Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0068

    Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż

    ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/68/oj

    31991L0068



    Official Journal L 046 , 19/02/1991 P. 0019 - 0036
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0155
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0155


    Id-Direttiva Tal-Kunsill

    tat-28 ta’ Jannar 1991

    dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż

    (91/68/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-operazzjoni armonjuża ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u dik tal-mogħoż ma jkollux ir-riżultati mistennija minnu sakemm id-differenzi bejn il-kondizzjonijiet tas-saħħa fl-Istati Membri jaġixxi bħala restrizzjoni tal-kummerċ intra-Komunitarju;

    Billi sabiex jiġi nkoraġġit dan il-kummerċ huwa rakkomandabbli li jitneħħew dawn id-differenzi u jintroduċu regoli mal-Komunità kollha għall-bejgħ ta’ annimali tar-razza tan-nagħaġ u dik tal-mogħoż f’dak in-negozju; billi dan l-għan jikkontribwixxi wkoll għat-twettieq tas-suq waħdieni;

    Billi sabiex ikunu eleġibbli għal-kummerċ intra-Komunitarju, annimali tar-razza tan-nagħaġ u dik tal-mogħoż għandhom jilħqu ċerti ħteġijiet għas-saħħa ta’ l-annimali mfassla sabiex tkun evitata l-imxija ta’ mard infettiv u li jista’ jittieħed;

    Billi l-ħtiġiet applikabbli għas-saħħa ta’ l-annimali għandhom ivarjaw skond l-iskop li għalih l-annimali jkunu mibjugħa;

    Billi s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u dik tal-mogħoż mhijiex l-istess fit-territorju kollu tal-Komunità; billi referenzi għandhom għalhekk isiru għal "reġjuni" kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali tal-fart u l-majjali [4], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva 90/425/KEE [5], meta jkunu trattati partijiet minn dak it-territorju;

    Billi m’għandux ikun hemm barrrieri għall-kummerċ bejn ir-reġjuni meta l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali ikunu l-istess;

    Billi għandha ssir dispożizzjoni biex il-Kummissjoni titħalla tapprova ċerti ħtiġiet addizzjonali fid-dawl tal-progress magħmul minn Stat Membru fil-qirda ta’ ċertu mard, basta li dawk il-ħtiġiet ma jeċċedux fl-ebda każ dawk applikati nazzjonalment mill-Istat Membru kkonċernat;

    Billi sabiex tkun evitata l-imxija tal-mard infettiv u li jittieħed, kondizzjonijiet għandhom ikunu mfassla rigward it-trasport ta’ l-annimali għal-post tad-destinazzjoni tagħhom;

    Billi sabiex ikum assigurat li l-ħtiġiet applikabbli ikunu mħarsa, għandha ssir dispożizzjoni għall-introduzzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa li għandu jkun maħruġ minn veterinarju uffiċjali u li għandu jakkumpanja l-annimali tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż sakemm jilħqu l-post tad-destinazzjoni;

    Billi referenza għandha ssir, rigward l-organizzazzjoni u s-segwiment tal-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u rigward il-miżuri protettivi li għandhom jiddaħħlu, fir-regoli generali preskritti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċerti prodotti u annimali ħajjin b’għan tat-twettieq tas-suq intern;

    Billi għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-Kummissjoni titħalla twettaq il-kontrolli tagħha;

    Billi għandha tiddaħħal proċedura li tipprovdi għall-kooperazzjoni effiċjenti u mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Din id-Direttiva tiddefinixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u dik tal-mogħoż.

    L-Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 64/432/KEE għandhom jgħoddu, biż-żieda ta’ dawn li ġejjin:

    1. annimali tar-razza tan-nagħaġ u dik tal-mogħoż għall-qatla ifisser annimali ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ jew tal-mogħoż maħsuba biex jittieħdu jew direttament jew permezz ta’ suq approvat jew assemblea ċentrali lejn il-biċċerija sabiex jinqatlu taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 64/432/KEE;

    2. annimali tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż għat-tagħmir u għas-simna: annimali tar-razza tan-nagħaġ u dik tal-mogħoż għajr dawk imsemmija fil-punt 1 maħsuba biex ikunu ttrasportati lejn il-post tad-destinazzjoni, direttament jew permezz ta’ suq approvat jew assemblea ċentrali;

    3. razzett/irziezet: razzett/irziezet kif definit fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 90/425/KEE;

    4. razzett tan-nagħaġ jew tal-mogħoż uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi jfisser razzett li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-intestatura I, il-Kapitolu 1 ta’ l-Anness A;

    5. razzett tan-nagħaġ jew tal-mogħoż ħieles mill-bruċellosi jfisser razzett li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness A;

    6. kummerċ ifisser kummerċ bejn l-Istati Membri fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 9(2) tat-Trattat;

    7. mard li għandu jkun innotifikat b’obbligu jfisser mard kif elenkat fis-Taqsimiet I u II ta’ l-Anness B, li s-suspett jew id-dehra tagħhom għandhom ikunu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri;

    8. veterinarju uffiċjali jfisser veterinarju nominat mill-awtorità ċentrali kompetenti ta’ l-Istati Membri;

    9. suq approvat jew assemblea ċentrali jfisser kwalunkwe post, ħlief għar-razzett, fejn l-annimali tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż jinbiegħu, jinxtraw u/jew jiġu miġbura jew mgħobbija, u li huwa konformi ma’ l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 64/432/KEE u l-Artikolu 5(1)(b)(i) tad-Direttiva 90/425/KEE dwar is-swieq approvati jew assemblea ċentrali;

    10. reġjun jfisser parti mit-territorju tal-Komunità kif definit fl-Artikolu 2(o) tad-Direttiva 64/432/KEE.

