Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0429

    Id-Direttiva Tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tal-majjali

    ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62–73 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/429/oj

    31990L0429



    Official Journal L 224 , 18/08/1990 P. 0062 - 0072
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0180
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0180


    Id-Direttiva Tal-Kunsill

    tas-26 ta’ Ġunju 1990

    li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tal-majjali

    (90/429/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi d-dispożizzjonijiet li jirrrigwardjaw il-problemi ta’ saħħa tal-bhejjem f’kummerċ intra-Komunitarju f’bhejjem tar-razza ta’ l-ifrat u l-majjali jidhru fid-Direttiva 64/432/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/360/KEE [5]; billi b’żieda, id-Direttiva 72/462/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/227/KEE [7] fiha dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-problemi ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji li wieħed jiltaqa’ magħhom ma l-importazzjoni ta’ bhejjem tar-razza ta’ l-ifrat u majjali minn pajjiżi terzi;

    Billi d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq assiguraw, fir-rigward ta’ kummerċ intra-Komunitarju u ta’ l-importazzjoni fil-Komunità ta’ bhejjem tar-razza ta’ l-ifrat u majjali minn pajjiżi terzi, li l-pajjiż tal-provenjenza jiggarantixxi li l-kriterji tas-saħħa tal-bhejjem ikunu ġew imwettqa sabiex ir-riskju li tinfirex marda tal-bhejjem tkun ġiet virtwalment eliminata; billi b’danakollu hemm ċertu riskju ta’ tixrid ta’ mard bħal dan fil-każ ta’ kummerċ ta’ sperma;

    Billi fil-kuntest ta’ l-istrateġija tal-Komunità ta’ l-armonizzar ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ bhejjem u prodotti tal-bhejjem, issa huwa meħtieġ li tinħoloq sistema armonizzata għal kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ sperma ta’ bhejjem tar-razza tal-majjali;

    Billi, fil-kuntest ta’ kummerċ intra-Komunitarju ta’ sperma, l-Istat Membru fejn l-isperma tiġi miġbura għandu jkun taħt l-obbligu li jassigura li sperma bħal dik tkun ġiet miġbura u pproċessata f’ċentri ta’ ġbir approvati u ssorveljati, tkun ġiet miksuba minn bhejjem li l-istat ta’ saħħa tagħhom ikun tali li jassigura li r-riskju tat-tixrid tal-mard tal-bhejjem ikun eliminat, kienet ġiet miġbura, ipproċessata, maħżuna u ttrasportata bi qbil mar-regoli li jippreservaw l-istat tagħha ta’ saħħa u li tkun akkompanjata matul it-trasport lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni b’ċertifikat ta’ saħħa tal-bhejjem sabiex ikun assigurat li dan l-obbligu jkun ġie mwettaq;

    Billi d-differenza fl-istrateġija segwita fil-Komunità fir-rigward ta’ vaċċinazzjoni kontra ċertu mard tiġġustifika ż-żamma ta’ derogi, limitati fiż-żmien, li jawtorizzaw il-ħtieġa mill-Istati Membri, fir-rigward ta’ ċertu mard, ta’ protezzjoni addizzjonali kontra dak il-mard;

    Billi għall-importazzjonijiet ta’ sperma fil-Komunità minn pajjiżi terzi għandha tkun imħejjija lista ta’ pajjiżi terzi li tieħu akkont tal-kriterji ta’ saħħa tal-bhejjem; billi indipendentement minn lista bħal din l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw importazzjoni ta’ sperma biss minn ċentri ta’ ġbir ta’ sperma li jilħqu ċerti normi u li jkunu ssorveljati uffiċjalment; billi; barra minn hekk, fir-rigward ta’ pajjiżi fuq dik il-lista, kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-bhejjem għandhom ikunu stabbiliti bi qbil maċ-ċirkostanzi; billi, sabiex tkun ivverifikata l-konformità ma’ dawk in-normi, għandu jkun possibbli li jitwettqu kontrolli fuq il-post;

    Billi r-regoli u proċeduri għal kontrolli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 li jikkonċernaw il-verifiki veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju invista tat-twettiq tas-suq intern [8] għandhom ikunu estiżi sabiex ikopru din id-Direttiva;

    Billi sabiex ma jitħalliex it-tixrid ta’ ċertu mard kuntaġġjuż, kontrolli ta’ l-importazzjoni għandhom jittwettqu meta kunsinna ta’ sperma tasal fit-territorju tal-Komunità ħlief fil-każ ta’ transitu estern;

    Billi Stat Membru għandu jkollu l-permess li jieħu miżuri ta’ emerġenza fil-każ ta’ tfaqqigħ ta’ marda kuntaġġjuża fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz; billi l-perikoli assoċjati ma’ mard bħal dan u l-miżuri ta’ protezzjoni li huma jenħtieġu għandhom ikunu stmati bl-istess mod madwar il-Komunità; billi għal dak il-għan, għandha tkun istitwita proċedura ta’ emerġenza tal-Komunità li permezz tagħha għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa mill-Kumitat Veterinarju Uffiċjali;

    Billi l-Kummissjoni għandha tkun fdata biex tieħu ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi għal dak il-għan, għandha tkun stabbilita proċedura għall-kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Permanenti;

    Billi din id-Direttiva ma taffettwax il-kummerċ ta’ sperma prodotta qabel id-data li fiha l-Istati Membri għandhom ikunu konformi magħha,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    IL-KAPITOLU I

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    L-Artikolu 1

    Din id-Direttiva tistabbbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju ta’ u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ sperma ta’ bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tar-razza tal-majjali.

