturi interessati.

2. Għandhom jiġu stabbiliti regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2). L-abbozzi tal-programmi, li jridu jkunu għal mhux aktar minn ħames snin, għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti; il-Kummissjoni għandha tapprovahom skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

3. Kull sena l-awtoritajiet Portugiżi għandhom jippreżentaw rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm. Qabel it-tmiem tas-sena 2005, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ valutazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, akkumpanjat, jekk japplika, bi proposti approprjati.

L- Artikolu 15

1. Il-għajnuna pprovvduta fil-paragrafu 2 hawn taħt għandha tingħata sabiex tgħin l-attivitajiet tradizzjonali marbuta mal-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar u l-miżuri sabiex titejjeb il-kwalità tal-prodotti, fil-limiti tal-ħtiġiet tal-konsum tal-Madeira kif stmati fil-kuntest tal-bilanċ perjodiku tal-provvista. Il-bilanċ għandu jqis il-prodotti mill-ħalib koperti bl-arranġamenti tal-provvisti msemmija fl-Artikolu 2.

2. Għandha tingħata għajnuna għall-konsum mill-bniedem tal-prodotti friski mill-ħalib tal-baqar prodotti lokalment, fil-limiti tal-ħtiġiet tal-konsum fil-Madeira kif stmati perjodikament.

L-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ 12 Euro/100 kg ta’ ħalib sħiħ ikkunsinnat lil fabbrika tal-prodotti mill-ħalib sabiex jiġi żgurat id-disponiment regolari mill-prodotti msemmija hawn fuq fis-suq lokali. Il-għajnuna għandha titħallas lill-fabbriki tal-prodotti mill-ħalib.

3. L-iskema ta’ l-imposti addizzjonali li tapplika għall-prodotturi tal-ħalib tal-baqar ipprovvduta fir-Regolament (KEE) Nru 3950/92 [13] ma għandhiex tiġi applikata fil-Madeira, fil-limitu ta’ produzzjoni lokali ta’ 4000 tunnellata metrika ta’ ħalib.

4. Minkejja l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 2597/97 [14], il-produzzjoni fil-Madeira tal-ħalib UHT rikostitwit mit-trab tal-ħalib li joriġina fil-Komunità għandha tiġi awtorizzata ġewwa l-limiti tal-ħtiġiet tal-konsum lokali, safejn u sakemm din il-miżura tiżgura illi jinġabar il-ħalib prodott lokalment u jsib suq. Dan il-prodott għandu jkun maħsub għall-konsum lokali biss.

5. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u tadotta regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2). Ir-regoli ddettaljati għandhom jistabbilixxu, b’mod partikolari, il-kwantità tal-prodotti friski tal-ħalib prodotti lokalment li għandhom jiġu mdaħħla fil-ħalib UHT rikostitwit imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

TAQSIMA 2

Il-patata

L- Artikolu 16

1. Għandha tingħata għajnuna għal kull ettaru għall-kultivazzjoni tal-patata għall-konsum mill-bniedemn li tidħol fil-kodiċijiet NM 07019050 u 07019090.

L-ammont annwali tal-għajnuna għandu jkun ta’ Ewro 596,9 għal kull ettaru kull sena.

Il-għajnuna għandha titħallas sa limitu ta’ 2000 ettaru kkultivat u maħsud kull sena.

2. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

TAQSIMA 3

Ir-rum miz-zokkor tal-kannamieli

L- Artikolu 17

1. Għandha tingħata għajnuna reġjonali b’rata waħda uniformi għaż-żona kull sena lil dawk li jkabbru l-kannamieli.

2. L-ammont ta’ din il-għajnuna għandu jkun ta’ 500 Euro għal kull ettaru ta’ art ikkultivata u maħsuda kull sena. Il-għajnuna għandha titħallas sa 100 ettaru.

L- Artikolu 18

1. Għandha tingħata għajnuna għall-proċessar dirett tal-kannamieli prodott fil-Madeira mibdul f’ġulepp taz-zokkor (mel de cana) jew rum agrikolu kif iddefinit fl-Artikolu 1(4)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 [15].