    L-Artikolu 3

    1. Annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż għall-qatla jistgħu jkunu soġġetti tal-kummerċ biss jekk iwettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4.

    2. Annimali tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż għat-tagħmir jew għas-simna jistgħu jkunu s-soġġetti tal-kummerċ biss jekk iwettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6, mingħajr preġudizzju għal garanziji addizjonali li jistgħu jkunu meħtieġa skond l-Artikoli 7 u 8.

    B’dankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jikkonċedu derogi ġenerali jew illimitati rigward il-moviment ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż għat-tagħmir jew għas-simna, intenzjonati biss għal-mergħa temporanja ħdejn il-fruntieri interni tal-Komunità. L-Istati Membri li jagħmlu użu ta’ din id-deroga għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kontenut tad-derogi mogħtija.

    L-Artikolu 4

    1. Annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż:

    (a) għandhom ikunu identifikati u reġistrati bi qbil mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 90/425/KEE; il-limitu ta’ żmien biex is-sistemi nazzjonali jiġu nnotifikati għall-identifikaazzjoni u tar-reġistrazzjoni ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż jibda jgħodd mid-data ta’ l-addozzjoni ta’ din id-Direttiva;

    (b) m’għandhomx juru l-ebda sinjali kliniċi ta’ mard meta jkunu spezzjonati minn veterinajru uffiċjali, l-ispezzjoni bħal din għandha sseħħ matul l-48 siegħa ta’ qabel it-tagħbija ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż;

    (ċ) ma jistgħux jiġu minn razzett li jkun suġġett ta’ projbizzjoni għal raġunijiet ta’ saħħa u ma kellhomx kuntatti ma’ annimali ġejjin minn dan it-tip ta’ razzett, b’dan huwa mifhum li:

    (i) din il-projbizzjoni tkun marbuta mat-tfaqqigħ ta’ kull tip ta’ mard segwenti, li l-annimali huma suxxettibbli għalih:

    - bruċellosi,

    - rabja,

    - traċna,

    (ii) wara l-qatla ta’ l-aħħar annimal li jsofri minn jew li hu suxxettibli għal waħda mill-mard imsemmi hawn fuq, il-perjodu ta’ żmien ta’ projbizzjoni għandu jkun mill-inqas:

    - 42 jum fil-kaz tal-bruċellosi,

    - 30 jum fil-kaz tar-rabja,

    - 15 jum fil-kaz tat-traċna,

    u ma jistgħux jiġu jew ma kellhomx kuntatti ma’ annimali li jiġu minn razzett lokaliżżat f’żona ta’ protezzjoni stabbilita u li minnha l-annimali huma projbiti li jitilqu bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3(2)(b) (ii) tad-Direttiva 64/432/KEE;

    (d) m’għandhomx ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikati bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE tat-18 ta’ Novembru 1985 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer [6], kif emendata bid-Direttiva 90/423/KEE [7].

    Aktar minn dan, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4a tad-Direttiva 64/432/KEE għandhom ikunu applikabbli.

    2. L-Istati Membri għandhom ukoll jassiguraw li dawn li ġejjin ma jkunux suġġett ta’ kummerċ:

    - annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż li jistgħu jkunu maqtula permezz ta’ programm nazzjonali għall-qerda ta’ mard mhux imsemmi fl-Anness Ċ tad-Direttiva 90/425/KEE jew fil-Kapitolu I ta’ l-Anness B ta’ din id-Direttiva,

    - l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż li ma jistgħux jidħlu fis-suq fit-territorju tagħhom għar-raġunijiet tas-saħħa jew tas-saħħa ta’ l-annimali ġustifikati bl-Artikolu 36 tat-Trattat.

    3. L-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandhom ukoll:

    - ikunu mwielda u mrobbija mit-twelid fit-territorju tal-Komunità,

    - jew, jekk ikunu ġew impurtati, jiġu minn pajjiż terz inkluż fil-lista stabbilita bi qbil mal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ spezzjonijiet tas-saħħa u veterinarji ma’ l-importazzjoni ta’ l-annimali tal-fart u majjali u laħam frisk u prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [8], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/425/KEE, u

    (i) li jilħqu l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti bi qbil ma’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 72/462/KEE,

    (ii) jew, fin-nuqqas ta’ dawn il-kondizzjonijiet, huma soġġetti għal konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2) it-tieni, it-tielet u r-raba’ sotto-paragrafi tad-Direttiva 90/425/KEE.

    L-Artikolu 5

    Mingħajr preġudizzju għal-garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa skond l-Artikolu 7 u 8, annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż għat-tagħmir u għas-simna għandhom jilħqu, b’żieda mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4, li jilħqu — sabiex -ikunu introdotti f’qasam uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi jew b’nagħaġ jew mogħoż ħielsa mill-bruċellosi — rispettivament il-ħtiġiet tal-Kapitolu I. D jew tal-Kapitolu 2. D ta’ l-Anness A.