    L-Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li jinstabu fl-Artikolu 2 tad-Direttivi 64/432/KEE, 72/462/KEE, 80/407/KEE [9] u 90/425/KEE [10] għandhom japplikaw kif ikun meħtieġ.

    Barra minn hekk, "sperma" tfisser l-eġakulazzjoni ta’ bhima domestika ta’ l-ispeċi tar-razza tal-majjali, fl-istat mhux mibdula jew ippreparata jew miżjuda.

    IL-KAPITOLU II

    Kummerċ intra-Komunitarju

    L-Artikolu 3

    Kull Stat Membru għandu jassigura li sperma biss, li tissodisfa l-kondizzjonijiet ġenerali segwenti, tkun intenzjonata għall-kummerċ:

    (a) għandha tkun ġiet miġbura u pproċessata, għall-iskopijiet ta’ inseminazzjoni artifiċjali, f’ċentru ta’ ġbir approvat mill-aspett ta’ saħħa tal-bhima għall-għan ta’ kummerċ intra-Komunitarju bi qbil ma l-Artikolu 5(1);

    (b) għandha jkun ġiet miġbura minn bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tar-razza tal-majjali li l-istat ta’ saħħa tagħhom tkun konformi ma’ l-Anness B;

    (ċ) għandha tkun ġiet miġbura, ipproċessata, maħżuna u ttrasportata bi qbil ma’ l-Annessi A u Ċ.

    L-Artikolu 4

    1. Sal-31 ta’ Diċembru 1992, l-Istati Membri li fihom, iċ-ċentri tal-ġbir kollha jkun fihom biss bhejjem li ma ġewx imlaqqma kontra l-marda Aujeszky li tagħti reazzjoni negattiva għat-test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum, jew it-test ELISA għall-marda Aujeszky, bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva:

    - jistgħu jirrifjutaw id-dħul fit-territorju tagħhom ta’ sperma minn ċentri ta’ ġbir li ma għandhomx dak l-istatus,

    - ma jistgħux jipprojbixxu d-dħul ta’ sperma minn ħnieżer tar-refgħa li kienu ġew imlaqqma fiċ-ċentru ta’ ġbir bil-vaċċina GI deleted sakemm:

    - vaċċinazzjoni bħal din tkun saret biss fuq ħnieżer tar-refgħa li kienu serum-negative fir-rigward tal-virus tal-marda Anjeszky,

    - eżaminazzjonijiet seroloġiċi mwettqa l-aktar kmieni fi żmien tliet ġimgħat mill-vaċċinazzjoni ta’ ħnieżer tar-refgħa bħal dawn ma jurux il-preżenza ta’ antikorpi kkaġunati mill-virus tal-marda.

    F’dan il-każ kampjun ta’ sperma minn kull ġabra ta’ kuljum maħsuba għall-kummerċ jista’ jkun soġġett għal test ta’ l-iżolament tal-virus f’laboratorju approvat fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jidħlu fis-seħħ sakemm il-Kummissjoni li taġixxi bi qbil ma’ l-Artikolu 18, mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1991, tkun stabbiliet il-protokolli għat-testijiet li għandhom jiġu użati għal dawn l-eżaminazzjonijiet b’segwiment tal-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, b’mod partikolari b’konnessjoni mal-frekwenzi tat-testijiet li għandhom isiru fiċ-ċentru, it-testijiet ta’ l-iżolament tal-virus u l-effettività u s-sigurtà tal-vaċċin GI.

    2. Bi qbil mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18, jista’ jkun deċiż li jiġu estiżi d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għal parti mit-territorju ta’ l-Istat Membru jekk iċ-ċentri kollha ta’ ġbir f’dik il-parti tat-territorju jkun fihom biss bhejjem li jagħtu reazzjoni negattiva għat-test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum jew it-test ELISA għall-marda Aujeszky.

    3. Il-Kunsill għandu, qabel il-31 ta’ Diċembru 1992, jeżamina mill-ġdid dan l-Artikolu fuq il-bażi tar-rapport mill-Kummissjoni, akkompanjat bi kwalunkwe proposta.

    L-Artikolu 5

    1. L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab iċ-ċentru ta’ ġbir ta’ sperma għandu jassigura li l-approvazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 3(a) tingħata biss jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-Anness A u tissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

    L-Istat Membru għandu jassigura wkoll li l-veterinarju uffiċjali jissorvelja l-osservanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproponi li tiġi rtirata l-approvazzjoni meta waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ma tkunx aktar osservata.

    2. Iċ-ċentri ta’ ġbir ta’ sperma approvati kollha għandhom ikunu rreġistarti, kull ċentru jingħata numru tar-reġistrazzjoni veterinarja. Kull Stat Membru għandu jibgħat lista taċ-ċentri ta’ ġbir ta’ sperma u n-numri tar-reġistrazzjoni veterinarja tagħhom lill-Istat Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u għandu jinnotifikahom bi kwalunkwe rtirar ta’ l-approvazzjoni.

    3. Ir-regoli ġenerali sabiex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

    L-Artikolu 6

    1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull kunsinna ta’ sperma tkun akkompanjata b’ċertifikat ta’ saħħa tal-bhima mimli bi qbil ma’ l-abbozz fl-Anness D minn veterinarju uffiċjali ta’ l-Istat Membru tal-ġbir.

    Dan iċ-ċertifikat għandu:

    (a) jinkiteb f’għallinqas lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istat Membru tal-ġbir u waħda minn dawk ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni;

    (b) jakkompanja l-kunsinna sad-destinazzjoni tagħha fil-forma oriġinali tiegħu;

    (ċ) jiġi miktub fuq folja waħda;

    (d) jkun magħmul għal kunsinna waħdanija.