Il-għajnuna għandha titħallas lill-fabbrikanti tal-ġulepp miz-zokkor jew lid-distillaturi bil-kondizzjoni li dawn ikunu ħallsu lill-produttur tal-kannamieli prezz minimu, li jrid jiġi stabbilit.

2. Il-għajnuna għandha tingħata għall-produzzjoni ta’ kwantità annwali ta’ 250 tunnellata metrika ta’ ġulepp taz-zokkor u 2,500 ettolitri ta’ alkol fil-volum ta’ 71,8° fil-każ tar-rum agrikolu.

L- Artikolu 19

L-ammont tal-għajnuna pprovvduta fl-Artikoli 17 u 18, il-prezz minimu li jrid jitħallas lill-produtturi u r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat l-Artikolu ta’ hawn fuq għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

TAQSIMA 4

L-inbid

L- Artikolu 20

1. Il-għajnuna pprovvduta f’dan l-Artikolu għandha tingħata sabiex tgħin fit-tħejjija ta’ nbejjed likuri fil-Madeira fil-limiti tal-ħtiġiet li jinħolqu mill-metodi wżati tradizzjonalment fir-reġjun.

2. Għandha tingħata għajnuna sabiex jinxtraw il-mosti rrettifikati kkonċentrati mill-bqija tal-Komunità sabiex jintużaw sabiex jagħtu l-ħlewwa lill-inbejjed likuri interessati.

3. Għandha tingħata għajnuna għax-xiri ta’ alkoħol ta’ l-inbid.

It-termini għal dan is-suq speċifiku għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiġi żgurat illi s-swieq għall-alkoħol u l-ispirti fil-Komunità ma jiġux iddisturbati.

4. Għandhom jitqiesu dawn li ġejjin meta jkun qiegħed jiġi ffissat l-ammont tal-għajnuna.

(a) il-kondizzjonijiet u b’mod partikolari l-ispejjeż tal-provvista lill-Madeira minħabba l-qagħda ġeografika tagħha;

(b) il-prezz tal-prodotti fis-suq tal-Komunità u fis-suq dinji;

(ċ) l-aspett ekonomiku tal-għajnuna proposta.

Ma għandha tingħata l-ebda rifużjoni għall-esportazzjonijiet mill-Madeira tal-mosti u l-alkoħol ta’ l-inbid.

5. Għandha tingħata għajnuna għaż-żieda fil-għomor ta’ l-inbejjed likuri tal-Madeira sa massimu ta’ 20000 ettolitru kull sena. Il-għajnuna għandha titħallas għal dawk l-inbejjed likuri li jkunu jeħtieġu ħames snin ta’ żieda fil-għomor jew aktar. Għandha titħallas għal kull lott matul tliet snin tas-suq.

L-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ 0,040 Euro għal kull ettolitru kuljum.

6. Għandha tingħata għajnuna temporanja kull sena għat-trasport bil-baħar ta’ l-inbid tal-Madeira u għall-marketing tiegħu fis-swieq Komunitarji.

Il-għajnuna għandha tammonta għal 0,2 Euro għal kull flixkun, sa limitu ta’ 2,5 miljun litru kull sena.

7. Ghandhom jiġu adottat regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

TAQSIMA 5

Il-qasab

L- Artikolu 21

1. Għandha tingħata għajnuna reġjonali b’rata waħda uniformi kull sena lil dawk li jkabbru l-qasab.

2. L-ammont ta’ din il-għajnuna għandu jkun ta’ 575 Euro għal kull ettaru ta’ art ikkultivata u maħsuda, sa limitu ta’ 200 ettaru.

3. Ghandhom jiġu adottat regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

Il-KAPITOLU III

IL-MIŻURI SABIEX JGĦINU L-PRODOTTI LOKALI

TAQSIMA I

Il-bhejjem tar-rziezet u l-prodotti mill-ħalib fl-AzoresArtikolu 22

L- Artikolu 22

1. Il-għajnuna pprovvduta f’dan l-Artikolu għandha tingħata sabiex tappoġġja l-attivitajiet ekonomiċi essenzjali tradizzjonalii fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u tal-ħalib fl-Azores.

2. Għandu jitħallas suppliment mal-premium għall-qatla pprovvdut fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 lill-produtturi għal kull bhima li tinqatel. L-ammont tas-suppliment għandu jkun ta’ 25 Euro għal kull ras.