    L-Artikolu 6

    Mingħajr preġudizzju għal-garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa bi qbil mal-Artikolu 7 u 8, annimali għat-tagħmir għandhom, barra minn hekk, iwettqu l-ħtiġiet li ġejjin:

    (a) Iridu jkunu miksuba minn razzett u iridu jkunu ġew f’kuntatti biss ma annimali minn dak ir-razzettt:

    (i) li fih il-mard segwenti ma kienx ġie dijoniżżat klinikament:

    - fis-sitt xhur preċedenti, agalaktja li tittieħed tan-nagħaġ (Mycoplasma agalactiae) jew agalaktja li tittieħed tal-mogħoż (Mycoplasma agalactiae, M. capricolum, M. Mycoïdes var. mycoïdes ta’ "Kolonja kbira"),

    - fit-12-il xhar preċedenti, paratuberkulożi jew limfadeniti kaswea,

    - fit-tliet snin preċedenti, adenomatożi pulmunarju, Maedi Visna jew artriti/enċefaliti virali tal-mogħoż. B’dankollu, dan il-perjodu ta’ żmien għandu jkun imnaqqas għal 12-il xhar jekk l-annimali infettati bil-Maedi Visna jew bl-artriti/enċefaliti virali tal-mogħoż ikunu ġew maqtula u l-bqija ta’ l-annimali kellhom reazzjoni negattiva għaż-żewġ testijiet rikonoxxuti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15,

    jew, mingħajr preġudizzju għal konformità mal-ħtiġiet ta’ mard ieħor, jipprovdi, għal wieħed jew iktar mill-mard imsemmi aktar’ il fuq, fil-qafas ta’ programm approvat bi qbil mal-Artikolu 7 u 8, garanziji tas-saħħa li huma ekwivalenti għall-istess mard;

    (ii) meta l-ebda fatti ma jissuġġerixxu li l-ħtiġiet tal-punt (i) ma kienux ġew imħarsa, kienet ġiet miġjubha għall-attenzjoni tal-veterinajru uffiċjali responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati tas-saħħa;

    (iii) meta s-sid jiddikjara li m’għandu l’ebda tagħrif ta’ dawn il-fatti u, barra minn dan, jiddikjara bil-miktub li l-annimal jew l-annimali maħsuba għall-kummerċ intra-Komunitarju jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti fil-punt (i);

    (b) b’żieda ma’ dan, f’dak li jirrigwarda l-marda scrapie, għandhom:

    (i) jiġu minn razzett li jissodisfa il-ħtiġiet li ġejjin:

    - ir-razzett ikun is-suġġett ta’ stħarriġ uffiċjali bi qbil ma’ l-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 90/425/KEE,

    - l-annimali għandhom jiġu mmarkati,

    - l-ebda każ tal-marda scrapie ma tkun ġiet ikkonfermata għal mill-inqas sentejn,

    - stħarriġ bil-ġbir ta’ kampjuni jrid jitwettaq fil-ħin tal-qatla fuq in-nagħaġ xjuħ, maħsuba għall-qatla li jiġu minn dak ir-razzett, ħlief meta r-razzett jinsab f’reġjun jew fi Stat Membru li jibbenefika mill-kondizzjonijiet li għandhom jiġu addottati bi qbil ma l-Artikolu 8,

    - annimali femminili jistgħu jiġu introdotti f’dak ir-razzett biss jekk ikunu ġejjin minn razzett li jkun konformi ma l-istess ħtiġiet;

    (ii) inżammu għal żmien kontinwu fuq razzett jew irziezet li huma konformi mal-ħtiġiet stabbiliti f’(i) mit-twelid jew għall-aħħar sentejn;

    (iii) meta jkunu ddestinati għal Stat Membru li jibbenifika, fit-territorju kollu jew f’parti mit-territorju tiegħu, mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 jew 8, jissodisfaw il-garanziji mfassla bis-saħħa ta’ dawk l-Artikoli;

    (ċ) fir-rigward ta’ epididimiti li tittieħed (B. ovis), muntuni mhux imsewwija, għat-tagħmir, għandhom:

    - jiġu minn razzett li fih l-ebda kaz ta’ epididimiti li tittieħed (B. ovis) ma jkun ġie dijoniżżat fl-aħħar tnax-il xhar,

    - jinżammu għal żmien kontinwu f’dak ir-razzett għal 60 ġurnata qabel id-dispaċċ,

    - fit-30 ġurnata ta’ qabel id-dispaċċ għandhom jgħaddu minn testijiet seroloġiċi, b’riżultati negattivi, imwettqa bi qbil ma’ l-Anness D jew għandhom jissodisfaw il-garanziji tas-saħħa ekwivalenti li għandhom ikunu rikonoxxuti permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15;

    (d) iċ-ċertifikat li jaqbel mal-Mudell III ta’ l-Anness E jiddikjara li dawn il-ħtiġiet ikunu ġew milħuqa.

    L-Artikolu 7

    1. Stat Membru li għandhu programm ta’ kontroll nazzjonali obbligatorju jew volontarju jew programm ta’ monitoraġġ nazzjonali għal-mard li jittieħed jew għal-mard infettiv imsemmi fl-Anness B, it-Taqsimiet II u III għal parti jew għat-territorju kollu tiegħu jista’ jippreżenta l-programm imsemmi lill-Kummissjoni, u jispjega b’mod partikolari:

    - it-tqassim tal-mard f’dak l-Istat Membru,

    - ir-raġunijiet għal-programm, billi jingħata qies ta’ l-importanza tal-mard u l-benefiċji tal-programm fir-relazzjoni tan-nefqa relatat miegħu,

    - iż-żona ġeografika li fiha l-programm għandu jkun implimentat,

    - il-kategoriji ta’ l-istatus varji li għandhom ikunu applikati għall-irziezet, il-livelli li għandhom jintlaħqu f’kull kategorija, u l-proċeduri tat-testijiet li jridu jintużaw,

    - il-proċeduri tal-programm ta’ monitoraġġ,

    - l-azzjoni li għandha tittieħed jekk, għal kwalunkwe raġuni, razzett jitlef l-istatus tiegħu,

    - il-miżuri l-oħra li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skond id-dispożizzjonijiet tal-programm huma pożittivi.

