Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0680

    Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1991 li tissuplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u temeda d-Direttiva 77/388/KEE bil-ħsieb li tneħħi l-fruntieri fiskali

    ĠU L 376, 31.12.1991, p. 1–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/680/oj

    31991L0680



    Official Journal L 376 , 31/12/1991 P. 0001 - 0019
    Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0033
    Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0033


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tas-16 ta' Diċembru 1991

    li tissuplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u temeda d-Direttiva 77/388/KEE bil-ħsieb li tneħħi l-fruntieri fiskali

    (91/680/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, b'mod pertikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara likkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [3],

    Billi l-Artikolu 8a tat-Trattat jiddefinixxi s-suq intern bħala żona mingħajr fruntieri interni fejn ikun żgurat il-moviment ħieles ta' merkanzija, nies, servizzi u kapital skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat;

    Billi biex ikun hemm suq ħieles jinħtieġ li jitneħħew il-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri u dan biex titneħħa definittivament l-imposizzjoni tat-taxxi fuq l-importazzjoni u li tingħata lura t-taxxa fuq l-esportazzjoni fin-negozju bejn Stati Membri;

    Billi l-kontrolli fiskali fi fruntieri interni se jitneħħew għal kollox mill-1 ta' Jannar 1993 għat-transazzjoijiet kollha bejn Stati Membri;

    Billi l-imposizzjoni tat-taxxa u r-remissjoni tat-taxxa fuq l-esporti għalhekk għandha tgħodd biss ma' territorji esklużi mill-iskop tas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud;

    Billi, minkejja dan, b'konsiderazzjoni tal-konvenzjonijiet u t-trattati li jgħoddu għalihom, transazzjonijiet ġejjin minn jew maħsubin għall-Prinċipalita ta' Monako u l-Isle of Man iridu jitqiesu bħala transazzjonijiet ġejjin minn jew maħsubin għar-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq rispettivament;

    Billi t-tneħħija tal-prinċipju ta' l-imposizzjoni tat-taxxa fuq l-importazzjoni bejn Stati Membri tagħmel id-dispożizzjonijiet fuq eżenzjonijiet ta' taxxi u l-konċessjoniessjonijiet biex ma jitħallasx dazju f'relazzjonijiet bejn Stati Membri żejda; billi, għalhekk, dawk id-dispożizzjonijiet għalhekk għandhom jitneħħew u d-Direttivi relevanti għandhom ikunu addottati skond il-każ.

    Billi, biex ikun intlaħaq l-għan imsemmi fl-Artikolu 4 ta' L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967 [4] kif l-aħħar emendat bis-Sitt Direttiva 77/388/KEE [5], jinħtieġ li t-tassazzjoni tan-negozju bejn Stati Membri tkun ibbażata fuq il-prinċipju tat-tassazzjoni minn fejn ikunu ġejjin l-merkanzija u s-servizzi mingħajr preġudizzju, rigward negozju fil-Komunità bejn persuni taxxabbli, għall-prinċipju li dħul minn taxxi mill-imposizzjoni ta' taxxa fl-istadju aħħari ta' konsum għandu jinġabar għall-benefiċċju ta' l-Istat Membru fejn isir dak il-konsum aħħari.

    Billi, madankollu, id-determinazzjoni tas-sistema definittiva li ġġib fis-seħħ l-oġġettivi tas-sistemi komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq merkanzija u servizzi forniti bejn Stati Membri jeħtieġu kondizzjonijiet le ma jistgħux jidħlu fis-seħħ għal kollox sal-31 ta' Diċembru 1992;

    Billi, madankollu, trid issir proviżjoni għal fażi transitorja, li tibda mill-1 ta' Jannar 1993 u jdum għal żmien limitat, li matulu jkunu implimentati proviżjonijiet maħsubin biex jgħinu t-transizzjoni għas-sistema definittiv għat-tassazzjoni tan-negozju bejn Stati Mambri, li jibqa' jkun l-għan għal futur medju

    Billi matul iż-żmien transitorju transazzjonijiet inta-Komunitarji li jsiru minn persuni taxxabbli li mhumiex eżenti għandhom ikunu intaxxati fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, skond ir-rati u l-kondizzjonijiet ta' dawk l-Istati Membri;

    Billi akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji ta' ċertu valur minn persuni eżenti jew minn persuni legali li mhumiex taxxabbli u xi bejgħ jew fornitura ta' mezzi ta' trasport ġodda, mill-bogħod, intra-Komunitarju, lil individwi jew korpi mhux taxxabbli jew eżenti għandhom ukoll ikunu ntaxxati matul il-perjodu ta' transizzjoni fl-Istat Membru ta' destinazzjoni bir-rati u skond il-kondizzjonijiet ta' dak l-Istat Membru, sakemm transazzjonijiet ta' dak it-tip, fin-nuqqas ta' provvedimenti speċjali, jistgħu iġibu distorsjoni li tinħass fil-kompetizzjoni bejn Stati Membri;

    Billi l-ħidma meħtieġa biex jitnaqqsu l-formalitajiet amministrattivi u statistiċi għall-impriżi, partikolarment l-impriżi żgħar jew medji trid tkun irrikonċiljata ma' l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kontroll effettivi u l-bżonn, kemm fuq bażi ekonomika kif ukoll minn naħa ta' taxxi, li tinżamm il-kwalità ta' l-istrumenti statistiċi tal-Komunità;

    Billi jrid jittieħed vantaġġ mill-perjodu transitorju ta' tassazzjoni ta' negozju intra-komunitarju biex isiru l-miżuri meħtieġa għar-riperkussjonijiet soċjali kif ukoll fl-oqsma milqutin u d-diffikultajiet reġjonali, partikolarment f'reġjuni ta' fruntieri, li jistgħu jiġu minħabba t-tneħħija ta' l-imposizzjoni/imponiment tat-taxxa fuq l-importazzjoni u tar-remissjoni tat-taxxa fuq esportazzjoni fin-negozju ta' bejn l-Istati Membri; billi Stati Membri għalhekk għandhom ikunu awtorizzati, għal żmien li jispiċċa fit-30 ta' Ġunju 1999, biex tkun eżentata fornitura ta merkanzija fil-ħwienet fejn ma titħallasx taxxa li ssir fil-limiti speċifikati fil-kuntest ta' vvjaġġar bejn Stati Membri bl-ajru u bil-baħar;

    Billi l-arranġamenti transizjonali se jidħlu fis-seħħ għal erba' snin u jkunu jgħoddu sal-31 ta' Diċembru 1996; billi se jinbidlu b'sistema definittiva għat-tassazzjoni tan-negozju bejn Stati Membri mibnija fuq il-prinċipju ta' tassazzjoni ta' merkanzija u servizzi pprovduti fl-Istat Membru li jkunu ġejjin minnu, biex jintlaħaq l-għan imsemmi fl-Artikolu 4 ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967;

    Billi b'dak il-għan il-Kummissjoni se tagħmel rapport lill-Kunsill qabel il-31 ta' Diċembru 1994 fuq kif se jaħdmu l-arranġamenti transizzjonali u tagħmel proposti għad-dettalji tas-sistema definittiva għat-tassazzjoni tan-negozju bejn Stati Membri; billi l-Kunsill, wara li kkunsidraw li l-kondizzjonijiet għat-transizzjoni għas-sistema definittiva saru sew, tiddeċiedi qabel il-31 ta' Diċembru 1995 l-arranġamenti meħtieġa biex tidħol fis-seħħ u titħaddem is-sistema definttiva, l-arranġamenti transizzjonali jitkomplew awtomatikament sad-dħul fis-seħħ tas-sistema definittiva u, dejjem, sakemm il-Kunsill jiddeċiedi dwar is-sistema definittiva;

    Billi, skond ma jkun sar, għandha tkun emendata d-Direttiva 77/388/KEE, kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 89/465/KEE [6]

    ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 77/388/KEE se tkun emendata kif ġej:

    1. l-Artikolu 3 se jinbidel b'li ġej:

    "Artikolu 3

    1. għall-iskop ta' din id-Direttiva:

    - "territorju ta' Stat Membru" tfisser it-territorju tal-pajjiż kif iddefinit għal kull Stat Membru fil-paragrafi 2 u 3.

    - "Komunità" u "territorju tal-Komunità" ifissru t-territorju ta' l-Istati Membri kif iddefinit għal kull Stat Membru fil-paragrafi 2 u 3.

    - "territorju terz" u "pajjiż terz" ifissru kull territorju barra minn dawk iddefiniti fil-paragrafi 2 u 3 bħala territorji ta' Stat Membru.

    2. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, it-"territorju tal-pajjiż" se tkun iż-żona ta' fejn jgħodd it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea kif iddefinita għal kull Stat Membru fl-Artikolu 227.

    3. It-territorji li ġejjin ta' Stati Membri individwali jitħallew barra mit-territorju tal-pajjiż:

    - Repubblika Federali tal-Ġermanja

    il-Gżira ta' Heligoland

    it-territorju ta' Buesingen,

    - Ir-Renju ta' Spanja

    Cueta

    Melilla

    - Ir-Repubblika ta' l-Italja

    Livigno

    Campione d'Italia

    L-ilmijiet ta' l-Italja tal-Lag ta' Lugano

    It-territorji li ġejjin ta' Stati Membri individwali jitħallew barra ukoll mit-territorju tal-pajjiż:

    - Ir-Renju ta' Spanja:

    Il-Gżejjer Kanarji

    - Ir-Repubblika Franċiża:

    id-dipartimenti barranin

    - ir-Repubblika Ellenika

    Αγιο Ορος.

    4. Stati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-transazzjonijiet ġejjin minn jew maħsubin għal

    - il-Prinċipalita ta' Monako jitqiesu bħala transazzjonijiet ġejjin jew maħsubin għar-Repubblika Franċiża.

    - Isle of Man jitqiesu bħala transazzjonijiet ġejjin jew maħsubin għar-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq

    5. Jekk il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 m'għadhomx iġġustifikati, b'mod partikolari rigward ta' kompetizzjoni ġusta jew riżorsi proprji, tagħti proposti xierqa lill-Kunsill.'"

    2. L-Artikolu 7 jinbidel b'li ġej:

    "Artikolu 7

    Importazzjoni

    1. "Importazzjoni ta' merkanzija" tfisser:

    (a) id-dħul fil-Komunità ta' merkanzija li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9 u 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea jew, meta l-merkanzija tiġi taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, ma jkollhiex ċirkolazzjoni ħielsa;

    (b) id-dħul fil-Komunità ta' merkanzija minn territorju speċifikat fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3

    2. jew mill-Gżejjer tal-Kanal Ingliż

    3. Minkejja l-paragrafu 2, fejn merkanzija msemmija fil-paragrafu 1(a) malli tidħol fil-Komunità titqiegħed f'wieħed mill-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 16(1)(B), taħt arranġamenti għal importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazju ta' importazzjoni jew taħt arranġamenti ta' transitu, il-post ta' importazzjoni ta' merkanzija ta' dan it-tip ikun it-territorju fl-Istat Membru fejn ma jibqgħux jgħoddu dawn l-arranġamenti.

    Similarment, meta merkanzija msemmija fil-paragrafu 1(b) malli tidħol fil-Komunità titqiegħed f'waħda mill-proċeduri li hemm fl-Artikolu 33a(1)(b), il-post ta' importazzjoni ikun it-territorju fl-Istat Membru fejnma jibqgħux jgħoddu dawn l-arranġamenti."

