Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2597

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 tat-18 ta’ Diċembru 1997 li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb

ĠU L 351, 23.12.1997, p. 13–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2597/oj

31997R2597



Official Journal L 351 , 23/12/1997 P. 0013 - 0015


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97

tat-18 ta’ Diċembru 1997

li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikoli 42 u 43,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-għan tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1411/71 tad-29 ta’ Ġunju 1971 li jippreskrivi regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb [4], għandu jkabbar is-suq għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0401 kemm jista' jkun possibbli billi jipprovdi garanzija ta’ kwalità u prodotti li jissodisfaw l-ħtiġijiet u x-xewqat tal-konsumaturi; billi jiġu stabbiliti standards tas-suq għall-prodotti tal-ħalib konċernati jgħin sabiex jistabbilizza s-suq filwaqt li jassigura livell ġust ta’ għajxien għall-bdiewa; billi konsegwentement u fl-interess kemm tal-prodotturi u l-konsumaturi li jħarsu dawn ir-regoli;

Billi, sabiex niggwadanjaw mill-esperjenza u biex nissimplifikaw u niċċaraw ir-regolamenti sabiex niggarantixxu aħjar iċ-ċertezza legali lil dawk konċernati, numru ta’ emendi jeħtieġ isiru lil hekk imsejjaħ Regolament, u disposizzjonijiet tiegħu miġbura flimkien f’Regolament ġdid;

Billi, sabiex jintlaħqu x-xewqat tal-konsumaturi, li jattribwixxu importanza akbar lill-valur nutrizzjonali tal-proteini tal-ħalib, jeħtieġ jitfasslu regolamenti sabiex jassiguraw illi l-prodotti tal-ħalib ikun jinsab fihom għall-inqas il-kontenut tal-proteina naturali tal-ħalib u li jħalli l-ħalib tax-xorb jistagħna permezz ta’ proteini tal-ħalib, melħ minerali jew vitamini jew it-tnaqqis taz-zokkor misjub fl-istess ħalib;

Billi Artikolu 5 (9) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 jiimponi r-regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-ħalib mhux proċessat, tal-ħalib ttrattat bis-sħana u prodotti b'bażi tal-ħalib [5], jitlob ċertu ħtiġijiet li jikkonċernaw il-komposizzjoni tal-ħalib għax-xorb; billi, fl-interess tal-konsistenza, dawk id-disposizzjonijiet għandhom jidħlu fir-Regolament dwar il-livelli tas-suq u fl-istess ħin ikunu emendati sabiex jikkunsidraw l-esperjenza;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mat-tikkettjar, preżentazzjoni u r-reklamar ta' ġeneri ta' l-ikel [6], u d-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta’ l-24 ta’ Settembru 1990 dwar it-tikkettjar fir-rigward tan-nutrizzjoni għal ġeneri ta’ l-ikel [7] timplimenta;

Billi, sabiex tkun assigurata l-konsistenza, prodotti importati minn terzi pajjiżi għandhom ikunu suġġetti għall-istess regolamenti;

Billi jsiru disposizzjonijiet sabiex l-Istati Membri jistabbilixxu kontrolli u pieni li għandhom ikunu applikati f’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jippreskrivi l-livelli li jaqgħu fi ħdan kodiċi NM 0401 maħsub għall-konsum uman fi ħdan il-Komunità, mingħajr preġudizzju għall-miżuri dwar il-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

2. Fil-każ ta’dan ir-Regolament:

(a) "b’ħalib" ser jitfisser il-prodott mill-ħalib ta’ baqra jew aktar;

(b) "ħalib tax-xorb" ser ifisser il-prodotti imsemmija f’Artikolu 3 maħsuba għal tqassim mingħajr aktar proċessar lill-konsumatur;

(ċ) "kontenut tax-xaħam" ser ifisser il-proporzjon tal-massa tal-partijiet tax-xaħam tal-ħalib għal kull mitt parti tal-ħalib fil-ħalib konċernat;

(d) il-kontenut tal-proteini ser ifisser il-proporzjon f’massa tal-partijiet ta’ proteina għal kull mitt parti tal-ħalib fil-ħalib konċernat (miksub billi timmultipplika b’6,38 it-total tal-kontenut tan-nitroġenu tal-ħalib espress bħala perċentwali f'massa).

Artikolu 2

1. Dak il-ħalib imħares biss mill-kondizzjonijiet iddettati għall-ħalib tax-xorb jista’ jitqassam jew jinbiegħ mingħajr proċessar lill-konsumatur aħħari, direttament jew permezz ta’ l-intermedjarjetà ta’ ristoranti, sptarijiet, canteens jew caterers oħra simili li jservu l-massa.

2. Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li jridu jintużaw għal dawk il-prodotti għandhom jittieħdu dawk mogħtija f’Artikolu 3. Dawk id-deskrizzjonijiet għandhom jittieħdu biss mill-prodotti imsemmija f’dak l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-użu tagħhom f’deskrizzjonijiet imħallta.

3. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar in-natura u l-komposizzjoni tal-prodotti konċernati billi n-nuqqas ta’ din l-informazzjoni x'aktarx twassal għat-taħwid.