    2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ippreżentati mill-Istati Membri. Il-programmi kif definiti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu approvati, b’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1, skond il-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 15. Skond l-istess proċedura, garanziji addizzjonali, ġenerali jew illimitati, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju, għandhom ikunu definiti fl-istess ħin jew l-aktar tard fi żmien tliet xhur wara l-approvazzjoni tal-programmi. Dawn il-garanziji ma jistgħux jaqbżu dawk li l-Istati Membri jimplimentaw nazzjonalment.

    3. Programmi ippreżentati mill-Istati Membri jistgħu jiġu emendati jew issuplementati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15. Emendi jew żidiet tal-programmi li diġà jkunu ġew approvati jew tal-garanziji li ġew definiti bi qbil mal-paragrafu 2 jistgħu jkunu approvati permezz ta’ l-istess proċedura.

    4. Programmi approvati bi qbil ma’ dan l-Artikolu għandhom jibbenefikaw mill-finanzjamenti Komunitarji li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [9] għall-mard u permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti hemmhekk.

    L-Artikolu 8

    1. Meta Stat Membru jikkonsidra li t-territorju tiegħu jew parti mit-territorju huwa ħieles minn waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness B, it-Taqsimiet II u III li għalihom l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż huma suxxettibli, għandu jippreżenta lill-Kummissjoni dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, u jfassal b’mod partikolari:

    - in-natura tal-mard u l-istorja tat-tixrif tagħha fit-territorju tiegħu,

    - ir-riżultati tat-testijiet tas-sorveljanza bbazati fuq investigazzjoni seroloġika, mikrobijoloġika, patologika jew epidemoloġika u fuq il-fatt li l-mard skond il-liġi ikun innotifikat lejn l-awtoritajiet kompetenti,

    - il-perjodu ta’ żmien li fih is-sorveljanza tkun ġiet imwettqa,

    - meta applikabbli, il-perjodu taż-żmien li fih il-vaċċinazzjoni kontra l-marda tkun ġiet ipprojbita u ż-żona ġeografika involuta b’din il-projbizzjoni,

    - l-arranġamenti għall-verifikazzjoni ta’ l-assenza tal-marda.

    2. Il-Kummissjoni għandha teżamina d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ mogħti mill-Istati Membri. Il-garanziji addizzjonali, ġenerali jew illimitati, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju, għandhom ikunu definiti bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 15. Dawn il-garanziji m’għandhomx jeċċedu dawk li l-Istati Membri jimplimentaw nazzjonalment. Meta d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ tkun ippreżentata qabel l-1 ta’ Jannar 1992, deċiżjonijiet dwar garanziji addizzjonali għandhom jittieħdu qabel l-1 ta’ Lulju 1992.

    3. L-Istat Membru ikkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kull bidla fid-dokumentazzjoni ta’ appoġġ speċifikata fil-paragrafu 1 li għandha x’taqsam mal-marda. Il-garanziji definiti kif inhuma stabbiliti fil-paragrafu 2 jistgħu, fid-dawl tan-notifika bħal din, ikunu emendati jew imneħħija bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

    L-Artikolu 9

    Fil-kummerċ bejn l-Istati Membri, annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandhom, matul it-trasport lejn il-post tad-destinazzjoni, ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa, iffirmat minn veterinarju uffiċjali, li jkun konformi ma’ l-Anness E (Mudelli I, II u III), u li għandu jkun imħejji, fil-jum ta’ l-ispezzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 4(1)(b), miktub f’wieħed mill-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni, u għandu jkun validu għal għaxart ijiem. Iċ-ċertifikat għandu jikkonsisti minn folja waħda.

    L-Artikolu 10

    1. Ir-regoli preskritti fid-Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw, partikolarment għall-ispezzjonijiet fl-oriġini, għall-organizzazjoni u l-insegwiment ta’ l-ispezzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, u għall-miżuri protettivi li għandhom ikunu implimentati.

    2. Fl-Anness A, l-Intestatura I tad-Direttiva 90/425/KEE ir-referenza segwenti hija miżjuda:

    "Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż,

    ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19."

    3. Fl-Anness B punt A tad-Direttiva 90/425/KEE, l-ewwel subinċiż huwa mħassar.

    L-Artikolu 11

    1. L-esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, safejn u sakemm huwa meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, iwettqu spezzjonijiet fuq il-post. L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettqu spezzjonijiet għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-esperti għat-twettiq tax-xogħol tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet.

    2. L-arranġamenti ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu addottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 15.

    Ir-regoli applikabli fir-rigward ta’ l-ispezzjonijiet li hemm referenza dwarhom f’dan l-Artikolu għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-istess proċedura.