    3. Fl-Artikolu 8(1)(a) "f'pajjiż ieħor barra" tinbidel bi "fi Stat Membru ieħor barra" u ‘l-Istat Membru li tkun importata fih il-merkanzija' tinbidel bi "l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu issir l-istallazzjoni jew it-tagħqid flimkien"

    4. Is-subparagrafu li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 8(1):

    "(ċ) fil-każ ta' merkanzija fornita abbord vapuri, ajruplani jew ferroviji waqt it-trasport il-post tat-tluq u tal-wasla tagħhom ikunu fit-territorju tal-Komunità: il-post fejn il-merkanzija tkun meta jitlaq it-trasport'"

    5. L-Artikolu 8(2) jinbidel b'li ġej:

    "2. B'deroga mill-paragrafu 1(a), fejn il-post tat-tluq tal-kunsinna jew trasport tal-merkanzija jkun f'territorju terz, il-post tal-fornitura mill-importatur kif iddefinit fl-Artikolu 21(2) u l-post ta' kull fornitura sussekwenti titqies li tkun fl-Istat Membru ta' l-importazzjoni"

    6. L-Artikolu 10(3) jinbidel b'li ġej:

    "3. L-event li għandu jsir ħlas tiegħu isir u t-taxxa ssir dovuta malli l-merkanzija tkun impurtata. Meta l-merkanzija titqiegħed taħt wieħed mill-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 7(3) malli tidħol fil-Komunità, iseħħ l-event li għandu jsir ħlas fuqu u t-taxxa ssir dovuta biss meta l-merkanzija ma tibqax taħt dawk l-arranġamenti.

    Madankollu, meta l-merkanzija impurtata tkun suġġetta għal dazju mid-dwana, jew levi agrikulturali jew għal xi spejjeż li jkollhom effett simili li jkunu stabbiliti b'politika komuni, l-event li għandu jsir ħlas fuqu iseħħ u t-taxxa ssir dovuta malli jseħħ l-event li għandu jsir ħlas fuqu għal dawk id-dazji Komunitarji u dawk id-dazji isiru dovuti.

    Meta merkanzija impurtata mhux suġġetta għall-ebda minn dawn id-dazji Komunitarji, Stati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet li jkun hemm fis-seħħ li jirregolaw id-dazji tad-dwana dwar is-saħħ ta' event li jrid isir ħlas fuqu u l-mument meta t-taxxa ssir dovuta."

    7. Fl-Artikolu 11(B):

    - il-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej:

    "1. L-ammont taxxabbli jkun il-valur għall-iskopijiet tad-dwana, iddeterminat skond id-dispożizzjonijiet tal-Komunità fis-seħ&hstrok";

    - il-paragrafu 2 jitħassar

    8. L-Artikolu 11(B)(3) jinbidel b'li ġej:

    "3. L-ammont taxxabbli irid ikun fih, sakemm mhux diġa qegħdin fih:

    (a) taxxi, dazji, levi u spejjeż dovuti oħrajn barra mill-Istat Membru li qed jimporta u dawk dovuti minħabba importazzjoni, minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud li trid tinġabar

    (b) spejjeż inċidentali, bħalma huma l-kummissjioni, ippakkjar, trasport u spejjeż ta' assigurazzjoni, li jkunu tħallsu sa l-ewwel post tal-wasla fit-territorju ta' l-Istat Membru li qed jimporta.

    L-ewwel post tal-wasla tfisser il-post imsemmi fuq l-avviż tal-kunsinna jew fuq xi dokument ieħor li bih il-merkanzija tkun importata fl-Istat Membru li qed jimporta. Fin-nuqqas ta' indikazzjoni ta' dan it-tip, l-ewwel post tal-wasla ikun l-ewwel post ta' trasferiment tal-tagħbija fl-Istat Membru li qed jimporta.

    Ekwivalentement, Stati Membri jistgħu jinkludu, fl-ammont taxxabbli, l-ispejjeż inċidentali msemmija hawn fuq meta dawn jirriżultaw minn trasport sa post ieħor ta' wasla fit-territorju ta' l-Istat Membru li qed jimporta, jekk dak il-post ikun magħruf meta jiġri l-event li għandu jsir ħlas fuqu.'"

    9. Fl-Artikolu 11(B)(5). "mill-Komunità" trid tiżdied wara "kienu esportati temporanjament", "imsiefra" tinbidel bi "barra mill-Komunità" u "l-importazzjoni mill-ġdid mhux eżenti taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14(1)(f)" titħassar.

    10. L-Artikolu 11(C)(2) jinbidel b'li ġej:

    "2. Fejn it-tagħrif biex ikun iddeterminat l-ammont taxxabbli fuq esportazzjoni jingħata f'munita li mhix dik ta' l-Istat Membru fejn issir l-evalwazzjoni, ir-rata tal-kambju tkun iddeterminata skond id-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw il-kalkolu tal-valur għal skopijiet ta' dwana.

    Fejn it-tagħrif biex ikun iddeterminat l-ammont taxxabbli ta' transazzjoni li mhix transazzjoni ta' importazzjoni tingħata f'munita li mhix dik ta' l-Istat Membru fejn issir l-evalwazzjoni, ir-rata tal-kambju li tkun tgħodd tkun l-aħħar rata ta' bejgħ magħrufa, meta t-taxxa trid titħallas, fuq l-iktar suq jew swieq ta' kambju rappresentattiv jew rappreżentattivi ta' l-Istat Membru mdaħħal, jew rata ddeterminata b'referenza għal dak is-suq jew dawk is-swieq, skond il-metodi determinati minn dak l-Istat Membru konċernat Madankollu għal uħud minn dawk it-transazzjonijiet jew għal xi kategoriji ta' persuni taxxabbli. Stati Membri jistgħu jibqgħu jużaw ir-rata ta' kambju iddeterminata skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jkunu jirregolaw il-kalkolu tal-valur għall-skopijiet ta' dwana"

    11. Fl-Artikolu 14(1):

    - subparagrafu (b) jitħassar

    - subparagrafu (ċ) jinbidel b'li ġej:

    - "(ċ) merkanzija importata biex tkun tista' tinbiegħ kif iddefinit fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 85/362/KEE [7], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 902/237/KEE [8];"

    - fis-subparagrafu (d), "jew li għalhekk jikkwalifikaw kieku kienu importati minn pajjiż terz" u "fis-suq domestiku" jitħassru

    - fis-subparagrafu (e), "jew li għalhekk jikkwalifikaw kieku kienu importati minn pajjiż terz' titħassar."

    - is-subparagrafu (f) jitħassar.

    - fis-subparagrafu (g), "jew li għalhekk jikkwalifikaw kieku kienu importati minn pajjiż terz' titħassar"

    12. L-intestazzjoni ta' l-Artikolu 15 tinbidel b'li ġej: "Esenzjoni ta' l-esportazzjoni mill-Komunità u transazzjonijiet bħalha u trasport internazzjonali".

    13. Fl-Artikolu 15(1) u (2) "barra mit-territorju tal-pajjiż kif iddefinit fl-Artikolu 3" tinbidel bi "barra mill-Komunità"

    14. L-Artikolu 15(3) jinbidel b'li ġej:

    "3. Il-provvista ta' servizzi li jikkonsistu f'xogħol fuq propjeta mhux fissa akkwistata jew importata bil-ħsieb li jsir xogħol hekk fuqha fit-territorju tal-Komunità, u mibgħuta jew meħuda ‘il barra mill-Komunità mill-persuna li tkun ipprovdiet is-servizzi jew mill-klijent jekk ikun stabbilit f'pajjiż terz jew għan-nom ta' wieħed jew l-ieħor;"

    15. L-inċiż li ġej jiżdied ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 15(10):

    "- lil Stat Membru ieħor u maħsub għall-forzi ta' kull Stat Membru li għandu sehem fit-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana, barra l-Istat Membru tal-wasla innifsu, biex jintuża minn dawk il-forzi jew mill-persunal pajżan li jkun magħhom, jew biex jisuplixxi l-postijiet fejn jieklu meta dawn il-forzi jieħdu sehem fid-difiża komuni.'"

    16. Fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(10), "suġġett għall-kondizzjonijiet u limitazzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri" tinbidel bi "suġġetti għall-kondizzjonijiet u limitazzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru li jkun qed jilqagħhom"

    17. Fl-Artikolu 15(12) "mill-Komunità" tiżdied wara "li jesportawhom" u "imsefrin" tinbidel bi "il barra mill-Komunità"

    18. L-Artikolu (15)(13) jinbidel b'li ġej:

    "13. Il-provvista ta' servizzi li jinkludi t-trasport u transazzjonijiet anċillari imma li ma jinkludix il-provvista ta' servizzi eżenti skond l-Artikolu 13, meta jkunu marbutin direttament:

    - mat-transitu estern jew l-esportazzjoni ta' merkanzija mill-Komunità jew ma' l-importazzjoni ta' merkanzija eliġibbli taħt l-Artikoli 14(1) (ċ) jew 16(1)(A)

    - ma' merkanzija imsemmija fl-Artikolu 7(1)(b) li huma suġġetti għat-transitu intern fil-Komunità li hemm proviżjoni għalih fl-Artikolu 33a(1)(b)."

    19. Fl-Artikolu 15(14), "barra mit-territorju tal-pajjiż kif iddefinit fl-Artikolu 36" tinbidel bi "barra mill-Komunità".

    20. Fl-Artikolu 16(1):

    - A tinbidel b'li ġej:

    - "A. L-importazzjoni ta' merkanzija maħsuba biex tinħażen mhux fid-dwana"

    - B tinbidel b'li ġej:

    - "B. merkanzija maħsuba biex:

    (a) jintwerew lid-dwana u, fejn jgħodd, jinħażnu temporanjament;

    (b) titpoġġa f'żona ħielsa jew maħżen ħieles;

    (ċ) titpoġġa farranġamenti ta'ħażna tad-dwana jew arranġamenti ta' ipproċessar interni;

    (d) tiddaħħal f'ilmijiet territorjali

    - biex tkun inkorporata fi pjattaformi ta' tħaffir jew produzzjoni, għal bini, tiswija, manutenzjoni, tibdil jew armar ta' dawn il-pjattaformi, jew biex jintrabtu pjattaformi għat-tħaffir jew għall-produzzjoni, ta' dan it-tip, mal-massa ta' l-art.

    - biex jitwasslu provvisti u karburanti lil pjattaformi ta' tħaffir jew produzzjoni;

    (e) maħsuba biex tinħażen mhux fid-dwana

    Il-postijiet imsemmijin f'(a), (b), (ċ) u (d) ikunu iddefiniti mid-dispożizzjonijiet tad-dwana tal-Komunità fis-seħħ";

    - Ċ tinbidel b'li ġej:

    - "Ċ. provvista ta' servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-fornitura tal-merkanzija msemmijin f'B";

    - D tinbidel b'li ġej:

    - "D. fornitura ta' merkanzija u ta' servizzi li jsiru fil-postijiet imniżżlin f'B u li għadhom suġġetti għall-wieħed mill-arranġamenti speċifikati fiha;'"

    - il-punt E li ġej għandu jiżdied:

    - "E. fornitura:

    - ta' merkanzija msemmija fl-Artikolu 7(1)(a) li għadha suġġetta għal arranġamenti għal importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazju ta' importazzjoni jew minn arranġementi ta' transitu esterni.