3. Is-suppliment mal-premium għaż-żamma ta’ baqra li tredda’ pprovvdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandu jitħallas lill-produtturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella.L-ammont ta’ dan is-suppliment għandu jkun ta’ 50 Euro għal kull baqra li tredda’ miżmuma mill-produttur fil-jum li fih tkun ġiet issottomessa l-applikazzjoni.

4. Id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’:

(a) il-limitu l-iktar għoli reġjonali stabbilit bl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 rigward il-premium speċjali;

(b) il-limitu l-iktar għoli nazzjonali imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1989 rigward il-premium bażiku għall-qatla;

ma għandhomx japplikaw għall-Azores fil-każ tal-premium speċjali, il-premium għall-qatla jew il-premium supplimentari msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5. Il-premium bażiku u dak supplimentari msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jingħataw kull sena għal massimu ta’ 40000 bhima tal-fart maskili u 33000 bhima maqtula, rispettivament.

6. Għandhom jiġu adottat regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35(2). Dawn għandhom ikopru kull reviżjoni sabiex jiġu kkunsidrati l-ħtiġiet li jinbidlu u għandhom jipprovdu:

(a) rigward il-premium speċjali għall-bhejjem tal-fart maskili:

- il-"friża", fil-limitu l-iktar għoli reġjonali stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1254/2000, tan-numru tal-bhejjem li għalihom ikun ingħata l-premium speċjali fl-Azores għas-sena 2000,

(b) rigward il-premium għall-qatla:

- il-"friża", fil-limitu stabbilit fl-Artikolu 38(5) tar-Regolament (KE) Nru 2342/2000, tan-numru tal-bhejjem li għalihom ikun ingħata l-premium għall-qatla għas-sena 2000.

Ir-regoli ddettaljati ta’ l-implimentazzjoni jistgħu jinkludu kondizzjonijiet addizzjonali għall-għoti ta’ premiums supplimentari.

Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-limiti l-iktar għolja ffissati fil-paragrafu 5 skond l-istess proċedura.

7. Għandu jingħata premium speċifiku sabiex tinżamm il-merħla tal-ħalib, sa massimu ta’ 78000 ras.

Il-premium għandu jitħallas lill-produtturi. L-ammont ta’ dan il-premium għandu jkun ta’ 96,6 Euro għal kull baqra miżmuma mill-produttur fil-jum li fih tkun ġiet issottomessa l-applikazzjoni.

8. Għandha tingħata għajnuna għall-ħażna privata tal-ġobon iffabbrikat tradizzjonalment:

- is-S. Jorge, li jkollu minn ta’ lanqas iż-żmien ta’ tliet xhur,

- l-Ilha, li jkollu minn ta’ lanqas iż-żmien ta’ 45 jum.

L-ammont tal-għajnuna għandu jiġi ffissat skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 10.

9. Għandha tkun introdotta għajnuna għad-disponiment mill-bhejjem tal-fart maskili żgħar li jkunu twieldu fl-Azores li jkunu f’reġjuni oħra tal-Komunità.

Il-għajnuna għandha tammonta għal 40 Euro għal kull ras ittrasportata bil-baħar, u għandha tingħata fuq sa massimu ta’ 20000 bhima lill-produtturi li jkunu żammew dawn il-bhejjem għal mill-inqas tliet xhur qabel it-trasport bil-baħar.

10. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, kif approprjat, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

L- Artikolu 23

1. Għal perjodu transizzjonali taż-żmien li jkopri s-snin tas-suq 1999/2000, 2000/01, 2001/02 u 2002/03, bil-għan li jinqasam id-dazju addizzjonali bejn il-produtturi msemmija fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92, dawk il-produtturi kif iddefinit fl-Artikolu 9(ċ) ta’ dan ir-Regolament, li huma stabbiliti u jipproduċu fl-Azores, li jqiegħdu fis-suq kwantitajiet li jaqbżu l-kwantità tar-referenza tagħhom miżjuda bil-perċentwal imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li għandhom jitqiesu bħala li jkunu kkontribwew għall-qbiż ta’ l-ammont.