    2. L-Istat Membru tad-destinazzjoni jista’, b’żieda mal-miżuri li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/425/KEE, jieħu l-miżuri meħtieġa, li jinkludu l-ħażna fi kwarantina, sakemm din ma taffettwax l-vijabbiltà ta’ l-isperma, sabiex jikseb prova definittiva f’każijiet meta l-isperma ikun issuspettata li tkun infettata jew ikkontaminata b’organiżmi patoġeniċi.

    IL-KAPITOLU III

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    L-Artikolu 7

    1. Stat Membru jista’ jawtorizza l-importazzjoni ta’ sperma biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jidhru f’lista mħejjija bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19. Dik il-lista’ tista tiġi ssupplimentata jew emendata bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

    2. Fid-deċiżjoni ta’ jekk pajjiż terz ikunx jista’ jidher fil-lista li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, għandu jingħata kas partikolari ta’:

    (a) l-istat tas-saħħa tal-bhejjem, bhejjem domestiċi oħra u bhejjem selvaġġi f’dak il-pajjiż, b’referenza partikolari lejn mard ta’ bhejjem eżotiċi, u s-sitwazzjoni ta’ saħħa ambjentali f’dak il-pajjiż, li tista tpoġġi fil-perikolu s-saħħa tal-bhejjem fl-Istati Membri;

    (b) ir-regolarità u rapidità ta’ l-informazzjoni fornuta minn dak il-pajjiż dwar l-eżistenza ta’ mard kuntaġġjuż ta’ bhejjem fit-territorju tiegħu li jiġi trasmess permezz ta’ l-isperma, b’mod partikolari dak il-mard imsemmi fil-listi A u B ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali ta’ Mard Epiżootiku;

    (ċ) ir-regoli ta’ dak il-pajjiż dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard tal-bhejjem;

    (d) l-istruttura tas-servizzi veterinarji f’dak il-pajjiż u s-saħħa tagħhom;

    (e) l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri sabiex jipprevienu u jikkontrollaw mard kuntaġġjuż tal-bhejjem; u

    (f) il-garanziji li dak il-pajjiż jista’ jagħti fir-rigward ta’ konformità ma din id-Direttiva.

    3. Il-lista li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 u l-emendi kollha għaliha għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 8

    1. Permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19, għandha tkun imħejijja lista ta’ ċentri ta’ ġbir ta’ sperma li minnha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ sperma li toriġina minn pajjiżi terzi. Il-lista tista’ tiġi emendata u miżjuda skond l-istess proċedura.

    2. Fid-deċiżjoni jekk ċentru ta’ ġbir ta’ sperma f’pajjiż terz jistax jidher fil-lista li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, għandu jingħata każ partikolari tas-servizzi veterinarji u s-sorveljanza li għaliha jkunu soġġetti ċ-ċentri ta’ ġbir ta’ sperma.

    3. Ċentru ta’ ġbir ta’ sperma jista’ jidher fil-lista li dwarha hemm provvediment fil-paragrafu 1 biss, jekk:

    (a) ikun jinsab f’wieħed mill-pajjiżi fil-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(1);

    (b) jissodisfa l-ħtiġiet tal-Kapitoli I u II ta’ l-Anness A;

    (ċ) jkun ġie approvat uffiċjalment għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji tal-pajjiż terz ikkonċernat;

    (d) jitpoġġa taħt is-sorveljanza ta’ ċentru veterinarju tal-pajjiż terz ikkonċernat; u

    (e) jkun soġġett għal spezzjoni minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ikkonċernat għallinqas darbtejn fis-sena.

    L-Artikolu 9

    1. Sperma għandha tiġi minn bhejjem li, immedjatament qabel il-ġbir ta’ l-isperma tagħhom, baqgħu għal mill-inqas tliet xhur fit-territorju tal-pajjiż terz li jidher fil-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(1).

    2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(1) u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ sperma minn pajjiż terz fil-lista sakemm l-isperma tkun tikkonforma mal-ħtiġiet tas-saħħa tal-bhejjem adottati permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, għall-importazzjonijiet ta’ sperma minn dak il-pajjiż.

    Fl-adottazzjoni tal-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel sottoparagrafu, kunsiderazzjoni għandha tingħata lejn:

    (a) is-sitwazzjoni tas-saħħa fl-inħawi ta’ madwar iċ-ċentru tal-ġbir ta’ l-isperma, b’referenza partikolari għall-mard li jidher fil-lista A ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali ta’ Mard Epiżootiku;

    (b) l-istat tas-saħħa tal-qatgħa fiċ-ċentru tal-ġbir ta’ l-isperma u l-ħtiġiet ta’ l-ittestjar;

    (ċ) l-istat ta’ saħħa tal-bhima donatriċi u l-ħtiġiet ta’ l-ittestjar;

    (d) il-ħtiġiet ta’ l-ittestjar fir-rigward ta’ l-isperma.

    3. Il-bażi ta’ referenza sabiex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem għandhom ikunu n-normi stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ l-Anness li korrispondenti. Jista’ jiġi deċiż, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, fuq bażi ta’ każ b’każ, li jiġu mneħħija dawn il-kondizzjonijiet meta l-pajjiż terz ikkonċernat jipprovdi garanziji simili tas-saħħa tal-bhejjem, li jkunu għallinqas ekwivalenti.

    4. L-Artikolu 4 għandu jgħodd.

    L-Artikolu 10

    1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-isperma biss fuq il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-bhejjem miktub u ffirmat minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz tal-ġbir.

    Dan iċ-ċertifikat għandu:

    (a) jiġi miktub f’għallinqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni u waħda minn dawk ta’ l-istat Membru fejn isir il-kontroll ta’ l-importazzjoni li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 11;

    (b) jakkompanja l-isperma sad-destinazzjoni tagħha fil-forma oriġinali;

    (ċ) jiġi miktub fuq folja ta’ karta waħda;

    (d) ikun magħmul għal destinatarju wieħed.