    - ta' merkanzija msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) li għadha suġġetta għall-proċedura ta' transitu interna tal-Komunità fl-Artikolu 33a.

    kif ukoll provvista ta' servizzi li għandhom x'jaqsmu ma' provvisti ta' dan it-tip."

    21. Il-paragrafu li ġej jiddaħħal fl-Artikolu 28:

    "3a. Skond riżultat ta' deċiżjoni tal-Kunsill, li, skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/465/KEE [9], għandha taħdem biex jitneħħew id-derogi transizzjonali fil-paragrafu 3, Spanja se tkun awtorizzata li teżenta t-transazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 ta' l-Anness F għal servizzi forniti minn kittieba u t-transazzjonijiet imsemmija fil-punti 23 u 25 ta' l-Anness F."

    22. "TITOLU XVIa

    ARRANĠAMENTI TRANSIZZJONALI GĦAT-TASSAZZJONI TAN-NEGOZJU BEJN STATI MEMBRI

    Artikolu 28a

    Skop

    1. Li ġej għandu jkun suġġett ukoll għat-taxxa fuq il-valur miżjud:

    (a) akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji ta' merkanzija għall-konsiderazzjoni, minn persuna taxxabbli, fit-territorju ta' pajjiż, li tkun qed taġixxi b'dan il-mod jew minn persuna legali mhux taxxabbli

    Fejn il-bejjiegħ huwa persuna taxxabbli li qed jaġixxi b'dan il-mod li mhux eliġibbli għall-eżenzjoni li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 24 u li ma jiġix taħt l-arranġamenti stabbiliti fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(1)(a) jew fl-Artikolu 28b(B)(1).

    B'deroga mill-ewwel sottoparagrafu, it-taxxa fuq il-valur miżjudm'għandiex titħallas fuq akkwisizzjonijiet intra-Komunitarja ta' merkanzija li mhix mezzi ġodda ta' trasport u prodotti suġġetti għal dazju tas-sisa effettwat:

    - minn persuna taxxabbli eliġibbli għall-iskema ta' rata fissa fl-Artikolu 25, minn persuna taxxabbli li tissupplixxi biss merkanzija jew servizzi li ma jistgħux jitnaqqsu, jew minn persuna legali li mhux taxxabbli.

    - għal ammont totali, tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa fl-Istat Membru li minnu tintbagħat jew tkun ittrasportata l-merkanzija, u li ma taqbiżx, matul is-sena kalendarja kurrenti, limitu li jiddeterminaw l-Istati Membri imma li ma jistax ikun inqas mill-ekwivalent ta' ECU 10000 fil-munita lokali, u

    - sakemm l-ammont totali, tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa fl-Istat Membru li minnu tintbagħat jew tkun ittrasportata l-merkanzija, ta' akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji li mhix mezzi ġodda ta' trasport u prodotti suġġetti għal dazju, tulis-sena kalendarja ta' qabel, ma qabżux il-limitu imsemmi fit-tieni indent.

    Stati Membri jagħtu d-dritt, lil persuni taxxabbli u persuni legali li mhux taxxabbli taħt it-tieni sottoparagrafu, li jagħżlu l-iskema ġenerali stabbilita fl-ewwel sottoparagrafau. L-Istati Membri jiddeċiedu r-regoli ddettaljati biex tinħadem dik l-opzjoni, li dejjem tkun għal sentejn.

    (b) Akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji ta' mezzi ġodda ta' trasport li jsiru għall-konsiderazzjoni, fil-pajjiż, minn persuni mhux taxxabbli jew persuni legali mhux taxxabbli li jikkwalifikaw għad-deroga fit-tieni subparagrafu ta (a) jew minn kull persuna oħra mhux taxxabbli.

    2. Għall-iskop ta' dan it-Titolu:

    (a) li ġejjin jitqiesu bħala "mezzi ta' trasport": vetturi itwal minn 7.5 metri, ajruplani li malli jitilqu ikollhom piż ta' iktar minn 1550 kilogramma u vetturi ta' l-art b'magna b'kapacità ikbar minn 48 ċentrimetru kubu jew li l-potenza tagħhom ikbar minn 7.2 kilowatts, maħsubin għat-trasport ta' persuni jew merkanzija, ħlief vetturi msemmijin fl-Artikolu 15(5) u (6)

    (b) il-mezzi tat-trasport imsemmijin f'(a) ma jitqisux "ġodda" meta jkun hemm dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:

    - intużaw għal iktar minn tliet xhur wara li nħarġu

    - ivvjaġġaw iktar minn 3000 kilometru fil-każ ta' vetturi ta' l-art, baħħru iktar minn 100 siegħa fil-każ ta' vapuri jew ittajru għal iktar minn 40 siegħa fil-każ ta' ajruplani.

    Stati Membri jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li fihom jistgħu ikunu magħrufin dawn il-fatti

    3. "Akkwisizzjoni intra-komunitarja ta' merkanzija" tfisser l-akkwisizzjoni tad-dritt bħala sid ta' propjeta mhux fissa u tanġibbli mibgħuta jew ittrasportata sa għand il-persuna li qed takkwista l-merkanzija jew għan-nom tal-bejjiegħ jew il-persuna li qed takkwista l-merkanzija għal Stat Membru li mhux l-istess li minnu ntbagħtet je wkienet ittrasportata l-merkanzija.

    Meta merkanzija akkwiżita minn persuna legali mhux taxxabbli tintbagħat jew tkun ittrasportata minn territorju terz u dik il-persuna timportaha l-merkanzija għal ġewwa Stat Membru li mhux l-Istat Membru li tkun waslet fih, il-merkanzija titqies li ntbagħtet jew kienet ittrasportata mill-Istat Membru ta' importazzjoni. L-Istat Membru jagħti lura lill-importatur it-taxxa fuq il-valur miżjud li tkun tħallset għall-importazzjoni tal-merkanzija sakemm l-importatur jistabbilixxi li l-akkwisizzjoni kienet suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud fl-Istat Membru fejn waslet il-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata.

    4. Kull persuna li minn żmien għall-iehor tforni mexx ġdid ta' trasport skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ(A) titqies ukoll bħala persuna taxxabbli.

    L-Istat Membru fit-territorju li fih saret il-fornitura jagħti d-dritt tat-tnaqqis lill-persuna taxxabbli fuq dawn id-dispożizzjonijiet:

    - id-dritt għat-tnaqqis jinħoloq u jista' jintuża biss waqt il-fornitura

    - il-persuna taxxabbli tkun awtorizzata li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud inkluża fil-prezz tax-xiri jew li tħallset mal-importazzjoni jew akkwisizzjonin intra-Komunitarja tal-mezz tat-trasport, sa ammont li ma jaqbiżx it-taxxa li kieku kien ikollu jħallas li kieku l-fornitura ma kinitx eżenti.

    Stati Membri jistabbilixxu regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

    5. Li ġej jitqies bħala fornitura ta' merkanzija li tkun saret għall-konsiderazzjoni:

    (a) li titwassal għand persuna taxxabbli oħra ta' xogħol b'kuntratt, kif iddefinit fl-Artikolu 5(5)9a), li tkun saret fiżikament fi Stat Membru li mhux fit-territorju ta' dak il-pajjiż li fih huwa identifikat il-klijent għal fini ta' taxxa fuq il-valur miżjud, u hemm dawn il-kondizzjonijiet:

    - il-materjal użat mill-persuna li qed tagħmel ix-xogħol ikun intbagħat jew ittrasportat minn jew għan-nom ta' klijent mill-Istat Membru fit-territorju li fih identifikat għal skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud.

    - ix-xogħol mitmum jew magħqud mill-persuna li tkun għamlitu ikun ittrasportat jew jintbagħat lill-klijent fl-Istat Membru li fih huwa identifikat il-klijent għal fini ta' taxxa fuq il-valur miżjud.

    (b) It-trasferiment ta' merkanzija li tkun saret minn persuna taxxabbli għal Stat Membru ieħor.

    Li ġejjin jistgħu jitqiesu daqs li kieku kienu ttrasferiti għal Stat Membru ieħor: kull propjeta tanġibbli mibgħuta jew ittrasportata minn jew għan-nom tal-persuna taxxabbli barra mit-territorju iddefinit fl-Artikolu 3 imma fil-Komunità għall-iskop tax-xogħol tiegħu, ħlief għall-iskop ta' waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin:

    - il-fornitura tal-merkanzija mill-persuna taxxabbli fit-territorju ta' l-Istat Membru ta' fejn tasal meta tintbagħat jew tkun ittrasportata taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(1)(a) u fl-Artikolu 28b(B)(1)

    - il-fornitura tal-merkanzija ikkonċernata, mill-persuna taxxabbli, bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(ċ)

    - il-fornitura tal-merkanzija ikkonċernata, mill-persuna taxxabbli, fit-territorju tal-pajjiż, bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15 jew fl-Artikolu 28ċ (A).

    - il-fornitura lill-persuna taxxabbli, bil-kondizzjonijiet stabbiliti f'(a), ta' kuntratt tax-xogħol li jkun sar fl-Istat Membru ta' fejn tkun waslet il-merkanzija li ntbagħtet jew li kienet ittrasportata.

    - il-fornitura ta' servizz li jkun sar għall-persuni taxxabbli u jinvolvi xogħol fuq il-merkanzija li jkun sar fiżikament fl-Istat Membru ta' fejn tkun waslet il-merkanzija li ntbagħtet jew li kienet ittrasportata.

    - użu temporanju tal-merkanzija fit-territorju ta' l-Istat Membru ta' fejn tasal il-merkanzija jew tkun ittrasportata għal skopijiet ta' provvista ta' servizzi mill-persuna taxxabbli stabbilita fit-territorju ta' l-Istat Membru ta' minn fejn telqet il-merkanzija li ntbagħtet jew kienet ittrasportata.

    - użu temporanju tal-merkanzija, għal żmien li ma jaqbiżx l-24 xahar, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor fejn l-importazzjoni ta' l-istess merkanzija minn pajjiż terz bil-ħsieb li jintuża temporanjament ikun eliġibbli għall-arranġamenti ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazji ta' importazzjoni.

    6. L-akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija għall-konsiderazzjoni tinkludi li persuna taxxabbli jkun jista' juża, għall-impriża tiegħu, il-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata minn jew għan-nom ta' dik il-persuna taxxabbli minn Stat Membru ieħor fit-territorju fejn il-merkanzija saret, inħarġet, kienet ipproċessata, inxtrat, kienet akkwistata kif iddefinit fil-paragrafu 1 jew importata mill-persuna taxxabbli fil-qafas ta' l-intrapriż tiegħu għal ġo dak l-Istat Membru.

    7. Stati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li t-transazzjonijiet li kellhom ikunu kklassifikati bħala "fornitura ta' merkanzija" kif iddefiniti fil-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 5 jekk saru fit-territorju jew fil-pajjiż minn persuna taxxabbli li qed jaġixxi ta' hekk huma kklassifikati bħala "akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija"

    Artikolu 28b

    Post tat-transazzjonijiet

    A. Post ta' l-akkwisizzjoni intra-Komunitarja tal-merkanzija

    1. Il-post ta' l-akkwisizzjoni intra-Komunitarja tal-merkanzija jittieħed bħala l-post fejn tkun il-merkanzija fejn jintemm it-trasport jew li jintbagħtu għand il-persuna li akkwistathom.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-post ta' l-akkwisizzjoni intra-Komunitarja tal-merkanzija imsemmi fl-Artikolu 28a(1)(a) madankollu, jittieħed li qiegħed fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ in-numru ta' l-identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud li l-persuna li qed takkwista l-merkanzija tkun għamelt l-akkwisizzjoni, sakemm il-persuna li takkwista l-merkanzija tista' turi li dik l-akkwisizzjoni kienet suġġetta għat-taxxa skond il-paragrafu 1.

