This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997L0031
Commission Directive 97/31/EC of 11 June 1997 adapting to technical progress Council Directive 76/760/EEC relating to the rear registration plate lamps for motor vehicles and their trailers (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/31/KE ta’ l-11 ta’ Ġunju 1997 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE il-fanali ta’ fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhomTest b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/31/KE ta’ l-11 ta’ Ġunju 1997 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE il-fanali ta’ fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhomTest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 171, 30.6.1997, p. 49–62
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661
Official Journal L 171 , 30/06/1997 P. 0049 - 0062
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/31/KE ta’ l-11 ta’ Ġunju 1997 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE il-fanali ta’ fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fanal ta’ fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif emendata l-aħħar permezz ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha, Billi d-Direttiva 76/760/KEE hi waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet stabbilita permezz tad-Direttiva 70/156/KEE; billi, konsegwentement, id-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li għandha x’taqsam mas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-vettura japplikaw għal din id-Direttiva; Billi, b’mod partikolari, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata jkolla anness magħha dokument ta’ informazzjoni u wkoll ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ibbażati fuq l-Anness VI ta’ dik id-Direttiva sabiex l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kompjuterizzata; billi ċ-ċertifikat(i) ta’ approvazzjoni tat-tip previst(i) fid-Direttiva 76/760/KEE għandu(hom) jiġi(u) emendat(i) kif jixraq; Billi l-proċeduri jeħtieġ li jkunu simplifikati sabiex tinżamm l-ekwivalenza, stabbilita bl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE bejn ċerti Direttivi separati u r-regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti meta l-imsemmija regolamenti jkunu emendati; billi, bħala l-ewwel pass, il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttiva 76/760/KEE għandhom ikunu sostitwiti b’dawk tar-Regolament Nru 4 permezz ta’ cross-reference; Billi ssir riferenza għad-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE [4], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE [5], u għad-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE [6], kif emendata l-aħħar permezz ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja; Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progres Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 76/760/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: "1. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal kull tip ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li jissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u ttestjar stabbiliti fl-Annessi rilevanti." 2. L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 2 huwa mibdul b’dan li ġej: "L-Istati Membri għandhom għal kull tip ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li huma japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li tikkonforma mal-mudell muri fl-Anness I, Appendiċi 3." 3. L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 4 L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b’kull approvazzjoni li huma jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva." 4. L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 9 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25 km fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji u ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli." 5. L-Annessi huma mibdula bl-Anness ma’ din id-Direttiva. Artikolu 2 1. Mill-1 ta’ Jannar 1998, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-test imsemmi fl-Artikolu 3 jkun jittardja aktar mill-1 ta’ Lulju 1997, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dan it-test, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara: - jirrifjutaw, fir-rigward ta’ xi tip ta’ vettura jew xi tip ta’ fanal msemmi hawn fuq, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tal-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, basta li l-fanali jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/760/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, u li, għar-rigward tal-vetturi, dawn ikunu installati skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE. 2. Mill-1 ta’ Ottubru 1998 l-Istati Membri: - m’għandhomx aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal kull tip ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/760/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti. 3. Mill-1 ta’ Ottubru 1999 il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/760/KEE