Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995F1127(02)

    Att tal-kunsill tas-26 ta' lulju 1995 li jfassal il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta; l-informazzjoni għall-għanijiet tad-dwana (95/C 316/02)

    ĠU C 316, 27.11.1995, p. 33–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    31995F1127(02)



    Official Journal C 316 , 27/11/1995 P. 0033 - 0033


    Att tal-Kunsill

    tas-26 tas lulju 1995

    li jfassal il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni għall-għanijiet tad-dwana

    (95/C 316/02)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3 (2) (ċ) tiegħu,

    Billi bil-għan li jinkisbu l-għanjiet ta' l-Unjoni, l-Istati Membri jqisu l-kooperazzjoni tad-dwani bħala materja ta' interess komuni, li tidħol taħt il-kooperazzjoni pprovvduta fil-Titolu VI tat-Trattat;

    WARA LI DDEĊIEDA illi hawnhekk hija mfassla l-Konvenzjoni, li t-test tagħha huwa mogħti fl-Anness u li ġiet iffirmata llum mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni,

    JIRRAKKOMMANDA illi tiġi adottata mill-Istati Membri skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Lulju 1995.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. A. Belloch Julbe

    --------------------------------------------------

    Top