    2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-bhejjem għandu jkun jaqbel ma l-abbozz imħejjii permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

    L-Artikolu 11

    1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull kunsinna ta’ sperma li tidħol fit-territorju tad-dwana tal-Komunità tkun soġġetta għall-kontroll qabel ma tinħeles għal ċirkolazzjoni ħielsa jew qabel ma titpoġġa taħt il-proċedura tad-dwana u għandha tipprojbixxi l-introduzzjoni ta’ l-isperma fil-Komunità jekk il-kontroll ta’ l-importazzjoni magħmul mal-wasla juri li:

    - l-isperma ma tkunx ġejja mit-territorju ta’ pajjiż terz fil-lista mħajjija bi qbil ma’ l-Artikolu 7(1),

    - l-isperma ma tkunx ġejja minn ċentru ta’ ġbir ta’ sperma fil-lista li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 8(1),

    - l-isperma tkun ġejja mit-territorju ta’ pajjiż terz li minnu hija pprojbita l-importazzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 15(2),

    - iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-bhejjem li jakkompanja l-isperma ma jkunx konformi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 10 u stabbiliti bi qbil miegħu.

    Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal kunsinni ta’ sperma li jaslu fit-territorju tad-dwana tal-Komunità u li jitpoġġew taħt il-proċedura ta’ transit tad-dwana għall-kunsinna lejn destinazzjoni li tkun tinsab’ il barra mit-territorju msemmi.

    Iżda, għandu jkun applikabbli meta t-transit doganali jitwarrab matul it-territorju tal-Komunità.

    2. L-Istat Membru ta’ destinazzjoni jista’ jieħu l-miżuri meħtieġa, li jinkludu l-ħażna fil-kwarantina sakemm dan ma jaffettwax il-vijabbltà ta’ l-isperma, sabiex tinkiseb prova definittiva f’każijiet meta jkun hemm suspett li l-isperma tkun infettata jew ikkontaminata b’organiżmi patoġeniċi.

    3. Jekk l-ammissjoni ta’ l-isperma tkun ġiet ipprojbita għal kwalunkwe raġuni stabbilita fil-paragrafi 1 u 2 u l-pajjiż terz esportatur ma jawtorizzax ir-ritorn ta’ l-isperma fi żmien 30 ġurnata fil-każ ta’ sperma iffriżata, jew immedjatament fil-każ ta’ sperma friska, l-awtorità veterinarja kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’ tordna li tiġi meqruda.

    L-Artikolu 12

    Kull kunsinna ta’ l-isperma awtorizzata sabiex tiġi ammessa fil-Komunità minn Stat Membru fuq il-bażi tal-kontroll li hemm referenza għalih fl-Artikolu 11(1) għandha, meta mibgħuta lejn it-territorju ta’ l-istat Membru l-ieħor, tkun akkompanjata b’ċertifikat oriġinali jew kopja awtentikata tiegħu, awtorizzat kif xieraq, f’kull każ, mill-awtorità kompetenti li kienet responsabbli għall-kontroll imwettaq bi qbil ma l-Artikolu 11.

    L-Artikolu 13

    Jekk ikun deċiż li jittieħdu miżuri tal-qerda bis-saħħa ta’ l-Artikolu 11(3), l-ispejjeż kollha għandhom jitħallsu mill-fornitur, id-destinatarju jew mill-aġent tagħhom, mingħajr kumpens mill-Istat.

    IL-KAPITOLU IV

    Miżuri ta’ prekawzjoni u ta’ kontroll

    L-Artikolu 14

    Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw b’mod partikolari fir-rigward ta’ verifiki fl-oriġini, fl-organizzazzjoni u fl-osservar tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istat Membru tad-destinazzjoni.

    L-Artikolu 15

    1. Il-miżuri ta’ prekawzjoni li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw għal kummerċ intra-Komunitarju.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8, 9 u 10, jekk f’pajjiż terz, tfaqqa’ jew tinxtered marda kuntaġġjuża tal-bhejjem, li tista tinġarr bl-isperma u li tista’ tpoġġi fil-perikolu s-saħħa tal-bhejjem fi Stat Membru jew jekk kwalunkwe raġuni oħra marbuta mas-saħħa tal-bhejjem tiġġustifika dan, l-Istat Membru tad-destinazzjoni kkonċernat għandu jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ dik l-isperma, kemm jekk importata direttament jew indirettament minn ġewwa Stat Membru ieħor, jew mill-pajjiż terz kollu kemm hu jew minn parti tat-territorju tiegħu.

    Miżuri meħuda mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ l-ewwel sottoparagrafu u l-irrevokar tal-miżuri bħal dawn għandhom jiġu kkomunikati immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għal miżuri bħal dawn.

    Permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, jista’ jkun deċiż li dawk il-miżuri għandhom ikunu emendati, b’mod partikolari sabiex jiġu kkoordinati mal-miżuri addottati mill-Istati Membri l-oħra, jew li għandhom ikunu rrevokati.

    Jekk tinħoloq is-sitwazzjoni mbassra fl-ewwel sottoparagrafu u jekk ikun hemm bżonn li l-Istati Membri l-oħra japplikaw il-miżuri meħuda permezz ta’ dak is-sottoparagrafu, emendati kif ikun meħtieġ bi qbil mat-tielet sottoparagrafu, għandhom jittieħdu passi addattati permezz tal-proċedura stabilita fl-Artikolu 18.