dwar fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara bħala komponenti, kif emendata b’din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE. 4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3 t’hawn fuq, għall-iskopijiet ta’ partijiet ta’ tibdil l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, u jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom, skond il-verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva 76/760/KEE basta li dawk il-fanali - jkunu maħsuba biex ikunu mwaħħla ma’ vetturi li jkunu diġa’ qed jintużaw, u - jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu reġistrati għall-ewwel darba. Artikolu 3 Il-paragrafi u l-annessi tar-Regolament Nru 4 UN/ECE imsemmija fl-Anness II, punt 2.1, għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel l-1 ta’ Lulju 1997. Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1998; iżda, jekk il-pubblikazzjoni tat-test imsemmi fl-Artikolu 3 tittardja aktar mill-1 ta’ Lulju 1997, l-Isati Membri għandhom jikkonformaw ma’ dan l-obbligu sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dan it-test. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih b’dan. Huma għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 1998, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-test imsemmi fl-Artikolu 3 jittardja aktar mill-1 ta’ Lulju 1997, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw dawn id-disposizzjonijiet sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dan it-test. Meta l-Istat Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Ġunju 1997. Għall-Kummissjoni Martin bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [2] ĠU Nru L 18, tal-21.1.1997, p. 7. [3] ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 85 [4] ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 1. [5] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [6] ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 96. -------------------------------------------------- L-ANNESS " LISTA TA’ L-ANNESSI L-ANNESS I: | Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip | Appendiċi 1: | Dokument ta’ Informazzjoni | Appendiċi 2: | Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip | Appendiċi 3: | Mudelli tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent | L-ANNESS II: | Il-kamp ta’ l-applikazzjoni u l-ħtiġiet tekniċi | L-ANNESS I DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP 1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT 1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE dwar xi tip ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara għandha ssir mill-manifattur. 1.2. Fl-Appendiċi 1 qed jingħata mudell għad-dokument ta’ informazzjoni. 1.3. Dawn li ġejjin għandhom jingħataw lis-servizz tekniku responsabbli li jagħmel it-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip: 1.3.1. Żewġ kampjuni mgħammra b’fanal jew fanali rakkomandati. 2. MARKI 2.1. L-oġġetti sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandu jkollhom: 2.1.1. l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur; 2.1.2. fil-każ tal-fanali li jkollhom is-sors tad-dawl li jista’ jiġi mibdul: it-tip(i) tal-bozza tal-filament preskritta; 2.1.3. fil-każ tal-fanali li jkollhom is-sors tad-dawl li ma jistax jiġi mibdul: il-vultaġġ u wattage nominali. 2.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jinqraw sew u ma jitħassrux u għandhom ikunu mwaħħla mal-wiċċ li jixgħel, jew ma’ wieħed mill-uċuh li jixgħelu, ta’ l-oġġett. Dawn għandhom ikunu jidhru minn barra meta l-mezz ikun mgħammar mal-vettura. 2.3. Kull mezz għandu jkollu spazju biżżejjed għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponentt. Dan l-ispazju għandu jkun indikat fuq id-disinni imsemmija fl-Appendiċi 1. 3. GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT 3.1. Jekk il-ħtiġijiet rilevanti jkunu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE bis-saħħa ta’ l-Artikolu 4(3) u, jekk ikun applikabbli, 4 (4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata. 3.2. Fl-Appendiċi 2 qed jingħata mudell għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip. 3.3. Għandu jingħata numru ta’ l-approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għal kull tip ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara approvata. L-istess Stat Membru ma jistax jagħti l-istess numbru għal xi tip ieħor ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara. 3.4. Meta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun mitluba għal xi tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi xi fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara jew fanali oħra, jista’ jingħata numru wieħed ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent sakemm il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara jaderixxi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u li kull waħda mill-fanali l-oħrajn li jiffurmaw parti mill-mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li dwarhom tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent taderixxi mad-Direttiva li tgħodd għaliha separatament. 4. MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT 4.1. B’żieda mal-marki msemmija fl-intestatura 2.1 kull fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li tikkonforma ma’ l-approvazzjoni tat-tip skond din id-Direttiva għandu jkollha l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent. 4.2. Din il-marka għandha jkollha: 4.2.1. kwadru rettangolari li jdawwar l-ittra ‘e’ segwita bin-numru li jiddistinwiha jew ittri ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip: 1 għall-Ġermanja 2 għal Franza 3 għall-Italja 4 għall-Olanda 5 għall-Isvezja 6 għall-Belġju 9 għal Spanja 11 għar-Renju Unit 12 għall-Awstrija 13 għal-Lussemburgu 17 għall-Finlandja 18 għad-Danimarka 21 għall-Portugall 23 għall-Greċja IRL għall-Irlanda; 4.2.2. fil-viċinanza tal-kaxxa rettangulari in-‘numru ta’ l-approvazzjoni bażi’ li jinsab fit-taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut b’żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat għall-emenda teknika maġġura l-aktar reċenti għad-Direttiva 76/760/KEE fid-data li ġiet mogħtija l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. F’din id-Direttiva in-numru ta’ sekwenza hu 00; 4.2.3. simbolu addizzjonali kif ġej: l-ittra ‘L’. 4.3. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandha titwaħħal fuq il-lenti tal-fanal jew fuq waħda mil-lentijiet b’tali mod li ma titħassarx u li tkun tidher b’mod sew meta l-fanali ikunu mwaħħla mal-vettura. 4.4. Eżempji tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent huma mogħtija fl-Appendiċi 3, Figura 1. 4.5. Meta jinħareġ numru wieħed ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, kif indikat fl-intestatura 3.4 t’hawn fuq, għal xi tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jkun fihom xi fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara u fanali oħra, tista’ titwaħħal marka waħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, li jkun fiha: 4.5.1. kwadru rettangolari li jdawwar l-ittra ‘e’ segwita bin-numru li jiddistingwiha jew ittri ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip (ara intestatura 4.2.1); 4.5.2. in-numru ta’ l-approvazzjoni bażi (ara intestatura 4.2.2, l-ewwel nofs tas-sentenza); 4.5.3. jekk meħtieġ, il-vleġġa meħtieġa, sakemm din tirreferi għall-assemblaġġ tal-fanal b’mod sħiħ. 4.6. Din il-marka tista’ tkun tinstab kullimkien fuq il-fanali li jkunu raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm: 4.6.1. din tkun viżibbli wara li jitwaħħlu l-fanali; 4.6.2. l-ebda komponent li jitrasmetti d-dawl tal-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament ma jista’ jitneħħa mingħajr ma titneħħa l-marka ta’ l-approvazzjoi fl-istess ħin. 4.7. Is-simbolu ta’ identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Direttiva li bis-saħħa tagħha l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun ingħatat, flimkien man-numru ta’ sekwenza (ara intestatura 4.2.2, it-tieni nofs tas-sentenza) u, meta meħtieġ, l-ittra ‘D’ u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati: 4.7.1. jew fuq il-wiċċ proprju li jitrasmetti d-dawl; 4.7.2. jew f’xi ragruppament, b’tali mod li kull waħda mill-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament jistgħu jkunu identifikati b’mod ċar. 4.8. Il-qisien tal-komponenti ta’ din il-marka m’għandhomx ikunu inqas mill-qisien minimi speċifikati għall-marki individwali mid-diversi Direttivi li bis-saħħa tagħhom tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent. 4.9. Eżempji ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent li tkun ragruppata, kombinata jew inkorporata reċiprokament ma’ fanali oħrajn jinsabu fl-Appendiċi 3, Figura 2. 5. MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET 5.1. Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE. 6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI 6.1. Bħala regola ġenerali, il-miżuri biex tkun assigurata konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. 6.2. Il-luminance B ta’ xi mezz li jittieħed bla ħsieb minn qatgħa prodotta bil-massa m’għandhiex tkun inqas minn 2 cd/m² u, fil-formula għall-gradient, il-fattur 2 jista’ jiġi sostitwit bi 3 (ara l-paragrafu 9 tad-dokumenti msemmija fl-intestatura 2.1 ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva). Appendiċi 1 L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti. Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom. 0. ĠENERALI 0.