    Jekk, madankollu, l-akkwisizzjoni tkun suġġetta għat-taxxa skond il-paragrafu 1 fl-Istat Membru tal-wasla tal-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata wara li tkun suġġetta għat-taxxa skond l-ewwel sottoparagrafu, l-ammont taxxabbli jitnaqqas skond il-każ fl-Istat Membru li ħareġ in-numru ta' l-identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud li bih il-persuna li tkun akkwistat il-merkanzija tkun għamlet l-akkwisizzjoni,

    B. Post tal-fornitura tal-merkanzija

    1. B'deroga mill-Artikolu 8(1)(a) u (2), il-post tal-fornitura tal-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata minn jew għan-nom tal-fornitur minn Stat Membru li mhux dak li waslet il-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata jittieħed bħala l-post fejn tinsab il-merkanzija meta jintemm it-trasport jew meta tkun waslet għand min ikun xtraha, b'dawn il-kondizzjonijiet:

    - il-fornitura tal-merkanzija tkun saret għal persuna taxxabbli eliġibbli għad-deroga li hemm dispożizzjoni għaliha fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 28a(1)(a), għal persuna legali mhux taxxabbli eliġibbli għall-istess deroga jew għal kull persuna oħra li mhux taxxabbli.

    - Il-fornitura hi ta' merkanzija li mhix mezzi ġodda ta' trasport u mhix merkanzija fornita wara li tkun ingħaqdet jew installata, bi prova jew mingħajr, minn jew għan-nom tal-fornitur.

    Meta l-merkanzija fornita b'dan il-mod tintbagħat jew tkun ittrasportata minn territorju terz u jimpurtaha l-fornitur ġo Stat Membru li mhux l-Istat Membru li tkun waslet fih il-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata għal għand min xtraha, titqies li ntbagħtet jew kienet ittrasportata mill-Istat Membru ta' importazzjoni.

    2. Madankollu, fejn il-fornitura hi ta' merkanzija li mhux suġġetta għal dazji, il-paragrafu 1 ma jgħoddx għal merkanzija mibgħuta jew ittrasportata lejn l-istess Stat Membru fejn tasal jew tkun ittrasportata fejn:

    - il-valur totali ta' dawn it-tip ta' provvisti, tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud, f'sena kalendarja waħda, ma jaqbiżx l-ekwivalent ta' ECU 100000 fil-munita nazzjonali, u

    - il-valur totali, tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-merkanzija minbarra prodotti suġġetti għal dazju effettwat bil-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 fis-sena kalendarja ta' qabel ma qabiżx l-ekwivalent ta' ECU 100000 fil-munita nazzjonali.

    L-Istat Membru fit-territorju fejn tkun il-merkanzija meta tintbagħat jew tkun ittrasportatha għand min xtraha jista' jorbot il-limiti msemmija hawn fuq sa l-ekwivalent ta' ECU 35000 fil-munita nazzjonali, fejn dak l-Istat Membru jibża' li l-limitu ta' ECU 100000 imsemmi hawn fuq jista' jwassal għal distorzjonijiet serji fil-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni. Stati Membri li jużaw din l-opzjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jgħarrfu lill-awtoritajiet pubbliċi li għandhom x'jaqsmu fl-Istat Membru ta' minn fejn tkun intbagħtet jew tkun ittrasportata l-merkanzija.

    Qabel il-31 ta' Diċembru 1994 il-Kummissjoni tagħmel rapport lill-Kunsill dwar kif qed jaħdmu l-limiti speċjali tal-ECU 35000 li hemm dispożizzjoni għalihom fis-subparagrafu ta' qabel. F'dak ir-rapport il-Kummissjoni tista' tgħarraf lill-Kunsill li t-tneħħija tal-limiti speċjali ma twassalx għal distorzjoni kbira tal-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni. Sakemm il-Kunsill jieħu deċiżjoni unanima fuq proposta tal-Kummissjoni, is-subparagrafu ta' qabel jibqa' fis-seħħ.

    3. L-Istat Membru li l-merkanzija tkun fit-territorju tiegħu fiż-żmien ta' meta tintbagħat jew tkun ittrasportata jagħti d-dritt lill-persuni taxxabbli li jkunu fornew il-merkanzija u li huma eliġibbli skond il-paragrafu 2 li jagħżlu li l-post tal-provvisti jkun iddetereminat skond il-paragrafu 1.

    L-Istat Membru ikkonċernat jiddetermina r-regoli ddettaljati biex titħaddem dik l-opzjoni, li dejjem tkun tgħodd għal sentejn kalendarji.

    C. Post tal-provvista ta' servizzi fit-trasport intra-Komunitarja tal-merkanzija

    1. B'deroga mill-Artikolu 9(2)(b) il-post tal-provvista ta' servizzi fit-trasport intra-Komunitarja tal-merkanzija ikun iddeterminat skond il-paragrafi 2,3 u 4. Għall-iskopijiet ta' dan it-Titolu, se jkunu jgħoddu dawn id-definizzjonijiet:

    - "it-trasport intra-Komunitarju tal-merkanzija" tfisser trasport fejn il-post tat-tluq u l-post tal-wasla jinsabu f'territorji ta żewġ Stati Membri differenti.

    - "il-post tat-tluq" tfisser il-post fejn jibda tassew it-trasport tal-merkanzija, mingħajr ma titqies id-distanza vvjaġġata fil-verita sal-post fejn tinsab il-merkanzija.

    - "il-post tal-wasla" tfisser il-post fejn jintemm tassew it-trasport tal-merkanzija.

    2. Il-post tal-fornitura tas-servizzi tat-trasport intra-Komunitarju tal-merkanzija ikun il-post tat-tluq.

    3. Madankollu, b'deroga mill-paragrafu 2, il-post tal-provvista ta' servizzi fit-trasport intra-Komunitarju tal-merkanzija mogħti lill-klijenti identifikati għall fini ta' taxxa fuq il-valur miżjud fi Stat Membru li mhux dak li minnu telaq it-trasport jittieħed bħala li qiegħed fit-territorju li ħareġ in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud li ntuża biex ingħata s-servizz.

    4. Stati Membri m'għandhomx għalfejn japplikaw it-taxxa għall-parti mit-trasport minn fuq ilmijiet li mhux biċċa mit-territorju tal-Komunità kif iddefinit fl-Artikolu 3.

    D. Post tal-fornitura tas-servizzi anċillari għat-trasport intra-Komunitarju ta' merkanzija

    E. Post tal-provvista ta' servizzi mogħtija minn intermedjarji

    1. B'deroga mill-Artikolu 9(1), il-post tal-provvista ta' servizzi mogħtija minn intermedjarji li jaġixxu għan-nom ta' u għall-kont ta' persuni oħrajn, fejn jagħmlu sehem mill-provvista ta' servizzi fit-trasport intra-Komunitarju tal-merkanzija, ikun il-post tat-tluq.

    Madankollu, meta l-klijent li jkunu għamlulu s-servizzi l-intermedjarji jkun identifikat għall-skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud fi Stat Membru li mhux dak li minnu jkun telaq it-trasport, il-post tal-fornitura tas-servizzi mogħtija minn intermedjarju jittieħed li hu fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-klijent u li ntuża biex ingħatalu s-servizz.

    2. B'deroga mill-Artikolu 9(1) il-post ta' provvista ta' servizzi minn intermedjarji li jaġixxu għan-nom ta' u għall-kont ta' persuni oħrajn, li għandhom sehem fil-provvista ta' servizzi li l-iskop tagħhom hu attivitajiet anċillari għat-trasport intra-Komunitarju tal-merkanzija, ikun il-post fejn ikunu saru fiżikament is-servizzi anċillari.

    Madankollu, fejn il-klijent tas-servizzi mogħtija mill-intermedjarju ikun identifikat għall-skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud fi Stat Membru ieħor li mhux dak fit-territorju fejn ikun sar fiżikament is-servizz anċillari, il-post tal-provvista tas-servizzi mogħtija mill-intermedjarju jittieħed li kien fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġin-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-klijent u li ntuża biex ingħatalu s-servizz mill-intermedjarju.

    3. B'deroga mill-Artikolu 9(1), il-post tal-provvista tas-servizzi mogħtija minn intermedjarji li jaġixxu għan-nom ta' u għall-kont ta' persuni oħrajn, meta servizzi hekk għandhom sehem minn transazzjonijiet oħrajn barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 jew 2 few fl-Artikolu 9(2)(e), ikun il-post fejn isiru t-transazzjonijiet.

    Madankollu, meta l-klijent ikun identifikat għall-skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud fi Stat Membru li mhux dak li minnu jkunu saru t-transazzjonijet, il-post tal-provvista tas-servizzi mogħtija minn intermedjarju jittieħed li hu fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-klijent u li ntuża biex ingħatalu s-servizz mill-intermedjarju.

    Artikolu 28ċ

    Eżenzjonijiet

    A. Fornitura eżenti ta' merkanzija

    Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn tal-Komunità u suġġett għal kondizzjonijiet li se jistabbilixxu bl-iskop li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta' l-eżenzjonijiet hawn taħt u biex jilqgħu kontra evażjoni, skartar jew abbuż. Stati Membri jeżentaw:

    (a) fornitura ta' merkanzija, kif iddefinita fl-Artikoli 5 u 28a (5)(a) mibgħuta jew ittrasportata minnjew għan-nom tal-bejjiegħ jew il-persuna li qed takkwista l-merka ‘il barra mit-territroju msemmi fl-Artikolu 3 imma xorta fil-Komunità, magħmula għal persuna taxxabbli oħra jew persuna legali mhux taxxabbli li tkun qed taġixxi hekk fi Stat Membru ieħor li mhux dak minn fejn tinbagħat jew tkun ittrasportata il-merkanzija.

    Din l-eżenzjoni ma tgħoddx għal fornitura ta' servizzi minn persuni taxxabli li huma eżenti minn taxxa skond l-Artikolu 24 jew għal fornitura ta' merka li ssir għal persuni taxxabbli minn persuni legali mhux taxxabli li jikkwalifikaw għad-deroga fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 28a(1)(a);

    (b) provvista ta' mezzi ġodda ta' trasport, mibgħuta jew ittrasportati lix-xerrej minn jew għan-nom tal-bejjiegħ jew ix-xerrej ‘il barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 3 imma fil-Komunità' magħmula għal persuni taxxabbli jew persuni legali mhux taxxabbli li jikkwalifikaw għad-deroga fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 28a(1)(a) jew għal kull persuna oħra li mhux taxxabbli;

    (ċ) Fornitura ta' merkanzija kif iddefinit fl-Artikolu 28a(5)(b) li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni fi (a) jekk ikunu saru għal persuna taxxabbli oħra

    B. Akkwisizzjoniet intra-Komunitarji ta' merkanzija eżenta

    Mingħajr preġudizzju għal disposizzjinijet oħrajn tal-Komunità u suġġetta għall-kondizzjonijiet li se jistabbilixxu għall-iskop li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta' l-eżenzjonijiet hawn taħt u biex jilqgħu kontra evażjoni, skartar jew abbuż. Stati Membri jeżentaw

    (a) l-akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija, li l-fornitura taghħom minn persuni taxxabbli tkun dejjem eżenti fit-territorju tal-pajjiż;

    (b) l-akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija, li l-importazzjoni taghħom minn persuni taxxabbli tkun dejjem eżenti skond l-Artikolu 14(1);

    (ċ) l-akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija fejn, skond l-Artikolu 17(3) u (4), il-persuna li tkun qed takkwista l-merkanzija tkun dejjem intitolata għal ħlas lura totali tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovut skond l-Artikolu 28a(1).