    L-Artikolu 12

    L-Istati Membri li jimplimentaw sistema alternattiva ta’ kontroll li tipprovdi garanżiji ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 6(a) u (ċ) rigward iċ-ċaqliq ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż fit-territorji tagħhom jistgħu jikkonċedu derogi mill-ispezzjoni li hemm provvediment dwarhom permezz ta’ l-Artikolu 4(1)(b) u mill-obbligazzjoni li jippreżentaw ċertifikat ipprovdut permezz ta’ l-Artikolu 9 fuq bażi reċiproka. Għandhom jgħarrfu il-Kummissjoni b’dan.

    L-Artikolu 13

    Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid qabel l-1 ta’ Jannar 1993 fil-qafas tal-proposti li għandhom x’jaqsmu mat-twettieq tas-suq intern, li dwarhom il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata.

    L-Artikolu 14

    L-Anness A għandu jkun emendat mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni.

    L-Anness B, Ċ u D għandhom ikunu emendati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

    L-Artikolu 15

    1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-president għandu mingħajr dewmien jirreferi l-materja mingħajr dewmien lejn il-Kumitat Veterinarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [10] minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-Kumitat’, jew fuq l-inzjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru.

    2. (a) Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lejn il-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jwassal l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-limitu ta’ żmien li l-president jista’ jimponi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tkun mogħtija mill-maġġoranza kif stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu mgħobbija bil-manjiera kif stabbilita f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

    Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri previsti jekk ikunu bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat.

    (b) Jekk il-miżuri previsti ma jkunux bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lejn il-Kunsill proposta li tirrrigwardja l-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.

    Jekk, meta jiskadu t-tliet xhur mid-data tar-riverta lejn il-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom ikunu addotti mill-Kummissjoni, għajr meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-imsemmija miżuri b’maġġoranza sempliċi.

    L-Artikolu 16

    Il-Kummissjoni tista’, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, taddotta — għal perjodu ta’ tliet snin — il-miżuri tranżitorji meħtieġa biex jiffaċċilitaw il-bidla għall-arranġamenti ġodda li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva.

    L-Artikolu 17

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma:

    (i) l-Artikoli 7 u 8 ta’ din id-Direttiva xahrejn wara d-data tan-notifika tagħha, b’hekk huwa mifhum lid-dispożizzjonijiet nazzjonali korrespondenti għandhom jibqu japplikaw sa l-approvazzjoni tal-programmi u fin-nuqqas tal-programmi sad-data li hemm referenza dwarhom f(ii);

    (ii) id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1992.

    2. Meta l-Istati Membri jaddotaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 18

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Jannar 1991.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-C. Juncker

    [1] ĠU C 48, tas-27.2.1989, p. 21.

    [2] ĠU C 96, tas-17.4.1989, p. 187.

    [3] ĠU C 194, tal-31.7.1989, p. 9.

    [4] ĠU 121, tad- 29.7.1964, p. 1977/64.

    [5] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

    [6] ĠU L 315, tas-26.11.1985, p. 11.

    [7] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 13.

    [8] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

    [9] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

    [10] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS A

    IL-KAPITOLU 1

    II. Razzett tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi (B. melitensis)

    A. L-għotja ta’ l-istatus

    Razzett tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi (B. melitensis) jfisser

    1. razzettt:

    (a) li fih l-annimali kollha li huma suxxetibbli għall-bruċellosi (B. melitensis) kienu ħielsa minn sinjali kliniċi jew sinjali oħra tal-bruċellosi (B. melitensis) għal mill-anqas 12-il xahar;

    (b) li jkunu fih l-ebda annimali tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż li kienu ġew imlaqqma kontra l-bruċellosi (B. melitensis), apparti minn dawk imlaqqma għal mill-inqas sentejn preċedenti bil-vaċċina Rev. 1 jew b’xi vaċċina oħra approvata permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva;

    (ċ) li fih żewġ testijiet separati b’intervall ta’ sitt xhur jew aktar ikunu ġew imwettqa, b’riżultati negattivi, bi qbil ma’ l-Anness Ċ fuq l-annimali kollha tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż li jinsabu fir-razzett li għandhom i’il fuqminn sitt xhur età fil-waqt tat-testijiet; u

    (d) li fih, b’segwiment tat-testijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt (ċ), ikun hemm biss annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż imwielda fir-razzett jew li jkunu ġew minn razzett uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi jew razzett ħieles mill-bruċellosi permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt D,

    u li fih, wara l-kwalifika, il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt B jibqgħu jkunu mwettqa;

    2. razzett lokaliżżat fi Stat Membru jew reġjun uffiċjalment rikonoxxut bħala ħieles mill-bruċellosużi bi qbil mal-punt II.

    B. Manteniment ta’ l-istatus

    1. Fil-kaz ta’ rziezet tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) li mhumiex lokaliżżati f’parti tat-territorju rikonoxxut bħala li ħieles mill-bruċellosi, u li fihom, wara l-kwalifika, l-introduzzjoni ta’ l-annimali titwettaq bi qbil mal-ħtiġiet tal-punt D, numru repreżenttativ ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż li għandhom i’il fuqminn sitt xhur għandhom ikunu ttestjati kull sena. Ir-razzett jista’ jżomm l-istatus tiegħu ta’ uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi (B. melitensis) jekk ir-riżultati tat-testijiet ikunu negattivi.