Artikolu 3

1. Il-prodotti hawn taħt imsemmija għandhom jittieħdu bħala ħalib għax-xorb:

(a) ħalib mhux ipproċessat: ħalib li ma kienx imsaħħan ’il fuq minn 40 °C jew suġġett għat-trattament b'effett ekwivalenti;

(b) ħalib mhux proċessat: ħalib trattat bis-sħana li, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontenut tax-xaħam, jiltaqa’ ma’ wieħed mill-ħtiġijiet imsemmija hawn taħt:

- ħalib mhux ipproċessat standardizzat: ħalib b’kontenut ta’ xaħam għall-inqas ta’ 3,5 % (m/m). Madanakollu, Stati Membri jistgħu jipprovdu għal kategorija addizzjonali ta’ ħalib mhux ipproċessat b’kontenut ta’xaħam ta’4,00 % (m/m) jew aktar,

- ħalib mhux ipproċessat mhux standardizzat: ħalib b’kontenut ta’ xaħam li ma nbidilx sa mill-istadju tal-ħalib kemm b’żieda jew tnaqqis ta’ xaħam tal-ħalib jew b’taħlita mal-ħalib li l-kontenut tax-xaħam naturali tiegħu nbidel. Madanakollu, il-kontenut tax-xaħam ma jistax ikun anqas minn 3,50 % (m/m);

(ċ) ħalib nofsu xkumat: ħalib trattat bis-sħana li l-kontenut tax-xaħam tiegħu tnaqqsu għallinqas 1,50 % (m/m) u l-aktar 1,80 % (m/m);

(d) ħalib xkumat: ħalib trattat bis-sħana li l-kontenut tax-xaħam tiegħu tnaqqas għal mhux aktar minn 0,50 % (m/m).

2. Mingħajr preġudizzju għat-tieni indent ta’ paragrafu 1 (b), dawn il-bidliet biss għandhom jittieħdu bħala permessi:

(a) sabiex jintlaħqu l-kontenuti ta’ xaħam iddettati għall-ħalib tax-xorb, tibdil tal-kontenut tax-xaħam naturali permezz tat-tneħħija jew żieda ta’ krema jew żieda ta’ ħalib mhux ipproċessat, ħalib nofsu xkumat jew ħalib xkumat;

(b) ħalib mogħni bi proteini tal-ħalib, melħ minerali jew vitamini;

(ċ) it-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor naturali tal-ħalib bi bdil għall-glukosju u galaktosju.

Tibdil fil-komposizzjoni tal-ħalib imsemmi f’(b) u (c) għandu jittieħed bħala permess biss jekk huwa indikat bla ma jitħassar fuq l-ippakkjar tal-prodott tant li faċilment ikun jidher u jinqara. Madanakollu, din l-indikazzjoni ma tneħħix l-obbligazzjoni fir-rigward tat-tikkettjar nutrizzjonali kif previst fid-direttiva 90/496/KEE. billi jiżdiedu l-proteini, il-kontenut tal-proteini tal-ħalib mogħni għandu jkun 3,8 % (m/m) jew aktar.

Madanakollu, Stati Membri jistgħu jillimitaw jew jipprojbixxu tibdil fil-komposizzjoni tal-ħalib imsemmi f’punti (b) u (c).

Artikolu 4

Il-ħalib għax-xorb għandu:

(a) jkollu punt ta' friża qrib il-medja tal-punt ta' friża tal-ħalib mhux ipproċessat reġistrat fiż-żona ta’oriġini minn fejn inġabar il-ħalib għax-xorb;

(b) jkollu massa ta’ mhux anqas minn 1028 gramma għal kul litru għal ħalib li jkollu 3,5 % (m/m) ta’ xaħam f’temperatura ta’ 20 °C jew il-piż ekwivalenti għal kull litru għal ħalib li għandu kontenut ta’ xaħam differenti;

(ċ) ikunu jinsab fih minimu ta’ 2,9 % (m/m) ta’ proteini għal ħalib li jkollu 3,5 % (m/m) ta’ xaħam jew konċentrazzjoni ekwivalenti fil-każ ta’ ħalib li għandu kontenut ta’ xaħam differenti;

(d) ikollu kontenut ta’ materja niexfa bla xaħam ta’ 8,50 % (m/m) jew aktar għal ħalib li jkollu 3,5 % (m/m) ta’ xaħam jew kontenut ekwivalenti f’każ ta’ ħalib li għandu kontenut ta’ xaħam differenti;

Artikolu 5

Prodotti importati ġewwa l-Komunità għall-bejgħ bħala ħalib għax-xorb għandhom iħarsu dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Id-Direttiva 79/112/KEE għandha tapplika, b’mod partikolari fir-rigward tad-disposizzjonijiet nazzjonali dwar it-tikkettjar tal-ħalib għax-xorb.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha xierqa sabiex jikkontrollaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jippenalizzaw il-ksur u jipprevjeni u jrażżnu l-frodi.

It-tali miżuri u kull emenda għandha tittieħed quddiem il-Kummissjoni matul ix-xahar mill-adozzjoni tagħhom.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 of 27 Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [8].

Artikolu 8

Regolament (KEE) Nru 1411/71 huwa bil-preżenti mħassar.

Referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 1411/71 għandhom jittieħdu bħala applikabbli għal dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 Jannar 1998. Artikolu 4 għandu, madanakollu, japplika minn Jannar 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 18 Diċembru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Boden

[1] ĠU C 267, tat-3.9.1997, p. 93.

[2] ĠU C 339, ta’ l-10.11.1997.

[3] L-Opinjoni mogħtija fid-29 ta’ Ottubru 1997 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 148, tat-3.7.1971, p. 4. Regolament kif emendat l-aħħar b’Regolament (KEE) Nru 2138/92 (ĠU L 214, tat-30.7.1992, p. 6).

[5] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bi Direttiva 96/23/KE (ĠUL 125, tat-23.5.1996, p. 10).

[6] ĠU L 33, ta’ l-14.8.2, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/4/KE (ĠU L 43, tat-2.1997.1996, p. 21).

[7] ĠU L 276, tas-6.10.1990, p. 40.

[8] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. Regolament kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) No 1587/96 (ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21).

--------------------------------------------------

Top