    Bidu mill-ġdid ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiż terz ikkonċernat għandu jiġi awtorizzat permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

    L-Artikolu 16

    1. Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-istati Membri u l-pajjiżi terzi, jagħmlu kontrolli fuq il-post sakemm dan ikun indispensabbli sabiex jassiguraw l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva.

    Il-pajjiż tal-ġbir li fit-territorju tiegħu jkun qiegħed isir kontroll għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-esperti fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiż tal-ġbir ikkonċernat bir-riżultati tal-kontrolli.

    Il-pajjiż tal-ġbir ikkonċernat għandu jieħu kwalunkwe miżuri li juru li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jittieħed akkont tar-riżultati ta’ dan il-kontroll. Jekk il-pajjiż tal-ġbir ma jiħux dawk il-miżuri, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet eżaminata s-sitwazzjoni mill-Kumitat Veterinarju Permanenti, tagħmel rikors għad-dispożizzjonijiet tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) u ta’ l-Artikolu 5.

    2. Id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazjoni ta’ dan l-Artikolu, speċjalment fir-rigward tal-frekwenza u l-metodu tat-twettiq tal-kontrolli li hemm referenza għalihom fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1, għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

    IL-KAPITOLU V

    Dispożizzjonijiet finali

    L-Artikolu 17

    L-Annessi għal din id-Direttiva għandhom jiġu emendati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 sabiex jiġu addattati għall-avvanzi fit-teknoloġija.

    L-Artikolu 18

    1. Meta l-proċedura stabbbilita f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, l-affarijiet għandhom, bla telf ta’ żmien jiġu rriferuti mill-president, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, lill-Kumitat Veterinarju Permanenti (minn issa ’l quddiem imsejjaħ bħala "il-Kumitat") stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [11].

    2. Fi ħdan il-Kumitat, il-voti ta’ l-istati Membri għandhom ikunu mgħobbija kif hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president ma għandux jivvota.

    3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom ikunu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f’limitu ta’ żmien li l-president jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjonijiet għandhom jiġu mogħtija b’maġġoranza ta’ 54 vot.

    4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u tapplikahom immedjatament meta dawn ikunu bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat. Meta dawn ma jkunux bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat jew fin-nuqqas ta’ kwalunkwe opinjoni, il-Kummissjoni għandha tgħaddi mill-ewwel, proposta lill-Kunsill, li jkollha x’taqsam mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaddotta l-miżuri b’maġġoranza kwalifikata.

    Jekk, malli jiskadu tliet xhur mid-data li fiha tkun saret referenza għall-materja, il-Kunsill ikun għadu ma adottax kwalunkwe miżura, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuriproposti u tapplikahom immedjatament, minbarra meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b’maġġoranza sempliċi.

    L-Artikolu 19

    1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, l-affarijiet għandhom bla telf ta’ żmien jiġu rriferuti lejn il-Kumitat mill-president, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ Stat Membru.

    2. Fi ħdan il-Kumitat, il-voti ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu mgħobbbija kif hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president ma għandux jivvota.

    3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom ikunu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar miżuri bħal dawn fi żmien jumejn. L-opinjoni għandha tingħata b’maġġoranza ta’ 54 vot.

    4. Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri u tapplikahom immedjatament meta dawn ikunu bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat. Meta dawn ma jkunux bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat, jew fin-nuqqas ta’ kwalunkwe opinjoni, il-Kummissjoni għandha mill-ewwel tgħaddi proposta lill-Kunsill li jkollha x’taqsam mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b’maġġoranza kwalifikata.

    Jekk, malli jiskadu 15-il ġurnata mid-data li fiha l-materja tkun irreferuta lilu, il-Kunsill ikun għadu ma adottax kwalunkwe miżura, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u tapplikahom immedjatament, minbarra meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b’maġġoranza sempliċi.

    L-Artikolu 20

    1. Din id-Direttiva ma għandhiex tkun applikabbli għall-isperma miġbura u pproċessata fi Stat Membru qabel il-31 ta’ Diċembru 1991.

    2. Sad-data ta’ dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet adottati bi qbil ma’ l-Artikoli 8, 9 u 10, l-Istati Membri ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ l-isperma minn pajjiżi terzi, kondizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Kapitolu II.

    L-Artikolu 21

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1991 l-aktar tard. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

    L-Artikolu 22

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ġunju 1990.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. O'Kennedy

    [1] ĠU C 267, tas-6.10.1983, p. 5.

    [2] ĠU C 342, tad-19.12.1983, p. 11.

    [3] ĠU C 140, tat-28.5.1984, p. 6.

    [4] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

    [5] ĠU L 153, tas-6.6.1989, p. 29.

    [6] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

    [7] ĠU L 93, tas-6.4.1989, p. 25.

    [8] ĠU L 395, tal-31.12.1989, p. 13.

    [9] ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10.

    [10] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

    [11] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS A

    IL-KAPITOLU I

    Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ ċentri ta’ ġbir ta’ sperma

    Ċentri ta’ ġbir ta’ sperma għandhom:

    (a) jitpoġġew taħt is-sorveljanza permanenti ta’ veterinarju ċentrali;

    (b) ikollhom għallinqas

    (i) sistemazzjoni għall-annimali li tkun tinkludi l-faċilitajiet ta’ l-iżolament,

    (ii) faċilitajiet ta’ ġbir ta’ l-isperma li jinkludu kamra separata għat-tindif u d-disinfettar jew l-isterilizzazzjoni tat-tagħmir;

    (iii) kamra fejn l-isperma tiġi pproċessata li mhux bilfors tkun fuq l-istess sit,

    (iv) kamra fejn l-isperma tiġi maħżuna li mhux bilfors tkun fuq l-istess sit,

    (ċ) tkun mibnija jew tkun iżolata b’tali mod li ma jitħalliex li jkun hemm kuntatt mal-bhejjem ta’ barra;

    (d) tkun mibnija b’tali mod li s-sistemazzjoni tal-bhima u l-faċilitajiet tal-ġbir, l-ipproċessar u ż-żamma ta’ l-isperma tkun tista tiġi mnaddfa u ddisinfettata mill-ewwel;

    (e) ikollhom akkomodazzjoni ta’ l-iżolament li ma għandha jkollha l-ebda komunikazzjoni diretta ma’ l-akkomodazzjoni normali tal-bhejjem;

    (f) tkun imfassla b’tali mod li l-akkomodazzjoni tal-bhejjem tkun isseparata fiżikament mill-kamra ta’ l-ipproċessar ta’ l-isperma u t-tnejn ikunu sseparati mill-kamra tal-ħażna ta’ l-isperma.

