EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0410

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1995 li tippreskrivi r-regoli ghall-ittestjar mikrobijoloġiku billi jittieħdu l-kampjuni fl-istabbiliment ta’ l-oriġini tat-tjur għall-qatla maħsuba għall-Finlandja u għall-Isvezja

ĠU L 243, 11.10.1995, p. 25–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/410/oj

31995D0410



Official Journal L 243 , 11/10/1995 P. 0025 - 0028


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta’ Ġunju 1995

li tippreskrivi r-regoli ghall-ittestjar mikrobijoloġiku billi jittieħdu l-kampjuni fl-istabbiliment ta’ l-oriġini tat-tjur għall-qatla maħsuba għall-Finlandja u għall-Isvezja

(95/410/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ġewwa l-Komunità fi, u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’, tjur u bajd li jfaqqas [1], u partikolarment l-Artikolu 10b (1) taghha,

Billi l-Kummissjoni approvat il-programmi ta’ operazzjonijiet mibgħuta mill-Finlandja u mill-Isvezja rigward kontrolli tas-salmonella; billi dawk il-programmi fihom miżuri speċifiċi għat-tjur għall-qatla;

Billi l-implimentazzjoni ta’ l-eżamijiet mikrobijoloġiċi minn stabbiliment tikkostitwixxi waħda mill-garanziji addizzjonali li għandhom jingħataw mill-Finlandja u mill-Isvezja u tipprovdi garanziji ekwivalenti għal dawk miksuba taħt il-programmi ta’ operazzjonijiet tal-Finlandja u ta’ l-Isvezja, kif rikonoxxuti mid-deċiżjonijiet relevanti tal-Kummissjoni;

Billi l-Finlandja u l-Isvezja jridu japplikaw għall-kunsinni ta’ tjur għall-qatla minn pajjiżi terzi ħtiġijiet ta’ l-importazzjoni mill-anqas stretti daqs dawk preskritti f’din id-Deċiżjoni;

Billi regoli dwar testijiet mikrobijoloġiċi bit-teħid tal-kampjuni għandhom jiģu preskritti billi jkunu stabbiliti l-metodi tat-teħid tal-kampjuni, tan-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u tal-metodi bijoloġiċi dwar l-eżami tal-kampjuni;

Billi, rigward l-iskop tat-test u l-metodi li għandhom ikunu adottati, huwa meħtieġ li jsir riferiment għall-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju fir-rapport tiegħu ta’ l-10 ta’ Ġunju 1994;

Billi testijiet mikrobijoloġiċi mhux meħtieġa għal tjur għall-qatla minn stabbiliment li huwa suġġett għal programm rikonoxxut bħala ekwivalenti għal dak implimentat mill-Finlandja jew mill-Isvezja;

Billi, skond l-Artikolu 10b (2) tad-Direttiva 90/539/KEE, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni jridu jqisu l-programmi ta’ operazzjonijiet adottati u implimentati mill-Finlandja u mill-Isvezja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Skond l-Artikolu 10b tad-Direttiva 90/539/KEE, il-kunsinni ta’ tjur għall-qatla maħsuba għall-Finlandja u għall-Isvezja għandhom ikunu suġġetti għar-regoli preskritti fl-Artikoli 2 u 3.

L-Artikolu 2

It-test mikrobijoloġiku għas-salmonella, preskritt fl-Artikolu 10b tad-Direttiva 90/539/KEE, ghandu ijsir kif preskritt fl-Anness A.

L-Artikolu 3

1. It-tjur għall-qatla li għandhom jintbgħatu lejn il-Finlandja u l-Isvezja għandhom ikunu akkumpanjati biċ-ċertifikat li jidher fl-Anness B.

2. Iċ-ċertifikat previst fil-paragrafu 1 jista’:

- jew ikun akkumpanjat biċ-ċertifikat mudell 5 fl-Anness IV tad-Direttiva 90/539/KEE,

- jew ikun inkorporat fiċ-ċertifikat imsemmi fl-ewwel inċiż.

L-Artikolu 4

Il-Kunsill, waqt li jkun jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni mħejjija minħabba rapport li sar fuq il-bażi tar-riżultati tal-programmi ta’ operazzjonijiet implimentati mill-Finlandja u mill-Isvezja u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jirrevedi din id-Deċiżjoni qabel l-1 ta’ Lulju 1998.

L-Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Lulju 1995.

L-Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Ġunju 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

Ph. Vasseur

[1] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 95/1/KE, Euratom, KESC (ĠU L 1, ta’ l-1.1.1995, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

1. Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni

Il-qatgħa jridu jittieħdu l-kampjuni minnha fi żmien 14-il ġurnata qabel il-qatla. Il-kampjuni meħuda jrid ikun fihom feċi miģbur u magħmul minn diversi kampjuni ta’ feċi frisk li jiżen mhux anqas minn 1g, meħud saltwarjament minn numru ta’ postijiet fil-bini fejn jinżammu t-tjur, jew, fejn it-tjur għandhom aċċess liberu għal aktar minn bini wieħed ta’ xi azjenda partikolari, minn kull grupp ta’ bini fl-azjenda fejn jinżammu.t-tjur

2. In-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu,

In-numru ta’ postijiet minn fejn il-kampjuni separati tal-feċi jew tal-ħmieġ għandhom jittieħdu sabiex jagħmlu kampjun magħqud huwa kif ġej:

Numru ta’ tjur miżmuma f’bini | Numru ta’ kampjuni ta’ feċi li għandhom jittieħdu fil-bini jew fil-grupp ta’ bini ta’ l-azjenda |

1–24 | Numru daqs in-numru ta’ unitjaiet b’massimu ta’ 20 |

25–29 | 20 |

30–39 | 25 |

40–49 | 30 |

50–59 | 35 |

60–89 | 40 |

90–199 | 50 |

200–499 | 55 |

500 jew aktar | 60 |

3. Metodu mikrobijoloġiku għall-eżami tal-kampjuni

Testjar mikrobijoloģiku tal-kampjuni għas-salmonella jrid isir skond il-metodu standard ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, ISO 6579:1993. Madankollu, metodi li joffru garanziji ekwivalenti jistgħu jkunu awtorizzati fuq bażi ta’ każ wara l-iehor mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top