    In-numru repreżenttativ ta’ l-annimali li għandhom ikunu ttestjati għandu, għal kull razzett, jikkonsiti fis-segwenti:

    - l-annimali rġiel kollha mhux imsewwija li għandhom i’il fuqminn sitt xhur,

    - l-annimali kollha miġjuba fir-razzett sa minn wara t-test preċedenti,

    - 25 % tal-femminili li jkunu laħqu l-età tar-riproduzzjoni (i.e. dawk li huma maturi sesswalment) jew dawk li jitħalbu, b’numru minimu ta’ 50 kull-razzett fejn ikun hemm anqas minn 50 minn dawn il-femminili, f’liema kaz il-femminili kollha għandhom ikunu ttestjati.

    2. Għal reġjun li mhux ħieles uffiċjalment mill-bruċellosi li fih aktar minn 99 % ta’ l-irziezet tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż ikunu uffiċjalment iddikkjarati li huma ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis), il-frekwenza tal-verifikar ta’ l-irziezet ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi jista’ jkun estiż għal tliet snin, basta li l-irziezet li ma jkunux uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi għandhom jitqiegħdu taħt kontroll uffiċjali jew għandhom jgħaddu minn programm ta’ l-eradikazzjoni.

    Ċ. Kazi ta’ bruċellosi ssuspettati jew attwali

    1. Meta, f’razzett tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi,

    (a) wieħed jew iktar mill-annimali tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż huma ssospettati li għandhom il-bruċellosi (B. melitensis), l-istatus ta’ uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi tar-razzettt għandu jiġi rtirat mill-awtorità kompetenti. B’dankollu, l-istatus jista’ jiġi sospiż proviżjonalment jekk l-annimal jew l-annimali jiġu meqruda jew iżolati minnufih, fl-istennija ta’ konferma uffiċjali tal-marda jew il-konferma tat-tneħħija uffiċjali tas-sospett ta’ din il-marda;

    (b) il-bruċellosi (B. melitensis) huwa kkonfermat, is-sospensjoni proviżjonali tista’ titneħħa mill-awtorità kompetenti biss jekk l-annimali kollha infettati jew l-annimali kollha tar-razza suxxetibbli għall-infezzjoni jiġu maqtula u żewġ testijiet, separati bintervall ta’ mill-inqas tliet xhur jew iżjed, u mwettqa bi qbil ma’ l-Anness Ċ fuq l-annimali kollha tar-razzett il fuq minn sitt xhur, jagħtu riżultati negattivi.

    2. Jekk ir-razzett imsemmi fil-paragrafu 1 jinsab f’reġjun magħruf bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi (B. melitensis), l-Istati Membri interessati għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

    L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandha:

    (a) toqtol l-annimali infettati kollha u l-annimali kollha tar-razza suxxetibbli għall-infezzjoni fuq ir-razzett ikkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-iżvilupp tas-sitwazzjoni;

    (b) iwettaq investigazzjoni epidemoloġika, u l-merħliet involuti epidemoloġikament mal-merħla infettata għandhom jgħaddu mit-testijiet stabbiliti fil-punt 1(b).

    3. Jekk l-imxija ta’ bruċellosi tiġi kkonfermata bi qbil mal-punt 2, il-Kummissjoni, wara li tkun għamlet estimi taċ-ċirkostanzi ta’ l-imxija ġdida tal-bruċellosi (B. melitensis) għandha tadotta, jekk dik l-istima hekk tiġġustifika, permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, deċiżjoni li tissospendi jew tirtira l-istatus ta’ dak ir-reġjun. Jekk l-istatus ikun imneħħi, il-kondizzjonijiet għal kwalifika ġdida għandhom ikunu speċifikati bi qbil ma’ l-istess proċedura.

    D. Id-dħul ta’ annimali f’razzett tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż uffiċjalment ħieles mill-bruċellosużi (B. melitensis)

    Annimali tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż ma jistgħux jiddaħħlu f’razzett tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi għajr jekk:

    1. - jiġu minn razzett tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi,

    2. jew:

    - jiġu minn razzett ħieles mill-bruċellosi u,

    - huma identifikati individwalment bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(a) ta’ din id-Direttiva,

    - qatt ma kienu mlaqqma kontra l-bruċellosi jew jekk kienu mlaqqma, kienu hekk imlaqqma aktar minn sentejn qabel. B’dankollu, femminili ta’ aktar minn sentejn li kienu mlaqqma qabel l-età ta’ seba xhur jistgħu jiddaħħlu fir-razzett, u

    - li kienu iżolati taħt sorveljanza uffiċjali fuq ir-razzett ta’ l-oriġini u, waqt dan l-iżolament għaddew minn żewġ testijiet separati b’intervall ta’ mill-inqas sitt gimgħat, b’riżultati negattivi, bi qbil ma’ l-Anness Ċ.

    II. Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi

    Kull Stat Membru jew reġjun fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 2(10) ta’ din id-Direttiva jista’ jkun rikonoxxut, permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi:

    1. (a) li fih mill-inqas 99,8 % ta’ l-irziezet tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż huma rziezet uffiċjalment ħelsien mill-bruċellosi;

    jew

    (b) li jwettaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) il-bruċellosi tan-nagħaġ jew tal-mogħoż hija marda li għandha obbligatorjament ikun notifikabbli għal mill-inqas ħames snin;

    (ii) l-ebda kaz ta’ bruċellosi tan-nagħaġ jew tal-mogħoż ma kienet ġiet ikkonfermata għal mill-inqas ħames snin;

    (iii) il-vaċċinazzjoni kienet giet ipprojbita għal mill-inqas tliet snin; u

    (ċ) li dwaru konformità ma’ dawn il-kondizzjonijiet hija stabbilita permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva;

    2. li fih il-kondizzjonijiet elenkati fil-punt 1 kienu ġew sodisfatti; u

    (i) kull sena, kontrolli mingħajr regola partikolari li jitmexxew fuq il-livell jew tar-razzettt inkella tal-biċċerija, juru bi skala ta’ fiduċja ta’ 99 % li anqas minn 0,2 % ta’ l-irziezet kienu infettati, jew mill-anqas 10 % ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż ’il fuq mill-età ta’ sitt xhur kienu għaddew minn test imwettaq bi qbil mal-Anness Ċ b’riżultati negattivi;

    (ii) il-kondizzjonijiet għal-kwalifika jissoktaw ikunu mwettqa.