    IL-KAPITOLU II

    Kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sorveljanza taċ-ċentri tal-ġbir ta’ l-isperma

    Iċ-ċentri tal-ġbir għandhom:

    (a) ikunu ssorveljati b’tali mod li jkun fihom bhejjem irġiel biss ta’ l-ispeċi li l-isperma tagħhom għandha tkun miġbura;

    (b) ikunu ssorveljati b’tali mod li jinżamm rekord, fajl jew rekord tal-kompjuter ta’ l-ispeċi ta’ bhejjem tar-razza tal-majjali kollha, li jagħtu dettalji tar-razza, id-data ta’ twelid u l-identifikazzjoni ta’ kull wieħed mill-annimali, kif ukoll rekord, fajl jew rekord tal-kompjuter tal-kontrolli kollha għal mard u l-vaċċinazzjonijiet kollha mwettqa, jagħtu wkoll l-informazzjoni mill-fajl ta’ mard/saħħa ta’ kull bhima;

    (ċ) jiġu regolarment spezzjonati minn veterinarju uffiċjali, għallinqas darbtejn fis-sena, li fl-istess ħin għandhom isiru kontrolli fuq il-kondizzjonijiet ta’ l-approvazzjoni u s-sorveljanza;

    (d) jiġu ssorveljati b’tali mod li ma jitħalliex dħul ta’ persuni mhux awtorizzati. Barra minn hekk, viżitaturi awtorizzati għandhom ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-veterinarju taċ-ċentru;

    (e) jimpjegaw ħaddiema teknikament kompetenti mħarrġa b’mod xieraq fil-proċeduri tad-diżinfettar u t-teknika ta’ l-iġjene relevanti għall-kontroll tat-tixrid tal-mard;

    (f) ikunu ssorveljati b’tali mod li:

    (i) sperma miġbura f’ċentri approvati biss tiġi pproċessata u maħżuna f’ċentri approvati mingħajr ma tiġi f’kuntatt ma’ kwalunkwe kunsinna oħra ta’ sperma,

    (ii) il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ l-isperma iseħħu biss fil-bini mwarrab għall-għan u taħt il-kondizzjonijiet ta’ l-aktar iġjene stretta,

    (iii) l-impjanti kollha li jiġu f’kuntatt ma l-isperma jew mal-bhima donatriċi matul il-ġbir u l-ipproċessar ikunu ddiżinfettati jew sterilizzati kif dovut qabel l-użu,

    (iv) prodotti ta’ oriġini mill-bhejjem użati fl-ipproċessar ta’ l-isperma — li jinkludu addittivi jew dilwenti — iridu jkunu miksuba minn sorsi li ma jkunu ta’ l-ebda riskju għas-saħħa jew li jkunu ġew ittrattati b’tali mod li jipprevienu riskju bħal dak,

    (v) fliexken tal-ħażna u fliexken tat-trasport ikunu ddiżinfettati jew sterilizzati tajjeb qabel il-bidu ta’ kull ħidma ta’ mili,

    (vi) l-aġent krijoġeniku użat ma jkunx ġie użat qabel għal prodotti oħra ta’ orġini mill-bhejjem,

    (vii) kull ġbir ta’ l-isperma, sew jekk ikun isseparat f’dożi individwali u sew jekk le, jkun immarkat b’mod ċar b’tali mod li d-data tal-ġbir ta’ l-isperma u r-razza u l-identifikazzjoni tal-bhima donatriċi, kif ukoll l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni taċ-ċentru, ippreċedut bl-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini, fejn xieraq, fil-forma ta’ kodiċi, jista’ jkun stabbilit mill-ewwel; il-karatteristiċi u l-forma ta’ dan l-immarkar għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS B

    IL-KAPITOLU I

    Kondizzjonijiet li japplikaw għad-dħul ta’ bhejjem f’ċentri approvati ta’ ġbir ta’ sperma

    1. Il-ħnieżer tar-refgħa li jkunu jistgħu jidħlu f’ċentri ta’ ġbir ta’ sperma għandhom:

    (a) ikunu ġew soġġetti għal perjodu ta’ iżolament ta’ mill-inqas 30 ġurnata f’akkomodazzjoni approvata b’mod speċifiku għal dan l-għan mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, u fejn ħnieżer tar-refgħa biss li jkollhom l-istess stat ta’ saħħa jkunu preżenti;

    (b) qabel ma huma jidħlu fl-akkomodazzjoni ta’ l-iżolament deskritta f’(a) jkunu ntagħżlu mill-qatgħat jew l-ishma:

    (i) li jkunu uffiċjalment ħielsa minn deni klassiku tal-majjali,

    (ii) jkunu ħielsa mill-bruċellożi,

    (iii) li fihom l-ebda bhima mlaqqma kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ma kienet preżenti matul it-tnax-il xahar preċedenti,