L-imposta addizzjonali għandha titħallas fuq il-kwantitajiet li jaqbżu l-kwantità tar-referenza miżjuda wara l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet mhux użati ġewwa l-marġini li jirriżulta minn din iż-żieda fost il-produtturi msemmija fl-ewwel subparagrafu u fil-proporzjon tal-kwantità ta’ referenza disponibbli għal kull produttur.

Il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun egwali għall-poprozjon bejn il-kwantità ta’ 73000 tunnellata metrika u t-total tal-kwantitajiet ta’ referenza disponibbli fuq kull azjenda fil-31 ta’ Marzu 2000. Dan għandu japplika għal kull produttur għall-kwantitajiet tar-referenza disponibbli għal dan il-produttur fil-31 ta’ Marzu 2000 biss.

2. Il-kwantitajiet tal-ħalib u l-ekwivalenti tal-ħalib li jkunu tqiegħdu fis-suq u li jaqbżu l-kwantitajiet ta’ referenza iżda li jikkonformaw mal-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, wara l-allokazzjoni mill-ġdid imsemmi f’dan l-istess paragrafu, ma għandhomx jitqiesu filwaqt li jkun qiegħed jiġi stabbilit kull qbiż ta’ l-ammonti fil-Portugall kif ikkalkolat skond l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92.

L- Artikolu 24

1. Qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, ir-Repubblika Portugiża għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond l-Artikolu 23.

L- Artikolu 25

1. Skond il-proċedura pprovvduta fl-Artikolu 35(2), il-Kummissjoni għandha, meta meħtieġ, tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi applikat l-Artikolu 23.

L- Artikolu 26

1. Matul il-perjodu taż-żmien tas-snin 2002-2006, għandha tingħata għajnuna sabiex jiġi implimentat programm komprensiv sabiex jappoġġja l-produzzjoni u l-marketing tal-produzzjoni lokali tas-settur tal-bhejjem ta’ l-irziezet u l-prodotti mill-ħalib fl-Azores.

Il-programm jista’ jinkludi miżuri sabiex jinkoraġġixxu t-titjib fil-kwalità u l-iġjene, il-marketing, il-komunikazzjoni lokali li għandha x’taqsam mal-kwalità tal-prodotti u l-provvediment ta’ assistenza teknika. Il-programm ma jistax jinkludi l-konċessjoni ta’ għajnuna flimkien mal-premiums imħallsa taħt l-Artikolu 22.

Il-programm għandu jiġi mħejji u implementat mill-awtoritajiet kompetenti nnominati mill-Istat Membri, huwa u jaħdem f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi l-iktar rappreżentattivi jew l-asoċjazzjonijiet tagħhom fis-setturi interessati.

2. Għandhom jiġu addottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2). L-abbozzi tal-programmi, li ma jridux idumu għaddejjin għal iktar minn ħames snin, għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tapprovahom skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

3. Kull sena l-awtoritajiet Portugiżi għandhom jippreżentaw rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm. Qabel it-tmiem tas-sena 2005, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ valutazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżura msemmija f’dan l-Artikolu, akkumpanjat, meta japplika bi proposti approprjati.

TAQSIMA 2

L-ananas

L- Artikolu 27

Għandha tingħata għajnuna għall-produzzjoni ta’ l-ananas li jidħol fil-kodiċi NM 08043000 sal-limitu ta’ 2000 tunnellata metrika kull sena.

L-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ 1,20 Euro għal kull kilogramma.

Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

TAQSIMA 3

Iz-zokkor

L- Artikolu 28

1. Għandha tingħata għajnuna reġjonali b’rata waħda uniformi sabiex tiġi żviluppata l-produzzjoni tal-pitravi taz-zokkor, sal-limitu ta’ żona li tikkorrispondi għall-produzzjoni ta’ 10000 tunnellata metrika ta’ zokkor abjad kull sena.

L-ammont tal-għajnuna għandu jamonta għal 800 Euro għal kull ettaru miżrugħ u maħsud.

2. Għandha tingħata għajnuna speċifika għall-proċessar tal-pitravi taz-zokkor maħsud fl-Azores bies isir zokkor abjad, sal-limitu ta’ produzzjoni ġenerali li jlaħħaq l-10000 tunnellata metrika ta’ zokkor irraffinat kull sena.

