This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0197
2001/197/EC: Council Decision of 26 February 2001 concerning the conclusion of an Agreement between the European Community and the Government of Canada renewing a cooperation programme in higher education and training
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jirrinova l-programm ta' koperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jirrinova l-programm ta' koperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ
ĠU L 71, 13.3.2001, p. 15–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/197/oj
Official Journal L 071 , 13/03/2001 P. 0015 - 0015
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jirrinova l-programm ta' koperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ (2001/197/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 149 u 150 in konġunzjoni ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3), Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) Bid-Deċiżjoni tat-22 ta' Mejju 2000 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim għall-koperazzjoni fl-Edukazzjoni ogħla u l-istħarriġ professjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Kanada u l-Istati Uniti ta' l-Amerika. (2) Il-Komunità u l-Kanada jippretendu li jiksbu benfiċċju reċiproku minn din il-koperazzjoni, li għandha, min-naħa tal-Komunità, tikkumplimenta l-programmi bilaterali bejn L-Istati Membri u l-Kanada u tipprovdi valur miżjud Ewropew. (3) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika li jirrinova program ta' koperazzjoni fl-Edukazzjoni ogħla u t-taħriġ għandha tiġi approvata, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jirrinova programm ta' koperazzjoni fl-Edukazzjoni ogħla u t-taħriġ huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim hu miżjud ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Id-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea lill-Kumitat Konġunt li jirreferi għalih l-Artikolu 6 tal-Ftehim għandu jikkonsisti f'rappreżentant mill-Kummissjoni assistit minn rappreżentant minn kull Stat Membru. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill għandu jesegwixxi n-notifikazzjoni previst fl-Artikolu 12 tal-Ftehim. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Frar 2001. Għall-Kunsill Il-President A. Lindh --------------------------------------------------