    (iv) li fihom ma jkun instab l-ebda sinjal kliniku, seroloġiku jew viroloġiku tal-marda Aujeszky matul it-tnax-il xahar preċedenti,

    (v) li ma humiex koperti bi kwalunkwe projbizzjoni bi qbil mal-ħtiġiet tad-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tad-deni Afrikan tal-majjali, jew tal-mard vesikulari tal-majjali, tal-marda Teschen u tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

    Il-bhejjem ma għandhomx ikunu nżammu qabel f’qatgħat oħra ta’ status aktar baxx;

    (ċ) matul il-perjodu ta’ l-iżolament speċifikat f’(a), u matul it-30 ġurnata preċedenti, kienu ġew soġġetti għat-testijiet segwenti b’riżultati negattivi:

    (i) test ta’ fissazzjoni komplimentari mwettaq bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-bruċellożi,

    (ii) - newtralizzazzjoni tas-serum jew test ELISA li juża l-antikorpi virali kollha fil-każ ta’ majjali mhux imlaqqma,

    - test ELISA għal antikorpi GI fil-każ ta’ majjali mlaqqma b’vaċċin GI deleted,

    (iii) sa kemm isseħħ l-introduzzjoni ta’ l-istrateġija tal-Komunità sabiex tiġġieled il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, ta’ test ELISA għall-preżenza tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer,

    (iv) test ELISA jew test ta’ newtralizzazzjoni għall-preżenza ta’ deni klassiku tal-majjali.

    L-awtorità kompetenti tista’ tagħti l-awtorizzazzjoni għat-testijiet li hemm referenza dwarhom f(ċ) sabiex isiru fl-akkomodazzjoni ta’ l-iżolament, sakemm ir-riżultati jkunu magħrufa qabel il-bidu tal-perjodu ta’ 30 ġurnata iżolament stabbilit f’(d);

    (d) matul il-perjodu ta’ l-iżolament ta’ mill-inqas 30 ġurnata speċifikat f’(a), ikunu ġew soġġetti għat-testijiet segwenti b’riżultati negattivi:

    (i) test ta’ agglutinazzjoni tas-serum li jikkonforma mal-proċedura preskritta fl-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE u li juri għadd ta’ bruċella inqas minn 30 IU ta’ agglutinazzjoni għal kull millimetru u test ta’ fissazzjoni li jikkumplimenta li juri għadd ta’ bruċella inqas minn 20 unità ta’ KEE għal kull millimetru (20 unità ta’ ICFT) fil-każ ta’ bhejjem li jkunu ġejjin minn qatgħat ħielsa mill-bruċellożi,

    (ii) - newtralizzazzjoni tas-serum jew test ELISA li juża l-antikorpi virali kollha fil-każ ta’ majjali mhux imlaqqma,

    - test ELISA għal antikorpi GI fil-każ ta’ majjali mlaqqma b’vaċċin GI deleted,

    (iii) sakemm isseħħ l-introduzzjoni ta’ l-istrateġija tal-Komunità dwar il-ġlieda kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, test ELISA għall-preżenza tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer,

    (iv) test ta’ agglutinazzjoni mikroskopika għall-preżenza ta’ leptospirosis (virus sero-vars pomona, grippotyphosa, tarassovi, hardjo, bratislava u ballum serum), jew ikunu ġew trattati ġħal-leptospirosis b’ żewġ tilquimiet ta’ streptomycin b’ intervall ta’ 14-il ġurnata (25 mg għal, kull kg ta’ piż tal-ġisem ħaj.

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-każijiet fejn tinstab il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u deni tal-majjali, jekk kwalunkwe mit-testijiet ta’ hawn fuq jkunu posittivi, il-bhima għandha titneħħa mill-ewwel mill-akkomodazzjoni ta’ l-iżolament. Fil-każ ta’ l-iżolament ta’ grupp, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tħalli lill-bhejjem li jibqgħu jkunu ammessi fiċ-ċentru ta’ ġbir bi qbil ma’ dan l-Anness.

    2. It-testijiet kollha għandhom isiru f’laboratorju approvat mill-Istat Membru.

    3. Bhejjem jistgħu jkunu permissibbli biss fiċ-ċentri ta’ ġbir ta’ sperma bil-permess espliċitu taċ-ċentru veterinarju. Il-movimenti kollha tal-bhejjem, kemm il ġewwa u kemm’ il barra, għandhom jiġu rrekordjati.

    4. L-ebda bhima permissibbli fiċ-ċentru ta’ ġbir ta’ sperma ma għandha turi kwalunkwe sinjal kliniku fil-ġurnata ta’ dħul; il-bhejjem kollha għandhom, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, ikunu ġew minn akkomodazzjoni ta’ l-iżolament kif hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1(a), fil-ġurnata tal-kunsinna, uffiċjalment tissodisfa l-kondizzjonijiet segwenti:

    (a) tkun tinsab fiċ-ċentru ta’ żona ta’ raġġ ta’ 10 kilometri li fiha ma kien hemm l-ebda każ tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer jew deni tal-majjali għal mill-inqas 30 ġurnata;

    (b) kienet għal mill-inqas tliet xhur ħielsa mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u l-bruċellożi;

    (ċ) kienet għal mill-inqas 30 ġurnata ħielsa mill-marda Aujeszky u minn dak il-mard tal-majjali li għandhom ikun innotifikati b’mod obbligatorju bi qbil ma l-Anness E tad-Direttiva 64/432/KEE.