Din il-għajnuna għandha tammonta għal 27 Euro għal kull 100 kg ta’ zokkor irraffinat. Din tista’ tiġi addattata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

3. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

TAQSIMA 4

It-tabakk

L- Artikolu 29

1. Għandu jiġi konċeff premium supplimentari, b’żieda ma’ dak introdott bit-Titolu I tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 [16], għall-ġbir tal-weraq tat-tabakk tal-varjetà Burley P., sal-limitu ta’ 250 tunnellata metrika. L-ammont tal-premium supplimentari għandu jkun ta’ 0,24 Euro għal kull kg ta’ weraq tat-tabakk.

Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata l-iskema tal-premiums stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 2848/98 [17] għall-premium supplimentari, għajr għad-derogi speċifiċi adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

2. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

TAQSIMA 5

Il-patata taż-żerriegħa, iċ-ċikwejra u t-te

L- Artikolu 30

1. Għandha tingħata għajnuna għall-produzzjoni tal-patata taż-żerriegħa li tidħol fil-kodiċi NM ex07011000 sa limitu ta’ 200 ettaru.

L-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ 596,9 Euro għal kull ettaru.

2. Għandha tingħata għajnuna għall-produzzjoni taċ-ċikwejra li tidħol fil-kodiċi NM 12129910 għal żona massima ta’ 200 ettaru kull sena.

L-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ 596,9 Euro għal kull ettaru.

3. Għandha tingħata għajnuna biex jiġu konklużi kuntratti annwali għall-marketing tal-patata msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fuq l-istess termini bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 6.

4. Għandha tingħata għajnuna għal kull ettaru għall-kultivazzjoni tat-te.

L-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ 800 Euro għal kull ettaru ta’ art maħsuda kull sena.

Il-għajnuna għandha titħallas għal mhux aktar minn 100 ettaru.

5. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

L- Artikolu 31

Għandha tingħata għajnuna għaż-żieda fil-għomor ta’ l-inbid "verdelho" ta’ l-Azores sa massimu ta’ 4000 ettolitru kull sena. Il-għajnuna għandha titħallas għall-inbid "verdelho" li jeħtieġ tliet snin jew aktar fiż-żieda tal-għomor tiegħu. Din għandha titħallas għal kull lott matul it-tliet snin tas-suq tal-marketing.

L-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ 0,08 Euro kull ettolitru kuljum.

It-TITOLU III

IL-MIŻURI DWAR IS-SAĦĦA TAL-PJANTI

L- Artikolu 32

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu programm lill-Kummissjoni sabiex jiġu kontrollati l-organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti mill-pjanti. Il-programmi għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari il-miri li jridu jintlaħqu, il-miżuri li jridu jittieħdu, it-tul taż-żmien u l-ispiża tagħhom. Il-programmi ssottomessi skond dan l-Artikolu ma għandhomx jirrigwrdaw il-miżuri protettivi għall-banana.

2. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ dawn il-programmi fuq il-bażi ta’ l-analiżi teknika tas-sitwazzjoni reġjonali.

3. Il-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja u l-ammont tal-għajnuna għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2). Il-miżuri eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju għandhom jiġu ddefiniti skond il-istess proċedura.

4. Din il-parteċipazzjoni tista’ tkopri sa 75 % tan-nefqa eliġibbli. Il-ħlas għandu jsir fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni pprovvduta mill-awtoritajiet kompetenti. Jekk meħtieġ, jistgħu jiġu organizzati investigazzjonijiet mill-Kummissjoni u kondotti f’isimha minn esperti imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2000/29/KE [18].