    C. Servizzi ta' trasport eżentati

    D. Importazzjoni eżenta ta' merkanzija

    E. Eżenzjonijiet oħrajn

    (a) Stati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji ta' merkanzija li jitqiegħdu f'wieħed mill-arranġamenti jew f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 16(1)(B) igawdu mill-istess dispożizzjonijiet bħal fornitura ta' merkanzija li tkun saret fit-territorju tal-pajjiż bl-istess kondizzjonijiet.

    (b) L-Artikolu 16(2) jinbidel b'li ġej:

    "2. Suġġett għall-konsultazzjonijiet li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 29. Stati Membri jistgħu jagħżlu li jeżentaw:

    (a) l-akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija minn persuna taxxabbli, l-importazzjoni u l-fornitura ta' merkanzija lill-persuna taxxabbli bil-ħsieb ta' esportazzjoni, kif tkun jew wara l-ipproċessar, lejn territorji terzi u provvista ta' servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-attivitajiet ta esporttazzjoni, sal-valur ta' l-esporti tal-persuna matul l-aħħar 12-il xahar ta' qabel;

    (b) l-akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija minn persuna taxxabbli, l-importazzjoni u l-fornitura ta' merkanzija lill-persuna taxxabbli bil-ħsieb ta'fornitura lil Stat Membru ieħor bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ(A) kif ukoll provvista ta' servizzi li għandhom x'jaqsmu ma' provvisti ta' dan it-tip lil Stat Membru ieħor, sal-valur tal-provvisti tiegħu bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ(A) matul it-12-il xahar ta' qabel.

    Stati Membri jistgħu konġuntament jistabbilixxu valur massimu għat-transazzjonijiet li jeżentaw taħt (a) u (b)"

    Artikolu 28d

    Fl-eventwalità fejn isir ħlas u meta għandha titħallas it-taxxa

    1. L-event fejn isir ħlas iseħħ meta ssir l-akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija. L-akkwisizzjoni intra-Komunitarja tal-merkanzija titqies li saret meta l-fornitura ta' merkanzija simili titqies li saret fit-territorju tal-pajjiż.

    2. Għall-akkwisizzjoni intra-Komunitarja tal-merkanzija, it-taxxa trid titħallas fuq il-15-il jum tax-xahar ta' wara dak li fih ikun seħħ l-event fejn irid isir ħlas.

    3. B'deroga mill-paragrafu 2, it-taxxa trid titħallas malli toħroġ il-fattura meta l-fattura tinħareġ lill-persuna li qed jakkwista l-merkanzija qabel id-data stabbilita fil-paragrafu 2.

    4. B'deroga mill-Artikolu 10(2)u(3), il-fornituri ta' merkanzija iridu jħallsu t-taxxa skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ(A) fil-15-il jum tax-xahar ta' wara dak li fih ikun sar l-event li għandu jsir ħlas dwaru.

    Madankollu t-taxxa trid titħallas malli toħroġ il-fattura meta l-fattura toħroġ qabel il-15-il jum tax-xahar ta' wara dak li fih ikun sar l-event li għandu jsir ħlas dwaru.

    Artikolu 28e

    Ammont taxxabbli u r-rata li tgħodd

    1. Fil-każ ta' akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija, l-ammont taxxabbli jkin stabbilit fuq il-bażi ta' l-istess elementi użati skond l-Artikolu 11(A) biex isir magħruf l-ammont taxxabbli għall-fornitura ta' l-istess merkanzija fit-territorju tal-merkanzija. B'mod partikolari fil-każ ta' akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija imsemmija fl-Artikolu 28a(6), l-ammont taxxabbli jkun iddeterminat skond l-Artikolu 11(A)(1)(b).

    Stati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-dazju dovut je wimħallas mill-persuna li tkun qed tagħmel l-akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' prodott suġġett għal dazju ikun inkluż fl-ammont taxxabbli skond l-Artikolu 11(A)(2)(a).

    2. Ir-rata ta' taaxxa li tgħodd għall-akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija tkun dik li tkun qegħda fis-seħħ meta ssir dovuta t-taxxa.

    3. Ir-rata ta' taxxa li tgħodd għall-akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija tkun dik li tintuża għall-fornitura ta' merkanzija simili fit-territorju tal-pajjiż.

    Artikolu 28f

    Id-dritt tat-tnaqqis

    1. "2. Sakemm il-merkanzija u s-servizi jintużaw għall-iskop tat-transazzjonijiet taxxabbli tagħha, il-persuna taxxabbli tkun intitolata li tnaqqas mit-taxxa li għandu jħallas:

    (a) taxxa fuq il-valur miżjud imħalsa għal merkanzija jew servizzi pprovduti jew li se jkunu pprovduti lilha minn persuna taxxabbli oħra li għandha tħallas it-taxxa fit-territorju tal-pajjiż;

    (b) taxxa fuq il-valur miżjud dovut jew imħallas għal merkanzija importata fit-territorju tal-pajjiż;

    (ċ) taxxa fuq il-valur miżjud dovuta skond l-Artikoli 5(7) (a), 6(3) u 28a(6);

    (d) taxxa fuq il-valur miżjud dovuta skond l-Artikolu 28a(1)(a).

    3. Stati Membri jagħtu lil kull persuna taxxabbli d-dritt għat-tnaqqis jew rimborsament tat-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmi fil-paragrafu 2 sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall:

    (a) transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-attivitajiet msemmijin fl-Artikolu 4(2), li jkunu sara f'pajjiż ieħor, li jkunu jistgħu jitnaqqsu kieku saru fit-territorju tal-pajjiż;

    (b) transazzjonijiet li huma eżenti skond l-Artikolu 14(1)(i), 15, 16 (1) (B), (Ċ), (D) jew (E) jew (2) jew 28ċ (A);

    (ċ) Kull transazzjoni eżenti skond l-Artikolu 13(B) (a) u (d) (1) sa (5), meta l-klijent ikun stabbilit barra l-Komunità jew meta dawkw it-transazzjonijiet ikunu marbutin direttament mal-merkanzija li se tkun esportata lejn pajjiż li mhux fil-Komunità.

    4. Ir-rimborsament tat-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmi fil-paragrafu 3 isir:

    - lil persuni taxxabbli li mhux stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż imma li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor skond ir-regoli ta' implimentazzjoni iddettaljati stabbiliti fid-Direttiva 79/1072/KEE [10].

    - Lil persuni taxxabbli li mhux stabbiliti fit-territorju tal-Komunità, skond ir-regoli ta' implimentazzjoni iddettaljati stabbiliti fid-Direttiva 85/560/KEE [11]."

    .

    2. "1. Biex teżerċita d-dritt tat-tnaqqis persuna taxxabbli trid:

    (a) għal tnaqqis skond l-Artikolu 17(2)(a), irid ikollha fattura imħejjija skond l-Artikolu 22(3);

    (b) għal tnaqqis skond l-Artikolu 17(2)(b), irid ikollha dokument li jsemmiha bħala ir-riċevitur jew importatur u jiddikjara jew jippermetti l-kalkolu ta' l-ammont ta' taxxa dovut;

    (ċ) għal tnaqqis skond l-Artikolu 17(2)(ċ), taqbel mal-formalitajiet stabbiliti minn kull Stat Membru;

    (d) meta tkun meħtieġa tħallas it-taxxa bħala klijent jew xerrej, fejn l-Artikolu 21(1) jgħodd, taqbel mal-formalitajiet stabbiliti minn kull Stat Membru;

    (e) għal tnaqqis skond l-Artikolu 17(2)(d) stabbiliti fid-dikjarazzjoni fl-Artikolu 22 (4) it-tagħrif kollu meġtieġ biex l-ammont tat-taxxi dovut fuq l-akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji tagħha ikunu jistgħu jinħadmu u jkollha fattura skond l-Artikolu 22(3)."

    3. "3a. Stati Membri jistgħu jawtoriżżaw persuna taxxabli li m'għandhiex fattura skond l-Artikolu 22(3) li tagħmel it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 17(2)(d); jiddeterminaw il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti biex iħaddmu din id-dispożizzjoni."

    Artikolu 28ġ

    Persuni li għandhom iħallsu t-taxxa

    "Artikolu 21

    Persuni li jridu jħallsu t-taxxa lill-awtoritajiet

    Li ġejjin iridu jħallsu t-taxxa fuq il-valur miżjud:

    1. fis-sistema interna

    (a) il-persuna taxxabbli li qed tagħmel il-fornitura taxxabbli ta' merkanzija jew servizzi li mhux wieħed mill-provvista ta' servizzi msemmijin f'(b)

    Meta l-fornitura taxxabbli ta' merkanzija jew servizzi ssir minn persuna taxxabbli stabbilita barra, Stati Membri jistgħu jaddottaw arranġamenti fejn it-taxxa titħallas minn persuna oħra. Fost affarijiet oħrajn, rappresentattiv tat-taxxa jew il-persuna li għaliha tkun qed issir il-fornitura taxxabbli ta' merkanzija jew servizzi tista' tkun innominata bħala dik il-persuna l-oħra. Stati Membri jistgħu ukoll jipprovdu li xi ħadd ieħor li mhux il-persuna taxxabbli jista' jkun responsabbli konġunt imma separatament għall-ħlas tat-taxxa;

    (b) Il-klijent għal servizz imsemmi fl-Artikolu 9(2)(e) jew l-Artikolu 28b(¬), (D) jew (E) u jsiru minn persuna taxxabbli stabbilita barra.

    Madankollu, Stati Membri jistgħu jitolbu li l-provvedur ta' servizzi jinżamm responsabli konġunt imma separatament għall-ħlas tat-taxxa;

    (ċ) kull persina li ssemmi t-taxxa fuq il-valur miżjud fuq fattura jew xi dokument ieħor li jservi ta' fattura;

    (d) kull persuna li tagħmel akkwisizzjoni intra-Komunitarja taxxabbli ta' merkanzija. Fejn akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija issir minn persuna stabbilita barra. Stati Membri jistgħu jaddottaw arranġamenti li bihom it-taxxa titħallas minn persuna oħra. Fost affarijiet oħrajn, rappresentant tat-taxxa jista' jkun innominat bħala l-persuna l-oħra. Stati Membri jistgħu ukoll jipprovdu li xi ħadd ieħor li mhux il-persuna li tkun għamlet l-akkwisizzjoni intra-Komunitarja jista' jkun responsabbli konġunt imma separatament għall-ħlas tat-taxxa;

    2. ma' l-importazzjoni: il-persuna jew persuni innominati jew aċċettati li miżmuma responsabbli mill-Istat Membru li qed tkun importata l-merkanzija għal ġo fih."