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):… 0.2. Għamla u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:… 0.5. Isem u indirizz tal-manifattur:… 0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:… 0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:… 1. DESKRIZZJONI TAL-MEZZ 1.1. Tip ta’ mezz:… 1.1.1. Funzjoni(jiet) tal-mezz:… 1.1.2. Kategorija jew klassi tal-mezz:… 1.1.3. Kulur tad-dawl li joħroġ jew li jkun rifless:… 1.2. Disinn(i) f’dettall biżżejjed li jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip tal-mezz u li juri(juru) 1.2.1. f’liema pożizzjoni ġeometrika l-mezz għandu jkun imwaħħal fuq il-vettura (ma jgħoddx għall-fanali ta’ fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara):… 1.2.2. l-assi ta’ l-osservazzjoni li għandu jittieħed bħala l-assi ta’ riferenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0°, angolu vertikali V = 0°) u l-punt li għandu jittieħed bħala ċ-ċentru tar-riferenza fl-imsemmija testijiet (ma jgħoddx għall-mezzi retro-rifletturi u l-fanali li jkunu fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara):… 1.2.3. il-pożizzjoni maħsuba għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent… 1.2.4. għall-fanali li jkunu fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, il-pożizzjoni ġeometrika li fiha għandu jitwaħħal il-mezz meta mqabbel ma’ l-ispazju li għandha tieħu l-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u l-bordura taż-żona li tkun imdawla kif jixraq:… 1.2.5. għall-headlamps u fanali taċ-ċpar ta quddiem, veduta minn naħa ta’ quddiem tal-fanali bid-dettalji tar- ribbing tal-lenti, jekk ikun hemm, u l-cross section:… 1.3. Deskrizzjoni teknika fil-qosor li tiddikjara, b’mod partikolari, bl-eċċezzjoni tal-fanali li ma jkollhomx sorsi tad-dawl li jistgħu jinbidlu, il-kategorija jew kategoriji tas-sorsi tad-dawl preskritti li għandhom ikunu waħda jew aktar minn dawk li jinsabu fid-Direttiva 76/761/KEE (ma jgħoddx għall-mezzi retro-rifletturi):… … 1.4. Informazzjoni speċifika 1.4.1. Għar-rigward ta’ fanali li jkunu fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, dikjarazzjoni li tgħid jekk il-mezz ikunx maħsub li jdawwal pjanċa wiesa’/għolja/kemm wiesa’ u għolja:… 1.4.2. Għal headlamps, 1.4.2.1. informazzjoni jekk il-headlamp tkunx maħsuba li tipprovdi kemm raġġ dipped u raġġ prinċipali jew wieħed biss minn dawk il-beams:… 1.4.2.2. informazzjoni fil-każ li l-headlamp tkun maħsuba li tipprovdi raġġ dipped, jekk tkun iddisinjata kemm għat-traffiku fuq ix-xellug kif ukoll fuq il-lemin jew kemm għal traffiku fuq ix-xellug biss jew fuq il-lemin biss:… 1.4.2.3. jekk il-headlamp tkun mgħammra b’riflettur li jista’ jkun aġġustat, indikazzjoni tal-pożizzjoni(jiet) ta’ muntaġġ tal-headlamp meta mqabbla ma’ l-art u l-pjan medja lonġitudinali tal-vettura, jekk il-headlamp tkun ser tintuża f’dik(dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss:… 1.4.3. Għal fanali ta’ pożizzjoni, fanali ta’ waqfien u indikaturi tad-direzzjoni, 1.4.3.1. jekk il-mezz jista’ jintuża wkoll fl-immuntar ta’ żewġ fanali ta’ l-istess kategorija:… 1.4.3.2. fil-każ ta’ xi mezz b’żewġ livelli ta’ intensità (fanali ta’ waqfien u indikaturi tad-direzzjoni tal-kategorija 2b), diagramm tat-tqassim u qisien tal-karatteristiċi tas-sistema li tassigura ż-żewġ livelli ta’ intensità:… 1.4.4. Għal mezzi retro-rifletturi, deskrizzjoni fil-qosor li tagħti l-qisien tekniċi tal-materjali ta’ l-unità ottika retro-rifkettivat:… 1.4.5. Għal fanali tar-rivers, dikjarazzjoni dwar jekk il-mezz ikunx maħsub li jkun installat fuq xi vettura esklussivament f’par mezzi:… Appendiċi 2 ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE Timbru ta’ l-amministrazzjoni Komunikazzjoni dwar - l-approvazzjoni tat-tip [1] - l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2] - ċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3] - l-rtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4] ta’ xi tip ta’ xi vettura/komponent/unità teknika separata [5] għar-rigward tad-Direttiva 76/760/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:… Raġuni għall-estensjoni:… TAQSIMA I 0.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):… 0.2. Għamla u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:… 0.3. Mezz ta’ identifikazzjoin tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata [6] [7]:… … 0.3.1. Lok ta’ dak l-immarkar:… 0.4. Kategorija tal-vettura [8] [9]:… 0.5. Isem u indirizz tal-manifattur:… 0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:… 0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:… TAQSIMA II 1. Informazzjoni addizzjonali (jekk ikun il-każ): Ara l-Addendum 2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettieq tat-testijiet:… 3. Data tar-rapport tat-test:… 4. In-Numru tar-rapport tat-test:… 5. Kummenti (jekk ikun hemm): Ara l-Addendum 6. Post:… 7. Data:… 8. Firma:… 9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż. 1. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI 1.1. Meta jkun il-każ, indika għal kull fanal 1.1.1. Il-kategorija(i) tal-mezz(i):… 1.1.2. In-numru u l-kategorija tas-sorsi tad-dawl (mhux applikabbli għal retro-riflettur) [10]… 1.1.3. Il-kulur tad-dawl li joħroġ jew li jkun rifless:… 1.1.4. L-approvazzjoni tingħata biss għall-użu bħala partijiet ta’ tibdil fuq vetturi diġa qed joperaw: Iva/Le [11]. 