    5. Sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 jiġu ssodisfati u t-testijiet ta’ rutina li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu II ikunu twettqu matul it-12-il xahar ta’ qabel, bhejjem jistgħu jiġu ttrasferiti minn ċentru ta’ ġbir ta’ sperma approvat għal ieħor ta’ stat ta’ saħħa ugwali mingħajr iżolament jew ittestjar jekk it-trasferiment ikun dirett. Il-bhejjem f’dak il-każ ma għandhomx jiġu f’kuntatt dirett jew indirett ma’ bhejjem bid-difer mifrud ta’ stat ta’ saħħa inqas u l-mezz tat-trasport użat għandu jkun ġie ddiżinfettat qabel l-użu. Jekk il-moviment minn ċentru ta’ ġbir ta’ sperma għal ieħor iseħħ bejn Stati Membri, dan għandu jsir bi qbil mad-Direttiva 64/432/KEE.

    IL-KAPITOLU II

    Testijiet ta’ rutina obbligatorji għal ħnieżer tar-refgħa miżmuma f’ċentru approvat ta’ ġbir ta’ sperma

    1. Il-ħnieżer tar-refgħa kollha miżmuma f’ċentru approvat ta’ ġbir ta’ sperma għandhom ikunu soġġetti meta joħorġu miċ-ċentru għat-testijiet segwenti b’riżultati negattivi:

    (i) - newtralizzazzjoni ta’ serum jew test ELISA li juża l-antikorpi virali kollha fil-każ ta’ majjali mhux imlaqqma,

    - test ELISA għal antikorpi GI fil-każ ta’ majjali mlaqqma b’vaċċin GI deleted,

    (ii) sakemm isseħħ l-introduzzjoni ta’ l-istrateġija tal-Komunità dwar il-ġlieda kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, test ELISA għall-preżenza tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer,

    (iii) test ta’ fissazzjoni kumplimentari bi qbil mal-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE dwar il-bruċellożi,

    (iv) test ELISA jew test ta’ newtralizzazzjoni ta’ serum għall-preżenza ta’ deni klassiku tal-majjali.

    Barra minn hekk, ħnieżer tar-refgħa miżmuma għal aktar minn 12-il xahar fiċ-ċentru ta’ ġbir għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet li hemm referenza dwarhom fil-punti (i) u (iii) mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-ammissjoni tagħhom.

    2. It-testijiet kollha għandhom isiru f’laboratorju approvat mill-Istat Membru.

    3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-każijiet fejn tinsab marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer jew deni tal-majjali, jekk kwalunkwe wieħed mit-testijiet ta’ hawn fuq jagħti riżultat pożittiv, il-bhima għandha tiġi iżolata u l-isperma miġbura minnha sa mill-aħħar test negattiv ma għandhiex tkun is-suġġett ta’ kummerċ intra-Komunitarju.

    Sperma miġbura mill-bhejjem l-oħra kollha fiċ-ċentru mid-data minn meta jkun sar it-test pożittiv għandha tinżamm f’ħażna separata u ma għandhiex tkun is-suġġett ta’ kummerċ intra-Komunitarju sakemm l-istat ta’ saħħa taċ-ċentru jkun ġie stabbilit mill-ġdid.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS Ċ

    Kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn sperma miġbura f’ċentri approvati għall-għanijiet ta’ kummerċ intra-Komunitarju

    1. L-isperma għandha tkun ġiet miksuba minn bhejjem li:

    (a) ma juru l-ebda sinjali kliniċi ta’ mard dakinhar li tinġabar l-isperma;

    (b) ma jkunux ġew imlaqqma kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer;

    (ċ) jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Anness B, il-Kapitolu I;

    (d) ma jkunux imħollija li jservu b’mod naturali;

    (e) jinżammu f’ċentri ta’ ġbir ta’ l-isperma li kienu ħielsa mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas tliet xhur qabel id-dispaċċ tas-sperma, u li jkunu jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona ta’ raġġ ta’ 10 kilometri li fiha għal mill-inqas 30 ġurnata ma kien hemm l-ebda każ tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer; barra minn hekk iċ-ċentri ma għandhomx ikunu jinsabu fl-inħawi ristretti nnominati skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi li għandhom x’jaqsmu mal-mard kuntaġġjuż tar-razza tal-majjali;

    (f) jkunu nżammu f’ċentri ta’ ġbir ta’ sperma li, matul il-perjodu ta’ 30 ġurnata immedjatament ta’ qabel il-ġbir, kienu ħielsa minn dak il-mard tal-majjali li għandhom jiġu nnotifikati b’mod obbligatorju bi qbil ma’ l-Anness E tad-Direttiva 64/432/KEE u mill-marda Aujeszky.

    2. Ġabra effettiva ta’ antibijotiċi, b’mod partikolari kontra leptospires u mycoplasmas, għandha tiġi miżjuda ma l-isperma wara d-dilwizzjoni finali. Din il-ġabra għandha tipproduċi effett li jkun għallinqas ekwivalenti għad-dilwizzjonijiet segwenti:

    mhux inqas minn: | 500 IU għal kull ml ta’ streptomycin, |

    500 IU għal kull ml ta’ peniċillin, |

    150 mg għal kull ml ta’ linċomajċin, |

    300 mg għal kull ml ta’ spektinomajċin. |

    Immedjatament wara ż-żieda ta’ l-antibijotiċi l-isperma dilwita għandha tinżamm f’temperatura ta’ mill-inqas 15 °C għal perjodu ta’ mhux inqas minn 45 minuta.

    3. Sperma għal kummerċ intra-Komunitarju għandha:

    (i) tkun maħżuna kif stabbilit fil-Kapitoli I u II ta’ l-Anness A qabel id-dispaċċ;

    (ii) tkun ittrasportata lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni f’garafini li kienu ġew imnaddfa u ddiżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu u li kienu ġew issiġġillati qabel id-dispaċċ mill-faċilitajiet approvati tal-ħażna.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS D

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top