    Artikolu 28g

    Obbligi tal-persuni li jagħmlu l-ħlas

    "Artikolu 22

    Obbligi fis-sistema interna:

    1. (a) Kull persuna taxxabbli trid tiddikjara meta tibda, tinbidel jew tieqaf l-attivita tagħha bħala persuna taxxabbli.

    (b) Mingħajr preġudizzju għal (a) kull persuna taxxabbli msemmija fl-Artikolu 28a (1) (a), fit-tieni sottoparagrafu, trid tiddikjara li tkun qed tagħmel akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta' merkanzija meta l-kondizzjonijiet biex tingħata d-deroga f'dak l-Artikolu ma jkunux sodisfatti.

    (ċ) Stati Membri iridu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jidentifikaw, b'numru individwali:

    - kull persuna individwali, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 28a(4), li jipprovdu merkanzija jew servizzi fit-territorju tal-pajjiż u li b'hekk tingħata d-dritt għal tnaqqis, ħlief provvista ta' servizzi li l-klijent biss itħallas it-taxxa fuqhom skond l-Artikolu 21(1)(b). Madankollu Stati Membri m'għandhomx għalfejn jidentifikaw persuni msemmija fl-Artikolu 4(3).

    - kull persuna taxxabbli msemmija fil-paragrafu 1 (b) u kull persuna taxxabbli li tuża l-opzjoni li hemm provvediment għaliha fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 28a(1)(a).

    (d) Kull numru ta' identifikazzjoni irid ikollu prefiss skond l-Istandard Internazzjonali ta' l-ISO Nru 3166 – alfa 2 – li minnu jkun jista' jingħaraf l-Istat Membru.

    (e) Stati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sistemi ta' identifikazzjoni tagħhom jiddistingwu l-persuni taxxabbli msemmija f'(ċ) u li jiżguraw l-applikazzjoni tajba ta' l-arrangament transizzjonali għat-tassazzjoni ta' transazzjonijet intra-Komunitarji kif stabbilit f'dan it-Titolu.

    2. (a) Kull persuna taxxabbli trid iżżomm kontijiet iddettaljati biżżejjed biex it-taxxa fuq il-valur miżjud tkun tista' tkun applikata u spezzjonata mill-awtorita tat-taxxa.

    (b) Kull persuna taxxabbli trid iżżomm reġistru tal-merkanzija li tkun bagħtet jew ittrasportat jew li ntbagħtet jew kienet ittrasportata f'isimha ’il barra mit-territorju ddefinit fl-Artikolu 3 imma fil-Komunità għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet imsemmijin fir-raba', l-ħames, is-sitt u s-seba' inċiżi ta' l-Artikolu 28a.(5) (b).

    Kull persuna taxxabbli trid iżżomm reġistru tal-materjali li tkun irċeviet minn Stati Membri oħrajn jew għan-nom ta' persuna taxxabbli oħra identifikata għal skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud f'dak l-Istat Membru l-ieħor bil-ħsieb ta' fornitura ta' xogħol b'kuntratt lil dik il-persuna taxxabbli.

    3. (a) Kull persuna taxxabbli trid toħroġ fattura, jew xi dokument ieħor li jservi ta' fattura, għal merkanzija u servizzi li tkun forniet jew ipprovdiet lil persuna taxxabbli oħra jew lil persuna legali mhux taxxabbli. Kull persuna taxxabbli trid ukoll toħroġ fattura, jew dokument li jservi ta' fattura, għall-provvista ta' merkanzija msemmija fl-Artikolu 28(b) (B) (1) u għall-merkanzija fornita bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ(A). Persuna taxxabbli trid iżżomm kopja ta' kull dokument maħruġ.

    Kull persuna taxxabbli, bl-istess mod, trid toħroġ fattura għal kull ħlas li jsirilha fil-kont qabel il-fornitura ta' merkanzija imsemmija fl-ewwel subparagrafu u għal ħlas fil-kont li tirċievi mingħand persuna taxxabbli oħra jew mingħand persuna legali mhux taxxabbli qabel ma titlesta l-provvista ta' servizzi.

    (b) Il-fattura trid tiddikjara b'mod ċar il-prezz qabel it-taxxa u t-taxxa relevanti u kull rata ta' taxxa kif ukoll xi eżenzjonijiet.

    Il-fattura trid turi ukoll:

    - fil-każ tat-transazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 28b (¬), (D) u (E) in-numru li bih tkun identifikata l-persuna taxxabbli fit-territorju tal-pajjiż u n-numru li bih il-klijent ikun identifikat u li ntuża biex ingħata s-servizz.

    - fil-każ tat-transazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 28ċ(A)(a), in-numru li bih tkun identifikata l-persuna taxxabbli fit-territorju tal-pajjiż u n-numru li bih tkun identifikata fi Stat Membru ieħor il-persuna li qed takkwista l-merkanzija

    - fil-każ ta' fornitura ta' mezzi ġodda ta' trasport, il-partikolari speċifikati fl-Artikolu 28a(2).

    (ċ) Stati Membri jistabilixxu l-kriterji li jiddeterminaw jekk dokument jistax jitqies bħala fattura.

    4. (a) Kull persuna taxxabbli tissometti ritorn sa żmien stipolat mill-Istati Membri. Dak iż-żmien stipolat ma jistax ikun iktar minn xahrejn wara l-għeluq ta' kull perjodu ta' taxxa. L-Istati Membri jiffissaw il-perjodu ta' taxxa għal xahar, xahrejn jew tliet xhur. Stati Membri jistgħu, madankolu, jagħżlu żminijiet differenti sakemm ma jaqbżux sena waħda.

    (b) Ir-ritorn jagħti l-informazzjoni kollha maħtieġa biex tinħadem it-taxxa li trid titħallas u t-tnaqqis li jrid isir inkluż, fejn jgħodd, u sakemm jidher meħtieġ biex tkun stabbilita l-bażi ta' l-istima, il-valur totali tat-transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn it-taxxi u tnaqqis u l-valur ta' xi transazzjonijiet eżenti.

    (ċ) Ir-ritorn irid jistabbilixxi ukoll:

    - minn banda waħda, il-valur totali, tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-fornitura tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 28ċ(A) li trid titħallas it-taxxa fuqha matul dak il-perjodu

    Li ġej irid jiżdied ukoll: il-valur totali, tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-fornitura tal-merkanzija msemmija fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(1)(a) u fl-Artikolu 28b(B)(1) li tkun saret fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u li fuqha jrid jitħallas it-taxxa fil-perjodu tar-ritron fejn il-post minn fejn intbagħtet jew kienet ittrasportata l-merkanzija tinsab fit-territorju tal-pajjiż.

    - mill-banda l-oħra, il-valur totali, tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud, ta' l-akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji ta' merkanzija msemmijin fl-Artikolu 28a(1) u (6) li trid titħallas it-taxxa fuqhom.

    Li ġej irid jiżdied ukoll: il-valur totali, tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-fornitura tal-merkanzija msemmija fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(1)(a) u fl-Artikolu 28b(B)(1) li tkun saret fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u li fuqha jrid jitħallas it-taxxa fil-perjodu tar-ritron fejn il-post minn fejn intbagħtet jew kienet ittrasportata l-merkanzija tinsab fit-territorju tal-pajjiż.

    5. Kull persuna taxxabbli trid tħallas l-ammont nett tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovut meta tagħti r-ritorn. Stati Membri jistgħu, madankollu, jistabbilixxu data differenti biex jitħallas dak l-ammont jew jistgħu jitolbu ħlas proviżorju.

    6. (a) Stati Membri jistgħu jitolbu li persuna taxxabbli tagħti dikjarazzjoni, inklużi l-partikolari speċifikati fil-paragrafu 4, dwar it-transazzjonijiet li saru fis-sena ta' qabel. Dik id-dikjarazzjoni tipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ għal xi aġġustamenti.

    (b) Kull persuna taxxabbli identifikata għall-skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud trid ukoll tagħti dikjarazzjonijiet rikapitulattivi tal-persuni li akkwistaw merkanzija għal skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud li mingħandha, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ(A).

    Id-dikjarazzjoni rikapitulativa titħejja għal kull tliet xhur kalendarji fi żmien u skond il-proċeduri ddeterminati mill-Istati Membri, li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-asam tat-taxxazzjoni indiretta ikunu dejjem imħarsa.

    Id-dikjarazzjoni rikapitulattiva trid tistabbilixxi:

    - in-numru li jidentifika l-persuna taxxabbli għal skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud fit-territorju tal-pajjiż u li bih forniet il-merkanzija skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ(A).

    - in-numru li jidentifika kull persuna li akkwistat merkanzija għal skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud fi Stat Membru ieħor u li intuża biex il-merkanzija ingħatatilha u, fejn jgħodd, indikazzjoni li l-fornitura tal-merkanzija kif iddefinit fl-Artikolu 28a (5)(a) saret lill-persuna li akkwistat dik il-merkanzija.

    - għal kull persuna li takkwista merkanzija, il-valur totali tal-fornitura tal-merkanzija li tkun saret mill-persuna taxxabbli. Dawk l-ammonti jkunu ddikjarati għat-tliet xhur kalendarji li trid titħallas it-taxxa fuqhom.

    Id-dikjarazzjoni rikapitulattiva tistabbilixxi ukoll:

    - għall-fornitura ta' merkanzija li tiġi taħt l-Artikolu 28ċ(A)(ċ), in-numru li jidentifika lil-persuna taxxabli għal skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud fit-territorju tal-pajjiż, in-numru li jidentifikha fl-Istat Membru fejn wasal li ntbagħat jew li kien ittrasportat u l-valur tal-merkanzija fornita iddeterminat skond l-Artikolu 28e(1).

    - l-ammonti ta' aġġustamenti li jkunu saru skond l-Artikolu 11(¬) (1). Dawk l-ammonti jkunu ddikkjarati għat-tliet xhur kalendarji li matulhom il-persuna li akkwistat il-merkanzija tkun innotifikata bl-aġġustament.

    Meta l-merkanzija tintbagħat jew tkun ittrasportata minn persuna taxxabbali, jew għan-nom tagħha, ’il barra mit-territorju ddefinit fl-Artikolu 3 imma fil-Komunità, bil-ħsieb ta' forniment lil persuna taxxabbli b'kuntratt ta' xogħol bil-kondizzjonijiet stabbilti fl-Artikolu 28a (5)(a), id-dikjarazzjoni rikapitulattiva imħejjija għat-tliet xhur li matulhom il-merkanzija ntbagħtet jew kienet ittrasportata tistabbilixxi:

    - in-numru li jidentifika lill-persuna taxxabbli għal skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud fit-territorju ta' l-Istat Membru minn fejn titlaq il-merkanzija li tkun intbagħtet jew li tkun ittrasportata.

    - in-numru li jidentifika lill-persuna taxxabbli li tkun intbagħtitilha l-merkanzija, b'kuntratt ta' xogħol, fl-Istat Membru fejn tasal il-merkanzija li tkun intbagħtet jew li tkun ittrasportata.

    - dikjarazzjoni li l-merkanzija intbagħtet jew kienet ittrasportata bil-kondizzjonijiet imsemmijin hawn fuq, għal skopijiet ta' kuntratt ta' xogħol li fiżikament ikun sar fl-Istat Membru ta' fejn wasal dak li ntbagħat jew li kien ittrasportat.

    (ċ) B'deroga minn (b), Stati Membri jistgħu:

    - jitolbu li tkun arkivjata dikjarazzjoni rikapitulativa kull xahar.