1.2. Informazzjoni speċifika għal ċerti tipi ta’ mezzi ta’ dawl jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl:… 1.2.1. Għall-mezzi retro-rifletturi: F’iżolament/parti minn xi assemblaġġ ta’ mezzi [12]:… 1.2.2. Għall-fanali fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara: Mezz li jdawwal pjanċa twila/pjanċa wiesa’ [13]:… 1.2.3. Għal headlamps: jekk mgħammra b’riflettur li jista’ jkun aġġustat, il-pożizzjoni(jiet) ta’ muntaġġ tal-headlamp meta mqabbla ma’ l-art u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jekk il-headlamp tkun ser tintuża f’dik(dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss:… 1.2.4. Għal fanali tar-rivers: Dan il-mezz għandu jkun installat fuq xi vettura biss bħala parti minn par mezzi: Iva/Le [14]… 5. RIMARKI 5.1. Disinni 5.1.1. Għall-fanali fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara: in-Nru. tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha għandu jitwaħħal il-mezz meta mqabbel ma’ l-ispazju li għandha tieħu l-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u l-bordura taż-żona li tkun imdawla kif jixraq; 5.1.2. Għall-mezzi retro-rifletturi: in-Nru. tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal mal-vettura; 5.1.3. Għall-mezzi l-oħrajn kollha ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl: in-Nru. tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal mal-vettura, u l-allinjament tar-riferenza u ċentru tar-riferenza tal-mezz. 5.2. Għal headlamps: Mod ta’ operazzjoni użat matul it-test (intestatura 5.2.3.9. ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/761/KEE):… Appendiċi 3 EŻEMPJI TAL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT +++++ TIFF +++++ Il-mezz li jkollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent muri hawn fuq hu fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara, li t-tip tiegħu hu approvat fil-Ġermanja (e1) skond din id-Direttiva (00) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471. +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Nota: It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli A, B u C, jirrappreżentaw varjanti possibbli tal-marka ta’ xi mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess unità ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Din il-marka ta’ approvazzjoni turi li l-mezz kien approvat fil-Ġermanja (el) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1712 u tinkorpora: - retro-riflettur ta’ klassi IA approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 32), sekwenza Nru 02; - indikatur tad-direzzjoni ta’ wara ta’ kategorija 2a approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 71), sekwenza Nru 01; - fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara aħmar (R) approvat skond l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE (ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 54), sekwenza Nru 02; - fanal taċ-ċpar ta’ wara (F) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE (ĠU Nru L 220, tad-29.8.1977, p. 60), sekwenza Nru 00; - fanal tar-rivers (F) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE (ĠU Nru L 220, tad-29.8.1977, p. 72), sekwenza Nru 00; - fanal ta’ waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità (S2) approvat skond l-Anness II tad-Direttiva 76/758/KEE sekwenza Nru 02; - fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (L) approvata skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE, sekwenza Nru 00. L-ANNESS II IL-KAMP TA’ L-APPLIKAZZJONI U L-ĦTIĠIET TEKNIĊI 1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI Din id-Direttiva tgħodd għall-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom. 2. ĦTIĠIJIET TEKNIĊI 2.1. Il-ħtiġijiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5 sa 9 u l-Annessi 3 sa 5 tar-Regolament Nru 4 UN-ECE li hu magħmul mill-konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin: - ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00) [1], - is-Suppliment 1 għar-Regolament 4 [2], - is-Suppliment 2 għar-Regolament 4 [3], - is-Supplimenti 3 u 4 għar-Regolament Nru 4 [4], - is-Suppliment 5 għar-Regolament Nru 4 [5], minbarra: 2.1.1. Fejn issir riferenza għal "Regolament Nru 48", din għandha tinftiehem bħala riferenza għal "Direttiva 76/756/KEE". 2.1.2. Fejn issir riferenza għal "Regolament Nru 37", din għandha tinftiehem bħala "L-Anness VII tad-Direttiva 76/761/KEE": " [1] Ħassar fejn ma japplikax. [2] Ħassar fejn ma japplikax. [3] Ħassar fejn ma japplikax. [4] Ħassar fejn ma japplikax. [5] Ħassar fejn ma japplikax. [6] Ħassar fejn ma japplikax. [7] Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip għandu karattri li mhumiex rilevanti biex jidesskrivu l-vettura, komponent jew tipi unitajiet separati tekniċi li jkopri dan iċ-ċertifikat approvat tat-tip bħal karattri li jiġu rapreżentati f’dokumentazzjoni bis-simbolu; ‘?’ (eż ABC??123???) [8] Ħassar fejn ma japplikax. [9] Kif mfisser fl-Anness II A għad-Direttiva 70/156/KEE [10] Għall-fanali li s-sorsi tad-dawl tagħhom mhux sostitwibbli, indika n-numru u l-wattage globali tas-sorsi tad-dawl. [11] Ħassar kif xieraq [12] Ħassar kif xieraq [13] Ħassar kif xieraq [14] Ħassar kif xieraq [1] [2] [3] [4] [5] TRANS/WP.29/447.’ --------------------------------------------------