    IL-KAPITOLU 2

    Razzett tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż ħieles mill-bruċellosi (B. Melitensis)

    A. L-għotja ta’ l-istatus

    A. Razzett tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż huwa kkunsidrat uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi (B. melitensis):

    1. li fih:

    (a) l-annimali suxxetibbli għall-bruċellosi (B. melitensis) kienu ħielsa minn sinjali kliniċi jew sinjali oħra tal-bruċellosi għal mill-inqas 12-il xahar;

    (b) l-annimali kollha tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż kienu ngħataw il-vaċċina, bil-vaċċina Rev. 1 jew xi vaċċina oħra approvata permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva. L-annimali vvaċċinati jridu jkunu irċevew il-vaċċina qabel l-età ta’ seba’ xhur;

    (ċ) żewġ testijiet isseparati b’interval ta’ sitt xhur jew aktar kienu ġew imwettqa, b’riżultati negattivi, bi qbil ma’ l-Anness Ċ fuq l-annimali vvaċċinati kollha tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż li jinsabu fuq ir-razzett li għandhom l-età ta’ aktar minn 18-il xhar fiż-żmien tat-testijiet;

    (d) żewġ testijiet separati b’intervall ta’ sitt xhur jew iżjed kienu ġew imwettqa, b’riżultati negattivi, bi qbil ma’ l-Anness Ċ fuq l-annimali kollha mhux ivvaċċinati tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż li jinsabu fuq ir-razzett li għandhom l-età ta’ aktar minn sitt xhur fiż-żmien tat-testijiet; u

    (e) wara li t-testijiet Imsemmija taħt il-punti (ċ) jew (d) jkunu ġew imwettqa, l-annimali kollha tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż fir-razzett kienu mwielda hemmhekk jew li jiġu minn razzett ħieles mill-bruċellosi skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima D; u

    2. li fih il-ħtiġiet stabbiliti taħt B jissoktaw jkunu mwettqa la darba jkun ġie kwalifikat bħala ħieles mill-bruċellosi.

    B. Manteniment ta’ l-istatus

    Test annwali għandu jitwettaq fuq numru repreżentattiv ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tal-mogħoż fuq kull razzett. Ir-razzett jista’ iżomm l-istatus tiegħu biss jekk ir-riżultati tat-testijiet ikunu negattivi.

    In-numru repreżentattiv ta’ l-annimali li għandhom ikunu ttestjati għandhom, għal kull razzett, jikkonsistu minn:

    - l-annimali maskili kollha mhux imsewwija li għandhom aktar minn sitt xhur u li ma kienux ġew ivvaċċinati,

    - l-annimali irġiel kollha mhux imsewwija ta’ aktar minn 18-il xhar li ma kienux ġew ivvaċċinati,

    - l-annimali kollha li nġiebu fir-razzett sa minn meta seħħ it-test preċedenti,

    - 25 % ta’ l-annimali-femminili li laħqu l-età ta’ riproduzzjoni (maturi sesswalment) jew dawk li qegħdin jitħalbu, bin-numru minimu ta’ 50 għal kull razzettt — apparti minn dawk l-irziezet fejn hemm inqas minn 50 minn dawn l-annimali femminili, f’liema każ l-annimali-femminili kollha għandhom ikunu ttestjati.

    Ċ. Kazi ta’ bruċellosi ssuspettati jew attwali

    1. L-istatus ta’ razzett tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż ħieles mill-bruċellosi għandu jkun irtirat jekk fir-razzett ikun hemm wieħed jew iktar mill-annimali tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż li huma ssospettati li għandhom il-bruċellosi (B. melitensis). B’dana kollu, l-istatus jista’ jkun sospiż proviżjonalment jekk l-annimal jew l-annimali jkunu meqruda jew iżolati minnufih, fl-istennija ta’ konferma uffiċjali tal-marda jew il-konferma tal-qerda uffiċjali tas-sospett ta’ din il-marda.

    2. Jekk il-bruċellosi (B. melitensis) tkun ikkonfermata, is-sospensjoni proviżjonali tista’ titneħħa biss jekk l-annimali kollha infettati jew l-annimali kollha tar-razza suxxetibbli għall-infezzjoni jkunu maqtula u żewġ testijiet, separati b’intervall ta’ tliet xhur jew iżjed, u imwettqa bi qbil ma l-Anness Ċ fuq,

    - l-annimali vvaċċinati kollha ’il fuq minn 18-il xhar,

    - l-annimali kollha mhux ivvaċċinati ’il fuq minn sitt xhur,

    li t-tnejn li huma jagħtu riżultati negattivi.