    - jitolbu li jkun hemm iżjed partikolari fuq id-dikjarazzjoni rikapitulativa

    (d) Fil-każ ta' fornitura ta' mezz ġdid ta' trasport li tkun saret bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ(A) (b) minn persuna taxxabbli identifikata għal skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud lil xerrej mhux identifikat għal skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud jew minn persuna taxxabbli kif iddefinit fl-Artikolu 28a(4). Stati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-bejjiegħ jagħti t-tagħrif kollu biex tista' tkun applikata t-taxxa fuq il-valur miżjud u tkun spezzjonata mill-awtorita tat-taxxa.

    (e) Stati Membri jistgħu jitolbu lil persuni taxxabbli li fit-territorju tal-pajjiż jagħmlu akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji ta' merka kif iddefiniti fl-Artikolu 28a(1)(a) u (6) biex jagħtu dikjarazzjonijiet li jkun fihom dettalji ta' dawn l-akkwisizzjonijiet sakemm dawn id-dikjarazzjonijiet ma jintalbux għal fuq medda ta' żmien iqsar minn xahar.

    Stati Membri jistgħu jitolbu ukoll lil persuni li jagħmlu akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji ta' mezzi ġodda ta' trasport kif iddefinit fl-Artikolu 28a(1)(b) biex jipprovdu, meta jagħtu r-ritorn imsemmi fil-paragrafu 4, it-tagħrif kollu meħtieġ biex tista'tkun applikata t-taxxa fuq il-valur miżjud u tista' tkun spezzjonata mill-awtorita tat-taxxa.

    7. Stati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-persuni li, skond l-Artikolu 21(1)(a) u (b), meqjusa obbligati li jħallsu t-taxxa flok persuna taxxabbli stabbilita barra jew li huma obbligati konġuntament imma separatament li jħallsu t-taxxa, iħarsu l-obbligi hawn fuq li għandhom x'jaqsmu mad-dikjarazzjoni u ħlas.

    8. Stati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa għall-ġbir tajjeb ta' taxxa u biex ma ssirx evażjoni, suġġetti għall-ħtieġa ta' trattament indaqs ta' transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta' fruntieri.

    9. (a) Stati Membri jistgħu iħollu minn xi uħud mill-obbligi jew minn kollha:

    - persuni taxxabbli li jfornixxu biss merkanzija jew jipprovdu servizzi eżenti skond l-Artikoli 13 u 15.

    - persuni taxxabbli eliġibbli għal eżenzjoni mit-taxxa li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 24 u għad-deroga fl-Artikolu 28a(1)(a), it-tieni sottoparagrafu.

    - persuni taxxabbli li ma jagħmlu xejn mit-transazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 (ċ)

    (b) Stati Membri jistgħu iħollu persuni taxxabbli barra minn dawk imsemmijin f'(a) minn xi uħud mill-obbligi msemmijin f'2(a).

    (ċ) Stati Membri jistgħu iħollu persuni taxxabbli mill-ħlas ta' taxxa dovuta meta l-ammont tant ikun żgħir li jista' jkun injorat.

    10. Stati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li persuni legali li mhux taxxabbli li huma obbligati iħallsu t-taxxa għal akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji ta' merkanzija li taqa' taħt l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 28a(1)(a) iħarsu l-obbligi hawn fuq li għandhom x'jaqsmu ma' dikjarazzjoni u ħlas u li huma identifikati b'numru individwali kif iddefinit fil-paragrafu 1 (ċ), (d) u (e).

    11. Fil-każ ta' akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji ta' mezzi ġodda ta' trasport li jiġu taħt l-Artikolu 28a (1)(b). Stati Membri jaddottaw arranġamenti għal dikjarazzjonijiet u ħlas sussekwenti.

    12. Il-Kunsill, b'aġir unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jawtoriżża kull Stat Membru biex jintroduċi miżuri partikolari biex jissimplifikaw l-obbligi ta' dikjarazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6(b). Miżuri biex jissimplifikaw, ta' dan it-tip, li ma jtellfux mill-issorveljar tajjeb ta' transazzjonijiet intra-Komunitarji jistgħu ikunu kif ġej:

    (a) Stati Membri jistgħu jawtorizzaw persuni taxxabbli li jilqgħu it-tliet kondizzjonijiet li ġejjin biex jirreġistraw dikjarazzjonijiet rikapitulativi ta' sena li jkun fihom in-numri li jidentifikaw il-persuni li rċevew merkanzija mingħand dawk il-persuni taxxabbli skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ(A) għal skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud fi Stati Membri oħra:

    - il-valur totali annwali, tnaqqas il-valur tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-fornitura ta' merkanzija jew provvista ta' servizzi, kif iddefinit fl-Artikoli 5,6 u 28(a)(5), ma jaqbiżx l-ammont ta' flus li jinħadem b'iktar minn ECU 35000, li jintuża bħala referenza għall-applikazzjoni ta' l-eżenzjoni mit-taxxa li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 24.

    - il-valur totali tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud, ta' fornitura ta' merkanzija li jkunu għamlu bil-kondizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 28ċ(A) ma jaqbiżx l-ekwivalent ta' ECU 15000 fil-munita lokali.

    - fornitura ta' merkanzija li jkunu għamlu bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ (A) li mhumiex mezzi ġodda ta' trasport;

    (b) Stati Membri li jistabbilixxu ż-żmien għall-persuni taxxabbli, biex jagħtu r-ritorni li hemm provvediment għalihom fil-paragrafu 4, għal iktar minn tliet xhur jistgħu jawtoriżżaw lil dawn il-persuni li jagħtu dikjarazzjonijiet rikapitulativi għall-istess żmien fejn dawk il-persuni taxxabbli jissodisfaw it-tliet kondizzjonijiet li ġejjin:

    - il-valur annwali totali, tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-merkanzija u s-servizzi li jipprovdu, kif iddefinit fl-Artikoli 5, 6 u 28a (5), ma jaqbżux l-ekwivalent ta' ECU 200000 fil-munita nazzjonali.

    - il-valur totali annwali, tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-merkanzija u s-servizzi li jipprovdu, kif iddefinit fl-Artikolu 28ċ (A), ma jaqbżux l-ekwivalent ta' ECU 15000 fil-munita nazzjonali.

    - fornitura ta' merkanzija li jkunu għamlu huma bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ (A) mhumiex mezzi ġodda ta' trasport

    Artikolu 28i

    Skema speċjali għal impriżi żgħar

    "Jiġri x'jiġri, fornitura taa' mezzi ġodda ta' trasport li tkun saret taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ (A) jitħallew barra mill-eżenzjoni mit-taxxa fil-paragrafu 2."

    Artikolu 28j

    Skemi komuni ta' rata fissa għall-bdiewa

    1. "Meta jeżerċitaw din l-opzjoni, Stati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jkun hemm applikazzjoni tajba ta' l-arranġamenti transizzjonali għat-tassazzjoni ta' transazzjonijiet intra-Komunitarji kif stabbilit fit-Titolu XVIa."

    2. "5. Il-preċentwali b'rata fissa li hemm provvediment għalihom fil-paragrafu 3 ikunu jgħoddu għall-prezzijiet, mingħajr taxxa, ta':

    (a) prodotti agrikoli forniti minn bdiewa b'rata fissa lil persuni taxxabbli li mhumiex dawk eliġibbli għall-iskema tar-rata fissafit-territorju tal-pajjiż, li hemm provvediment għaliha f'dan l-Artikolu;

    (b) prodotti agrikoli forniti minn bdiewa b'rata fissa, bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ (A) lil persuni legali mhux taxxabbli mhux eliġibbli, fl-Istat Membru ta' fejn jaslu l-prodotti agrikoli li jkunu ntbagħtu jew ikunu ttrasportati forniti b'dan il-mod, għad-deroga li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 28a(1)(a), fit-tieni sottoparagrafu;

    (ċ) Servizzi agrikoli pprovduti minn bdiewa b'rata fissa lil persuni taxxabbli li mhumiex dawk eliġibbli fit-territorju tal-pajjiż għall-iskema ta' rata fissa li hemm provvediment għaliha f'dan l-Artikolu.

    Dan il-kumpens jeskludi kull għamla oħra ta' tnaqqis.

    6. fil-każ ta' fornitura ta' prodotti agrikoli u provvista ta' servizzi agrikoli imsemmijin fil-paragrafu 5, Stati Membri jipprovdu għall-kumpens b'rata fissa jista' jitħallas jew:

    (a) mix-xerrej jew mill-klijent. F'dak il-każ, ix-xerrej jew klijent taxxabbli ikun awtoriżżat, kif hemm provvediment fl-Artikolu 17 u skond il-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri, biex l-ammont ta' kumpens b'rata fissa li jkun ħallas lill-bdiewa b'rata fissa jitnaqqas mit-taxxa li għandu jħallas fit-territorju tal-pajjiż.

    Stati Membri jirrimbursaw l-ammont ta' kumpens b'rata baxxa li x-xerrej jew il-klijent ikun ħallas lill-bdiewa b'rata fissa għall dawn it-transazzjonijiet li ġejjin:

    - fornituri ta' prodotti agrikoli li jkunu saru bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ (A) lil persuni taxxabbli, jew lil persuni legali mhux taxxabbli li jaġixxu hekk fi Stat Membru ieħor li fih mhumiex eliġibbli għad-deroga lli hemm provvediment għaliha fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 28a(1)(a).

    - fornituri ta' prodotti agrikoli li jkunu saru bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15 u fl-Artikolu 16(1)(B), (D) u (E) lil xerrejja taxxabbli stabbiliti barra mill-Komunità, sakemm il-prodotti jintużaw mix-xerrejja stess għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 17(3)(a) u (b) jew għall-iskopijiet ta' servizzi li jitqiesu li ngħataw fit-territorju tal-pajjiż u li fuqhom it-taxxa titħallas biss mill-klijent taħt l-Artikolu 21(1)(b).

    - provvisti ta' servizzi lil klijenti taxxabbli stabbiliti fil-Komunità imma fi Stati Membri oħrajn jew lil klijenti taxxabbli stabbiliti barra mill-Komunità, sakemm is-servizzi jintużaw minn dawk il-klijenti għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 17(3) (a) u (b) u għall-iskopijiet ta' servizzi li jitqiesu li ngħataw fit-territorju tal-pajjiż u li t-taxxa fuqhom trid titħallas biss mill-klijenti taħt l-Artikolu 21(1)(b).

    Stati Membri jiddeterminaw il-metodu ta' kif għandhom isiru r-rimborsi; b'mod partikolari jistgħu japplikaw l-Artikolu 17(4); jew

    (b) bl-awtoritajiet pubbliċi."

    3. "Kull meta jeżerċitaw l-opzjoni li hemm provvediment għalihom f'dan l-Artikolu, Stati Membri jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li l-istess metodu ta' tassazzjoni jintuża għall-fornitura ta' prodotti agrikoli li tkun saret bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28b(B)(1), kemm jekk il-fornitura tkun saret minn bidwi b'rata fissa kif ukoll minn persuna taxxabbli li mhux bidwi b'rata fissa."

