EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0673

Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1991 li temenda d-Direttiva 69/169/KEE biex testendi u timmodifika l-eċċezzjonijiet konċessi lid-Danimarka u lill-Irlanda relatati ma’ għajnuniet lill-vjaġġaturi

ĠU L 373, 31.12.1991, p. 33–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2008; Impliċitament imħassar minn 32007L0074

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/673/oj

31991L0673



Official Journal L 373 , 31/12/1991 P. 0033 - 0033
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0031
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0031


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta' Diċembru 1991

li temenda d-Direttiva 69/169/KEE biex testendi u timmodifika l-eċċezzjonijiet konċessi lid-Danimarka u lill-Irlanda relatati ma’ għajnuniet lill-vjaġġaturi

(91/673/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi, sal-31 ta' Diċembru 1991, ir-Renju tad-Danimarka u l-Irlanda jibqgħu jikkwalifikaw għall-eċċezzjonijiet mid-Direttiva 69/169/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/191/KEE [4], rigward l-applikazzjoni tal-livelli ġenerali ta' għajnuniet;

Billi l-eċċezzjonijiet imsemmija jridu jidhru fil-kuntest ta' l-Artikolu 8a tat-Trattat, li jiddefinixxi s-suq intern bħala firxa mingħajr funtieri interni li fih għandu jiġi żgurat il-moviment ħieles ta' l-oġġetti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital u jiddikjara li dan is-suq għandu jkun imwaqqaf progressivament fuq perjodu ta' żmien li jintemm fil-31 ta' Diċembru 1992;

Billi l-waqfien immedjat ta' l-eċċezzjonijiet imsemmija jista’ jirriżulta f'diffikultajiet ekonomiċi għar-Renju tad-Danimarka u għall-Irlanda; billi l-applikazzjoni tagħhom għandha għalhekk tkun imtawla, b'mod modifikat fil-każ ta' l-Irlanda, sal-31 ta' Diċembru 1992,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 69/169/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 7b (1) (b), "95 ECU" għandha tinbidel f‘"150 ECU";

2. fl-Artikolu 7c, "il-31 ta' Diċembru 1991" għandha tinbidel f‘"il-31 ta' Diċembru 1992";

3. L-Artikolu 7d għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 7d

Minkejja l-Artikolu 2(1) u fil-limitu dikjarat fih, l-Irlanda għandha tiġi awtorizzata li tapplika limitu kwantitattiv ta' 30 litru birra għall-vjaġġaturi kollha lejn l-Irlanda sal-31 ta' Diċembru 1992.

Minkejja l-Artikoli 2(1), 4 (1) u 7b (1) (b), l-Irlanda għandha tiġi awtorizzata li tapplika l-limiti li ġejjin sal-31 ta' Diċembru 1992 fuq l-oġġetti involuti fil-kwistjoni mill-vjaġġaturi mill-Irlanda, wara waqfa ta' inqas minn 24 siegħa barra mill-Irlanda:

(a) għall-vjaġġaturi mill-Komunità: 175 ECU, imma l-valur ta' l-unità ma jistax jaqbeż il-110 ECU;

(b) għall-birra, 15-il litru."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattvi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1992.

Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri riferuti fl-ewwel subparagrafu, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif jagħmlu din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet domestiċi li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-19 ta' Dicembru 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Dankert

[1] Opinjoni mogħtija fl-10 ta' Diċembru 1991 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Opinjoni mogħtija fis-17 ta' Diċembru 1991 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, pġ. 6.

[4] ĠU L 94, tas-16.4.1991, pġ. 24.

--------------------------------------------------

Top