It-TITOLU IV

ID-DEROGI STRUTTURALI

L- Artikolu 33

1. Minkejja l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-valur totali tal-għajnuna, espress bħala perċentwal tal-volum ta’ l-investimenti eliġibbli, ma għandux jaqbeż il-75 % ta’ l-investimenti maħsuba b’mod partikolari sabiex jinkoraġġixxu d-diversifikazzjoni, ir-ristrutturazzjoni jew il-qabża lejn agrikoltura sostenibbli fl-azjendi agrikoli ta’ daqs żgħir ekonomikament li jrid jiġi ddefinit fiż-żieda mal-programm imsemmi fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

2. Minkejja l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-valur totali tal-għajnuna, espress bħala perċentwal tal-volum ta’ l-investimenti eliġibbli, ma għandux jaqbeż il-65 % ta’ l-investimenti f’impriżi li jaħdmu fil-proċessar u l-marketing tal-prodotti agrikoli li jikkonsistu prinċipalment minn prodotti lokali f’setturi li jridu jiġu ddefiniti fiż-żieda mal-programm imsemmi fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999. Il-valur totali tal-għajnuna għall-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, taħt l-istess kondizzjonijiet, ma għandux jaqbeż il-75 %.

3. Ir-restrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 ma għandhiex tapplika għall-foresti subtropikali jew iż-żoni tal-boskijiet lokati fl-Azores jew fil-Madeira.

4. Minkejja t-tielet inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-miżuri agro-ambjentali pprovvduti fl-Artikoli 22, 23 u 24 ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex taqbeż il-85 %.

5. Minkejja l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-ammonti massimi għal kull sena eliġibbli għall-għajnuna Komunitarja pprovvduti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu miżjuda sad-doppju tagħhom fil-każ tal-miżura sabiex jiġu protetti l-għadajjar fl-Azores u l-miżura sabiex jiġi ppriservat l-ambjent u l-karatteristiċi tradizzjonali ta’ l-art agrikola, b’mod partikolari l-konservazzjoni tal-ħitan tas-sejjiegħ li jappoġġjaw l-art imtarrġa fil-Madeira.

6. Għandha tiġi inkluża deskrizzjoni fil-qosor tal-miżuri ppjanati skond dan l-Artikolu fil-programmi operattivi għal dawn ir-reġjuni kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

It-TITOLU V

ID-DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

L- Artikolu 34

Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura tal-ġestjoni msemmija fl-Artikolu 35(2).

L- Artikolu 35

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 [19], jew mill-kumitati tal-ġestjoni stabbiliti bir-regoli l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti interessati.

Fil-każ tal-prodotti agrikoli koperti bir-Regolament (KEE) Nru 827/68 [20] u dawk li mhumiex koperti b’organizzazzjoni komuni tas-suq, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħopp stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 [21].

Fil-każ tas-simbolu grafiku u l-każijiet l-oħra pprovvduti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxeljex ta’ l-Ikel Friski stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Għall-għanijiet sabiex jiġi implimentat it-Titolu III, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti stabbilit bid-Deċiżjoni 76/894/KEE [22].

Għall-għanijiet sabiex jiġi implimentat it-Titolu IV, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ l-Iżvilupp u l-Konverżjoni tar-Reġjuni u mill-Kumitat ta’ l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali, stabbiliti rispettivament bl-Artikolu 48 u l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

2. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Madankollu, fil-każ tat-Titolu III, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2000/29/KE.

Il-perjodu taż-żmien ipprovvdut fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

3. Il-Kumitati għandhom jadottaw ir-regoli tagħhom ta’ proċedura.

L- Artikolu 36

Għall-prodotti agrikoli koperti bl-Anness I mat-Trattat, li għalihom japplikaw l-Artikoli 87, 88 u 89 tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza għajnuna operattiva fis-setturi li jipproduċu, jipproċessaw u jqiegħdu fis-suq dawn il-prodotti, bil-ħsieb li jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi dwar il-biedja fl-Azores u l-Madeira b’riżultat tal-bgħid, l-insularità u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom.

L- Artikolu 37

Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament, għajr għall-Artikolu 33, għandhom jikkostitwixxu intervent maħsub sabiex jistabbilizza s-swieq agrikoli fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 [23].

L- Artikolu 38

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jitħares dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward il-kontrolli u l-penali amministrattivi, u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Għandhom jiġu adottat regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu bil-proċedura pprovvduta fl-Artikolu 35(2).

L- Artikolu 39

1. Il-Portugall għandu jippreżenta rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament.

2. Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-ħames sena ta’ applikazzjoni tas-sistema, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ġenerali lill-Parlament u lill-Kunsill li juri l-impatt ta’ l-azzjoni meħuda skond dan ir-Regolament, akkumpanjat, meta japplika, minn proposti approprjati.