    Artikolu 28k

    Dispożizzjonijiet mixxellanji

    Id-dispożizzjonijiet li ġejjin jibqgħu jgħoddu sat-30 ta' Ġunju 1999:

    1. Stati Membri jistgħu jeżentaw provvisti minn ħwienet fejn ma titħallasx taxxa ta' merkanzija li jinġarru f'bagoll personali ta' vjaġġaturi fuq titjiriet intra-Komunitarji jew qsim ta' baħar lil Stati Membri oħrajn. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu:

    (a) "ħanut fejn ma titħallasx taxxa" ifisser kull stabbiliment f'ajruport jew port li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorita pubblika kompetenti skond, b'mod partikolari, il-paragrafu 5;

    (b) "vjaġġatur għal Stat Membru ieħor" tfisser kull passiġġier li jkollu dokument ta' trasport għall-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar li jgħid li d-destinazzjoni hi ajruport jew port li qiegħed fi stamieħor;

    (ċ) "titjira intra-Komunitarja jew qsim il-baħar intra-Komunitarju" tfisser kull trasport, bl-ajru jew bil-baħar, li jibda fit-territorju ta' pajjiż kif iddefinit fl-Artikolu 3, fejn il-post attwali tal-wasla jinsab fi Stat Membru ieħor.

    Fornitura ta' merkanzija li tkun saret minn ħwienet fejn ma titħallasx taxxa tinkludi fornitura ta' merkanzija li ssir abbord ajruplani jew vapuri waqt trasport intra-Komunitarju.

    Din l-eżenzjoni tgħodd ukoll għall-fornitura ta' merkanzija li ssir fil-ħwienet fejn ma titħallasx taxxa fiż-żewġ teminali tal-Mina tal-Kanal Ingliż, għal passiġġieri li jkollhom biljett validu għall-vjaġġ bejn dawk iż-żewġ terminali.

    2. Eliġibilta għall-eżenzjoni li hemm provvediment għaliha fil-paragrafu 1 tgħodd biss għall-fornitura ta' merkanzija:

    (a) Il-valur totali li għal kull persuna u għal kull vjaġġ ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti mid-dispożizzjonijiet tal-Komunità fis-seħħ għaċ-ċaqliq ta' passiġġieri bejn pajjiżi terzi u l-Komunità

    Meta l-valur totali ta' diveri oġġetti jew ta' diversi fornituri ta' merkanzija għal kull persuna għal kull vjaġġ jaqbeż dawk il-limiti, l-eżenzjoni tingħata sa dawk l-ammonti, bil-ftehim li l-valur ta oġġett ma jistax jinqasam;

    (b) Jinvolvu kwantitajiet għal kull persuna għal kull vjaġġ li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti mid-dispożizzjonijiet tal-Komunità fis-seħħ għaċ-ċaqlieq ta' vjaġġaturi bejn pajjiżi terzi u l-Komunità.

    Il-valur ta' fornituri ta' merkanzija li jkunu saru fil-limiti kwantitattivi stabbiliti fis-subparagrafu ta' qabel ma jitqiesux għall-applikazzjoni ta' (a).

    3. Stati Membri jagħtu d-dritt ta' tnaqqis jew ta' rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmi fl-Artikolu 17(2) lil kull persuna taxxabbli sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskop tal-fornitura tal-merkanzija tiegħu eżenti taħt dan l-Artikolu.

    4. Stati Membri li jeżerċitaw l-opzjoni li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 16(2) jagħtu wkoll eliġibilta taħt dak il-provvediment lill-importazzjoni, akkwisizzjonijiet u fornituri intra-Komunitarji ta' merkanzija lil persuna taxxabbli għall-iskopijiet ta' fornitura ta' merkanzija tiegħu skond dan l-Artikolu.

    5. Stati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa li jiżguraw l-applikazzjoni tajba u ċara ta' l-eżenzjonijiet li hemm provvedimenti għalihom f'dan l-Artikolu u biex ma jkunx hemm evazzjoni, skartar jew abbuż.

    Artikolu 28l

    Żmien ta' l-applikazzjoni

    L-arranġamenti transizzjonali li hemm provvediment għalihom f'dan it-Titolu jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993. Qabel il-31 ta' Diċembru 1994, il-Kummissjoni tagħti rapport lill-Kunsill fuq kif qed jaħdmu l-arranġamenti transizzjonali u jagħtu proposti għal sistema definittiva.

    L-arranġamenti transizzjonali jinbidlu b'sistema definittiva għat-tassazzjoni tan-negozju bejn Stati Membri li tkun mibnija fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru minn fejn ġejjin l-merkanzija jew is-servizzi pprovduti. B'dak il-ħsieb, wara li jkun għamel eżami ddettaljat ta' dak ir-rapport u qies li l-kondizzjonijiet għat-transizzjoni għas-sistema definittiva intlaħqu sodisfaċentement, il-Kunsill, b'aġir unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, jiddeċiedi qabel il-31 ta' Diċembru 1995 fuq l-arranġamenti meħtieġa biex tidħol fis-seħħ u titħaddem is-sistema definttiva.

    L-arranġement transizzjonali jidħol fis-seħħ għal erba' snin u jibqa' jgħodd sal-31 ta' Diċembru 1996. Iż-żmien ta' kemm idumu jgħoddu l-arranġamenti transizzjonali jiġġebbdu awtomatikament sad-data tad-dħul fis-seħħ tas-sistema definittiva u jiġri x'jiġri sakemm il-Kunsill ikun iddeċieda fuq is-sistema definttiva.

    Artikolu 28m

    Rata ta' Qlib

    Biex ikun iddeterminat l-ekwivalent fil-muniti nazzjonali ta' ammonti mogħtija bl-ECU f'dan it-Titolu Stati Membri iridu jużaw ir-rata ta' kambju applikabbli fis-16 ta' Diċembru 1991 [12].""

    23. l-Artikolu 33 jinbidel b'li ġej:

    "Artikolu 33

    1. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn tal-Komunità, b'mod partikolari dawk stabbiliti fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ li għandhom x'jaqsmu ma' l-arranġementi ġenerali għaż-żamma, ċaqliq u ssorveljar ta' prodotti suġġetti għal dazju, din id-Direttiva ma żżommx Stat Membru milli jħalli jew idaħħal taxxi fuq kuntratti ta' assigurazzjoni, taxxi fuq imħatri u logħob, dazji ta' sisa, bolol u iktar ġenerali, kull taxxa, dazju jew spejjeż li ma jistgħux ikunu kkaratterizzati bħala taxxi fuq turnover sakemm dawk it-taxxi, dazji jew spejjeż, f'negozju bejn Stati Membri ma jdaħħlux formalitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-qsim ta' fruntieri.

    2. Kull referenza f'din id-Direttiva għal prodotti suġġetti għal sisa tgħodd għall-prodotti li ġejjin kif iddefiniti b'dispożizzjonijiet kurrenti tal-Komunità:

    - żjut minerali

    - alkoħol u xorb alkoħoliku

    - tabakk immanifatturat"

    24. L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

    "Artikolu 33a

    1. merkanzija dieħla fil-Komunità mit-territorji kollha speċifikati fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(3) jew mill-Gżejjer tal-Kanal Ingliż tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a) il-formalitajiet li għandhom x'jaqsmu mad-dħul ta' merkanzija hekk fil-Komunità jitlestew skond ir-Regolament (KEE) Nru 717/91 [13].

    (b) il-proċedura interna ta' transitu fil-Komunità tkun tgħodd meta, mad-dħul fil-Komunità, dik il-merkanzija:

    - maħsuba għal Stat Membru li mhux dak li qegħda fit-territorju tiegħu meta tidħol fil-Komunità

    - maħsuba biex terġa tkun esportata mill-Komunità wara tiswija, tibdil, aġġustament jew xogħol b'kuntratt jew ipproċessar fil-Komunità.

    - titpoġġa f'arranġamenti temporanji ta' importazzjoni fis-sens tad-Direttiva 85/362/KEE

    2. Merkanzija ġejja mill-Komunità u mibgħuta jew ittrasportata lejn xi territorju minn dawk speċifikati fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(3) jew għall-Gżejjer tal-Kanal Ingliż ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a) il-formalitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-esportazzjoni ta' dik il-merkanzija mal-Komunità jitlestew skond ir-Regolament (KEE) Nru 717/91;

    (b) il-proċedura interna ta' transitu fil-Komunità tkun tgħodd meta, mad-dħul fil-Komunità, dik il-merkanzija tkun fornita għall-esportazzjoni fi Stat Membru li mhux dak li l-merkanzija titlaq il-Komunità minnu."

    Artikolu 2

    1. Id-direttivi li ġejjin ma jibqgħux fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1992 rigward relazzjonijiet bejn Stati Membri:

    - Direttiva 83/181/KEE [14], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 89/219/KEE [15],

    - Direttiva 85/362/KEE.

    2. Id-dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud stabbiliti fid-direttiva li ġejja ma jibqgħux fis-seħħ mill-31 ta' Diċembru 1992:

    - Direttiva 74/651/KEE [16], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 88/663/KEE [17],

    - Direttiva 83/182/KEE [18],

    - Direttiva 83/183/KEE [19], kif emendata bid-Direttiva 89/604/KEE [20].

    3. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 69/169/KEE [21] kif emendati l-aħħar bid-Direttiva 91/191/KEE [22] dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud ma jibqgħux fis-seħħ mill-31 ta' Diċembru rigward relazzjonijiet bejn Stati Membri.

    Artikolu 3

    1. Stati Membri jaddattaw is-sistemi preżenti tagħhom tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal din id-Direttiva.

    Idaħħlu fis-seħħ liġijiet, regolamenti u disposizzjoniiet amministrattivi skond il-ħtieġa biex l-arranġamenti addattati b'dan il-mod għall-Artikolu 1(1) sa (20) u (22) sa (24) u 2 ta' din id-direttiva jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993

    2. Stati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jaddottaw biex japplikaw din id-Direttiva.

    3. Stati Membri jgħaddu t-testi lill-Kummissjoni tad-disposizzjonjiet tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam ta' dinid-Direttiva

    4. Meta Stati Membri jaddottaw miżuri hekk iridu jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew meta jippubblikawhom uffiċjalment jagħmlu magħhom referenza hekk.

    Il-mod ta' kif isiru referenzi hekk ikun stabbilit mill-Istati Membri.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Diċembru 1991.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Kok

    [1] ĠU C 252, tat-22.9.1987, p. 2,ĠU C 176, tas-17.7.1990, p. 8 uĠU C 131, tat-22.5.1991, p. 3.

    [2] ĠU C 324, ta' l-24.12.1990, p. 97.

    [3] ĠU C 237, tat-12.9.1988, p. 19,ĠU C 332, tal-31.12.1990, p. 121.

    [4] ĠU C 71, ta' l-14.4.1967, p. 1301/67.

    [5] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1.

    [6] ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 21.

    [7] ĠU L 192. ta' l-24.7.1985 p.20

    [8] ĠU L.133. ta' l-24.5.1990 p.91

    [9] ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 21.ċ

    [10] ĠU L 331, tas-27.12.1979, p. 11.

    [11] ĠU L 326, tal-21.11.1986, p. 40.

    [12] ĠU C 328, tas-17.12.1991, p. 4.

    [13] ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 1.ċ

    [14] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 38.

    [15] ĠU L 92, tal-5.4.1989, p. 13.

    [16] ĠU L 354, tat-30.12.1974, p. 6.

    [17] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 40.

    [18] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 59.

    [19] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 64.

    [20] ĠU L 348, tad-29.11.1989, p. 28.

    [21] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, p. 6.

    [22] ĠU L 94, tas-16.4.1991, p. 24.

    --------------------------------------------------

    Top