Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1662

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1662/1999 tat-28 ta' Lulju 1999 li emenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u stabbilixxa dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Komunitarja Doganali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 197, 29.7.1999, p. 25–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1662/oj

    31999R1662



    Official Journal L 197 , 29/07/1999 P. 0025 - 0026


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1662/1999

    tat-28 ta' Lulju 1999

    li emenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u stabbilixxa dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Komunitarja Doganali

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Komunitarja Doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 955/1999 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

    (1) Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 502/1999 [4], jipprovdi għal każijiet fejn is-simplifikazzjonijiet tal-proċedura tal-proċessar il ġewwa tista' tkun awtorizzata skond deċiżjoni tal-Kummissjoni; billi huwa xieraq li tiġi modifikata l-proċedura għall-għoti ta' l-awtorizzazzjoni li tippermetti l-faċilitar ta' flows ta' kummerċ speċifiċi trijangolari ma' numru kbir biżżejjed ta' operazzjonijiet ta' esportazzjoni minn qabel;

    (2) Billi importazzjoni temporanja ta' mezzi ta' trasport għandha tilħaq il-bżonnijiet tat-turiżmu f'reġjuni ġeografiċi tal-Komunità skond l-infrastrutturi tat-trasport ta' pajjiżi terzi;

    (3) Billi huwa mixtieq li l-lista fl-Anness 87 tkun estiża fuq bażijiet ekonomiċi għal materjal PVC għall-proċessar f'filmscreens;

    (4) Billi r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk ikun emendat skond dan;

    (5) Billi l-miżuri provduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jkun emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 601(6) huwa mibdul b'dan li ġej:

    "6. Fejn iktar minn Stat Membru wieħed huwa involut fl-aggregazzjoni ta' esportazzjonijiet minn qabel, il-proċedura provduta fl-Artikolu 556(2) għandha tapplika mutatis mutandis.";

    2. fl-Artikolu 719(11), huwa miżjud il-punt (d) li ġej:

    "(d) f'każijiet ġenerali jew individwali barra minn dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (ċ), l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jawtorizzaw persuni naturali stabbiliti fit-teritorju tad-dwana tal-Komunità biex jużaw f'dak it-territorju vettura mikrija taħt kuntratt bil-miktub barra minnha, u li jilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3(ċ). L-awtorizzazzjoni għal dan l-użu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-pajjiżi fejn il-vetturi huma mikrija u reġistrati jawtorizzaw importazzjoni temporanja taħt ċirkostanzi simili għal vetturi mikrija u reġistrati fit-teritorju tad-dwana tal-Komunità.

    Il-vettura għandha tkun esportata mill-ġdid jew ritornata lil servizz ta' kiri tal-vetturi stabbilit fit-teritorju tad-dwana tal-Komunità għal esportazzjoni mill-ġdid iktar tard fi żmien tmint ijiem mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt. Il-kuntratt għandu jkun preżentat fuq talba ta' l-awtoritajiet tad-dwana.";

    3. L-Anness 87 hu emendat skond l-Anness ta' hawnhekk.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Lulju 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Mario Monti

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [2] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1.

    [3] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

    [4] ĠU L 65, tat-12.3.1999, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Il-punt li ġej huwa miżjud ma' l-Anness 87 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93:

    "Nru ta' l-ordni | Kolonna 1 | Kolonna 2 |

    Merkanzija li għaliha, proċessar taħt kontroll tad-dwana huwa awtorizzat | Proċessar li jista' jsir |

    19 | Materjal tal-PVC li jaqa' taħt kodiċi NM 39219060 | Proċessar f'filmscreens li jaqgħu taħt kodiċi NM 90106000" |

    --------------------------------------------------

    Top