L- Artikolu 40

Ir-Regolament (KEE) Nru 1600/92 [24] huwa hawnhekk imħassar. Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 1600/92 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.

L- Artikolu 41

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 33 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-28 ta’ Ġunju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Rosengren

[1] Opinjoni mogħtija nhar l-14 ta’ Ġunju 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 171, tad-29.6.1991, p. 10.

[3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib (ĠU L 405, tal-31.12.1992, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1256/1999 (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 73).

[4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u l-Garanziji (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80).

[5] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1).

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[7] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2038/1999 tat-13 ta’ Settembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fiz-zokkor (ĠU L 252, tal-25.9.1999, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 907/2001 (ĠU L 127, tad-9.5.2001, p. 28).

[8] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel (ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2).

[9] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fl-inbid (ĠU L 179, tal-14.7.1999, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2).

[10] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid, rigward il-potenzjal tal-produzzjoni (ĠU L 143, tas-16.6.2000, p. 1).

[11] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21).

[12] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 tat-28 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward l-iskemi tal-premiums (ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, p. 30). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2001 (ĠU L 29, tal-31.1.2001, p. 7).

[13] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi mpost addizzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU L 405, tal-31.12.1992, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1256/1999 (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 73).

[14] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 tat-18 ta’ Diċembru 1997 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib għall-ħalib li jinxtorob (ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 13).

[15] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż (ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3378/94 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 366, tal-31.12.1994, p. 1).

[16] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq fit-tabakk mhux maħdum (ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1336/2000 (ĠU L 154, tas-27.6.2000, p. 2).

[17] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2848/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 dwar l-iskema tal-premiums, il-kwota tal-produzzjoni u l-għajnuna speċifika li jridu jingħataw lill-gruppi tal- produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum (ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 17). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 385/2001 (ĠU L 57, tas-27.2.2001, p. 18).

[18] Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ l-organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa ta’ dawn fil-Komunità (ĠU L 169, tal-10.7.2000, p. 1). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/33/KE (ĠU L 127, tad-9.5.2001, p. 42).

[19] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 (ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1).

[20] Ir-Regolament (KEE) Nru 827/68 tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’ċerti prodotti elenkati fl-Anness II mat-Trattat (ĠU L 151, tat-30.6.1968, p. 16). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105).

[21] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħopp (ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 191/2000 (ĠU L 23, tat-28.1.2000, p. 4).

[22] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/894/KEE tat-23 ta’ Novembru 1976 li tistabbilixxi Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti (ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 25).

[23] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103).

[24] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1600/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 rigward miżuri speċifiċi għall-Azores u l-Madejra li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Il-lista tal-prodotti koperti bl-arranġamenti tal-provvisti speċifiċi pprovvduti fl-Artikolu 3 għall-Azores

Id-deskrizzjoni | Il-Kodiċi NM |

Iċ-Ċereali u l-prodotti miċ-ċereali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u għall-għalf tal-bhejjem:

iż-Żerriegħa tal-qamħ ir-rum | 100510 |

ir-Ross | 1006 |

iż-Żerriegħa tas-soja | 12010090 |

iż-Żerriegħa tal-ward tax-xemx | 12060099 |

il-Ħopp | 1210 |

iz-Zokkor mhux maħdum | 17011210 |

il-Meraq tal-frott (materjali mhux maħduma) għajr għal dawk koperti bl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament | 2009 |

iż-Żejt taż-żebbuġa | 15091090, 15099000, 15090090 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Il-lista tal-prodotti koperti bl-arranġamenti ta’ provvisti speċifiċi pprovduti fl-Artikolu 3 għall- Madeira

Id-Deskrizzjoni | Il-Kodiċi NM |

Iċ-Ċereali u l-prodotti miċ-ċereali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u għall-għalf tal-bhejjem

Il-Ħopp | 1210 |

L-Alfalfa mnixxfa | 1214 |

Is-Soja fil-għamla solida | 2304 |

Ir-Ross | 1006 |

Żejt tal-ħaxix | ex1507 sa 1516 |

Iz-Zokkor | 1701 u 1702 (ħlief l-isoglukosju) |

Il-Priservijiet tal-frott u l-meraq ikkonċentrat tal-frott (materji prima) għajr għal dawk koperti bl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament | 200799, 2008 u 2009 |

