Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0004

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/4/KE tal-14 ta' Frar, 1994 li temenda d-Direttivi 69/169/KEE u 77/388/KEE u li żżid il-livell ta' allowances lil vjaġġaturi minn pajjiżi terżi u l-limiti fuq xiri ħieles mit-taxxi fil-każ ta' vjaġġi ġewwa l-Komunità

ĠU L 60, 3.3.1994, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2008; Impliċitament imħassar minn 32007L0074

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/4/oj

31994L0004



Official Journal L 060 , 03/03/1994 P. 0014 - 0015
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0151
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0151


Id-Direttiva tal-Kunsill 94/4/KE

tal-14 ta' Frar, 1994

li temenda d-Direttivi 69/169/KEE u 77/388/KEE u li żżid il-livell ta' allowances lil vjaġġaturi minn pajjiżi terżi u l-limiti fuq xiri ħieles mit-taxxi fil-każ ta' vjaġġi ġewwa l-Komunità

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE tat-28 ta' Mejju, 1969 dwar l-armonizazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur tal-bejgħ u t-taxxa tas-sisa fuq importazzjonijiet fil każ ta' vjaġġi internazzjonali [4] jipprovdi għal konċessjonijiet fil-każ ta' oġġetti li jkunu nstabu fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi ġejjin minn pajjiżi terzi bil-kondizzjoni li tali mportazzjonijiet ma jkollhom l-ebda karattru kummerċjali;

Billi l-valur totali ta' l-oġġetti eliġibbli għal din l-eżenzjoni ma jistax jeċċedi l-45 ECU kull persuna; billi, skond l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 69/169/KEE, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-allowance għal 23 ECU għal vjaġġaturi li jkollhom taħt il-15-il sena;

Billi għandhom ikunu konsidrati l-miżuri favur il-vjaġġaturi rakkomandati mill-organizzazzjonijet internazzjonali speċjalizzati u partikolarment il-miżuri kontenuti fl-Anness F.3 mal-Konvenzjoni Internazzjonali fuq is-Simplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali;

Billi dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu billi tiżdied l-allowance;

Billi hu meħtieġ li tkun provduta, għal perijodu limitat, deroga għall-Ġermanja, meta jiġu konsidrati d-diffikultajiet ekonomiċi li x'aktarx ikunu kaġunati bl-ammont ta' l-allowance, b'mod partikolari rigward il-vjaġġaturi li jidħlu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru mill-fruntieri ta' l-art li jgħaqqdu lill-Ġermanja mal-pajjiżi oħra għajr l-Istati Membri u membri tal-EFTA jew permezz tan-navigazzjoni mal-kosta ġejja mill-imsemmija pajjiżi;

Billi hemm rabtiet speċjali bejn l-Ispanja kontinentali u l-Gżejjer Canary, Ceuta u Melilla;

Billi hu meħtieġ li jiġi assigurat, matul il-perjodu meta dan il-bejgħ ikun awtorizzat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 28k tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju, 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ – is-sistema Komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: il-bażi uniformi ta' l-istima [5], li jinżamm il-valur reali ta' l-oġġetti li x'aktarx jinbiegħu fil-ħwienet fejn ma titħallasx taxxa fuq l-oġġetti mibjugħa lil vjaġġaturi fuq titjiriet ġewwa l-Komunità jew fuq il-qsim bil-baħar,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Direttiva 69/169/KEE hi b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 1(1), l-"45 ECU" għandha tiġi sostitwita b' "175 ECU";

2. fl-Artikolu 1(2), "t-23 ECU" għandha tiġi sostitwita bi "90 ECU";

3. l-Artikolu 7b għandu tiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 7b

1. B'deroga mill-Artikolu 1(1), Spanja hija hawnhekk awtorizzata li tapplika, sal-31 ta' Diċembru, 2000, l-allowance ta' 600 ECU għall-importazzjonijiet ta' l-oġġetti n-kwistjoni minn vjaġġauturi ġejjin mill-Gżejjer Canary, Ceuta u Melilla li jidħlu fit-territorju ta' Spanja kif imfisser fl-Artikolu 3(2) u (3) tad-Direttiva 77/388/KEE.

2. B'deroga mill-Artikolu 1(2), Spanja għandu jkollha l-għażla li tnaqqas dik l-allowance għal 150 ECU għal vjaġġaturi li jkollhom inqas minn 15-il sena."

Artikolu 2

"(a) liema valur totali għal kull persuna għal kull vjaġġ ma jeċċedix id-90 ECU.

B'deroga mill-Artikolu 28m, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali ta' l-ammont hawn fuq imsemmi skond l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 69/169/KEE."

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa' mhux aktar tard mill-1 ta' April, 1994. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożiżżjonijiet, dawn għandhom ikollhom fihom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tagħhom. Il-metodi kif issir tali riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hi awtorizzata li ddaħħal fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma' din id-Direttiva sa' mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar, 1998 dwar l-oġġetti mportati minn vjaġġaturi deħlin fit-territorju Ġermaniż mill-fruntiera ta' l-art li tgħaqqad il-Ġermanja mal-pajjiżi oħra għajr l-Istati Membri u l-membri tal-EFTA jew b'mezzi ta' navigazzjoni tal-kosta ġejjin mill-imsemmija pajjiżi.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi' Brussell, l-14 ta' Frar, 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

Y. Papantoniou

[1] ĠU C 102, ta' l-14.4.1984, p. 10 u ĠU C 78, tas-26.3.1985, p. 9.

[2] ĠU C 46, tat-18.2.1985, p. 75 u l-opinjoni mogħtija fl-20 ta' Jannar, 1994 (għad mhiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 248, tas-17.9.1984, p. 26.

[4] ĠU C 133, ta' l-4.6.1969, p. 6. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/111/KEE (ĠU L 384, tat-30.12.1992, p. 47).

[5] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92//111/KEE (ĠU L 384, tat-30.12.1992, p. 47).

--------------------------------------------------

Top