    D. L-introduzzjoni ta’ l-annimali f’razzett tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż ħieles mill-bruċellosi (B. melitensis)

    Dawn l-annimali biss jistgħu jiddaħħlu f’razzett tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż li huwa ħieles mill-bruċellosi:

    1. L-annimali tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż li jiġu minn razzett tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż li huwa ħieles jew uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi (B. melitensis);

    2. Sad-data stabbilita sabiex l-irziezet li jikkwalifikaw bħala ħielsa mill-bruċellosi bi qbil mal-pjanijiet ta’ l-eradikazzjoni addottati permezz tad-Deċiżjoni 90/242/KEE [1] animmali tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż mill-irziezet għajr dawk li hemm referenza dwarhom fil-punt 1, basta li jilħqu l-kondizzjonijiet segwenti:

    (a) iridu jkunu identifikati individwalment bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(a) ta’ din id-Direttiva;

    (b) għandhom joriġinaw minn razzett li fih l-annimali kollha tar-razza li huma suxxetibbli għal-bruċellosi (B. melitensis) kienu ħielsa minn sinjali kliniċi jew oħrajn tal-bruċellosi (B. melitensis) għal mill-inqas 12-il xahar;

    (ċ) (i) - ma kienux ingħataw vaċċina matul is-sentejn ta’ qabel;

    - kienu iżolati taħt sorveljanza ta’ veterinarju uffiċjali fuq ir-razzett ta’ l-oriġini u, waqt dan il-perjodu ta’ żmien kellhom jgħaddu minn żewġ testijiet separati b’intervall ta’ mill-inqas sitt gimgħat, b’riżultati negattivi, bi qbil ma l-Anness Ċ; jew

    (ii) riedu li kienu ġew ivvaċċina bil-vaċċina Rev. 1 jew xi vaċċina oħra approvata bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva qabel l-età ta’ seba’ xhur u mhux inqas minn 15-il ġurnata qabel id-dħul fir-razzett tad-destinazzjoni.

    E. Bidla fl-istatus

    Razzett ta’ tar-razza tan-nagħaġ jew tal-mogħoż ħieles mill-bruċellosi (B. melitensis) jista’ jikkwalifika bħala razzett uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi (B. melitensis) wara perjodu ta’ żmien minimu ta’ sentejn jekk:

    (a) ma jkun jinsab fih l-ebda annimal li kien mogħti l-vaċċina kontra l-bruċellosi (B. melitensis) matul mill-inqas is-sentejn preċedenti;

    (b) il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt D.2. kienu mħarsa matul dak il-perjodu kollu;

    (ċ) fit-tmiem tat-tieni sena, test imwettaq, bi qbil ma’ l-Anness Ċ, fuq l-annimali kollha b’età ta’ aktar minn sitt xhur kienu f’kull każ ingħata riżultat negattiv.

    [1] ĠU L 140, ta’ l-1.6.1990, p. 123.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS B

    I [1]

    - Marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer

    - Bruċellosi (B. melitensis)

    - Epididimiti li jittieħed (B. ovis)

    - Traċna

    - Rabja

    II [2]

    - Scrapie (marda tal-ħakk)

    III

    - Agalaktja li tittieħed

    - Paratuberkulożi

    - Limfadeniti kaswea

    - Adenomatożi pulmunarja

    - Maedi Visna

    - Artriti/enċefaliti virali tal-mogħoż.

    [1] Mard mgħarraf b’obbligu.

    [2] Mard mgħarraf b’obbligu.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS Ċ

    Testijiet tal-bruċellosi (B. melitensis)

    Biex razzett jikkwalifika għall-istatus ta’ ħieles mill-bruċellosi, it-testijiet tal-bruċellosi (B. melitensis) għandhom jitwettqu permezz tal-metodu Rose Bengal jew tal-metodu ta’ ffissar komplimentari deskritti fl-Anness tad-Deċiżjoni 90/242/KEE jew b’kull metodu ieħor magħruf bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva. Il-metodu ta’ ffissar komplimentari huwa użat għat-testijiet fuq annimali individwali.

    Meta qiegħed jitwettaq it-test Rose Bengal, jekk iżjed minn 5 % ta’ l-annimali f’razzett juru reazzjoni pożittiva, test ieħor għandu jitwettaq fuq kull annimal fir-razzett permess tal-metodu ta’ ffissar komplimentari.

    Serum li jkunu jinsabu fih 20 jew iżjed ICFT unitajiet/ml irid ikun ikkunsidrat bħala pożittiv fit-test ta’ l-iffissar komplimentari.

    L-antiġeni użati għandhom ikunu approvati mil-laboratorji nazzjonali u għandhom ikunu standardizzati skond it-tieni standard internazzjonali tas-serum anti-bruċella abortus.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS D

    Test uffiċjali ta’ l-epididimiti li jittieħed (Brucella ovis)

    It-test ta’ ffissar komplimentari:

    L-antiġen speċifiku użat għandu jkun approvat mill-laboratorji nazzjonali u għandu ikun standardizzat bi qbil ma’ l-istandard internazzjonali tas-serum ovis anti-bruċella.

    Is-serum imħaddem għandu jkun standardizzat skond l-istandard internazzjonali tas-serum ovis anti-bruċella mill-Central Veterinary Laboratory, Weybridge, Surrey, United Kingdom.

    Serum li jkunu jinsabu fih 50 jew iktar mill-Unitajiet Internazzjonali per/ml irid ikun ikkunsidrat bħala pożittiv.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS E

    MUDELL I

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    MUDELL II

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    MUDELL III

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top