Il-Laħam taċ-ċanga u l-vitella:

Friski jew imkessħa | 0201 |

Iffriżati | 0202 |

Il-Laħam tal-majjal | 0203 |

Il-Ħalib u l-prodotti mill-ħalib:

It-Trab tal-ħalib | ex0402 |

il-Ħalib likwidu | 0401 |

il-Butir | 0405 |

il-Ġobon | 0406 |

Il-Patata taż-żerriegħa | 07011000 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

It-tabella ta’ korrellazzjoni

Ir-Regolament (KEE) Nru 1600/92 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 3(1) | L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) |

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) |

L-Artikolu 3(2) | L-Artikolu 3(2) |

L-Artikolu 3(3) | L-Artikolu 3(3) |

L-Artikolu 3(4) | L-Artikolu 3(6) |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 6 | Imħassar |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 3(4) |

L-Artikolu 8(1) | First of l-Artikolu 3(5) |

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(5) |

L-Artikolu 8(2) | Third of l-Artikolu 3(5) |

L-Artikolu 9 | Ir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(5) |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 3(6) |

L-Artikolu 11 | Imħassar |

L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 12 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 13 | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 14(1) | L-Artikolu 13(1) |

L-Artikolu 14(2) | Imħassar |

L-Artikolu 14(3) | L-Artikolu 13(3) |

L-Artikolu 13(2) |

L-Artikolu 13(4) |

L-Artikolu 13(5) |

L-Artikolu 14(4) | L-Artikolu 13(6) |

L-Artikolu 14 |

L-ewwel subparagrafu ta’ l-L-Artikolu 15(1) | L-ewwel subparagrafu ta’ l- Artikolu 15(1) |

It-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ l-Artikolu 15(1) | L-Artikolu 15(2) |

L-Artikolu 15(3) |

L-Artikolu 15(4) |

L-Artikolu 15(2) | L-Artikolu 15(5) |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 16 |

L-Artikolu 17 | L-Artikolu 17 |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 18 |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 19 |

L-Artikolu 20 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 21 | L-Artikolu 20 |

L-Artikolu 20(6) |

L-Artikolu 21 |

L-Artikolu 22 | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 23 | Imħassar |

L-Artikolu 24(1) | L-Artikolu 22(1) |

L-Artikolu 24(2) | Imħassar |

L-Artikolu 22(2) |

L-Artikolu 24(3) | L-Artikolu 22(3) |

L-Artikolu 22(4) |

L-Artikolu 22(5) |

L-Artikolu 22(6) |

L-Artikolu 24(4) | L-Artikolu 22(7) |

L-Artikolu 24(5) | L-Artikolu 22(8) |

L-Artikolu 22(9) |

L-Artikolu 24(6) | L-Artikolu 22(10) |

L-Artikolu 23 |

L-Artikolu 24 |

L-Artikolu 25 |

L-Artikolu 26 |

L-Artikolu 25 | L-Artikolu 28 |

L-Artikolu 26 | L-Artikolu 29 |

L-Artikolu 27 | L-Artikolu 30 |

L-Artikolu 30(4) |

L-Artikolu 31 |

L-Artikolu 28 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 29 | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 30 | L-Artikolu 27 |

L-Artikolu 31 | L-Artikolu 11 |

L-Artikolu 32 | L-Artikolu 33 |

L-Artikolu 33 | L-Artikolu 32 |

L-Artikolu 34 |

L-Artikolu 35 |

L-Artikolu 36 |

L-Artikolu 34 | L-Artikolu 37 |

L-Artikolu 38 |

L-Artikolu 39(1) |

L-Artikolu 35(1) | Imħassar |

L-Artikolu 35(2) | L-Artikolu 39(2) |

L-Artikolu 40 |

L-Artikolu 36 | L-Artikolu 41 |

L-ANNESS I | L-ANNESS I |

L-ANNESS II | L-ANNESS II |

l-ANNESS III |

--------------------------------------------------

Top